Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-saħħa — kotba għall-prevenzjoni tal-mard tal-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kotba li d-Dipartiment tas-Saħħa joħroġ bħala tagħlim għan-nies biex jipprevenu mill-marda tal-kanċer?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Anzjana — kwestjoni dwar għoti ta' mediċina

Question

Jista' l-Ministru jara li anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, tingħata l-firma neċessarja biex tibda tingħata l-mediċina li ordnalha l-konsulent ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-applikazzjoni tal-pazjenta msemmija qatt ma waslet fl-uffiċċji tal- Medicines Entitlement Unit (MEU). Il-pazjenta ġiet ikkuntattjata u l-problema identifikata. L-applikazzjoni ma ġietx aċċettata mill-ispiżerija ta’ Mater Dei peress li l-applikazzjoni għal din il-mediċina partikolari ma kinitx iffirmata minn speċjalista awtoriżżat skont il-protokoll tal-Gvern. Qarib tal-pazjenta ħalla l-applikazzjoni l-Surgical Out-Patients, fejn din se tiġi ffirmata minn speċjalista fl-onkoloġija. Il-pazjenta apprezzat ħafna l-fatt li ġiet kkuntattjata dwar il-problema li kellha minħabba l-mediċina li għandha bżonn.

Raħal Ġdid — Triq id-Dock - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25934 u jara li Triq id-Dock f'Raħal Ġdid issir bit-tarmak għax minkejja li din it-triq ma joqogħdux nies fiha, jgħaddu ħafna karozzi minnha? Din tinsab wara l-pompa tal-petrol ta' Għajn Dwieli u nifhem li l-kunsill lokali mhux se jagħtiha prijorità. Jista' jara li din it-triq issir mat-toroq l-oħra li se jagħmel il-gvern peress li tinsab fi stat diżastruż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-programm ta’ toroq jagħti prijorità lil toroq fejn jgħixu n-nies u t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant mhix triq fejn jgħixu n-nies.

Sptar San Luqa — Injection

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, hijiex intitolata għall-injection msemmija fir-riċetta li nħarġet mill-Isptar San Luqa peress li din l-anzjana bil-pensjoni u mhijiex f'qagħda finanzjarja li tixtriha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-mediċina zoledronic acid 5mg (Aclasta®) qiegħda fil-formularju tal-gvern, u tingħata f’każijiet fejn pazjenti jbatu mill-marda ta’ Paget. F’każijiet bħal dawn biex tiġi intitolat, konsulent awtorizzat irid japplika kemm għall-Skeda V skond l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), kif ukoll għall-permess skond il-protokoll tal-gvern.

Applikazzjonijiet għal post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet mill-Awtorità tad-Djar is-sena l-oħra? F'liema lokalitajiet? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li bbenefikaw u xi status għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet għal post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown dwar minn liema lokalitajiet ġejjin l-applikanti li applikaw għal post alternattiv għand l-Awtorità tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sussidju fuq telephone

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kellha s-sussidju fuq it-telephone u anke ġeddet il-karta tas-sussidju, imma jidher li dan tneħħa? Jista' jivverifika l-każ peress li l-kont ġie aktar għoli komparat mal-kontijiet ta' qabel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpaniji li jipprovdu servizz tat-telefon huma kumpaniji privati u għalhekk l-informazzjoni rikjesta m’huwiex possibbli li tingħata.

Voucher tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-voucher tad-dawl u ilma tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għadu ma rċevihx u ilu jċempel ħafna drabi lil Arms Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

Persuna boarded out — agreement biex jitħallas kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministu jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab borded out u kulma jieħu tal-boarded out huma €460 u €140 tal-mard? Dan għandu kont tad-dawl u l-ilma pendenti ta' €3,162.49 bl-arrettrati dejjem jiżdiedu, diġà kellu agreement ma' Arms Ltd, iżda issa talbuh biex jagħmel agreement ieħor fejn talbuh iħallas ammonti li ma jistax iħallas. Jista' xi ħadd minn Arms Ltd jitkellem miegħu biex isir agreement li huwa raġjonevoli?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

Raħal Ġdid — Triq id-Dock - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq id-Dock f'Raħal Ġdid issir bit-tarmak għax minkejja li din it-triq ma joqogħdux nies fiha, jgħaddu ħafna karozzi minnha? Din tinsab wara l-pompa tal-petrol ta' Għajn Dwieli u nifhem li l-kunsill lokali mhux se jagħtiha prijorità. Jista' jara li din it-triq issir mat-toroq l-oħra li se jagħmel il-gvern peress li tinsab fi stat diżastruż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #25948 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjoni għal security

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid dawk li kienu suldati mal-Armata ta' Malta u telqu, jkunux jistgħu jaħdmu mad-Detention Services? Meta se jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet biex jidħlu dawn in-nies? Jista' jara fiex waslet l-applikazzjoni għal security li għamel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Membri tal-Armata li jitilqu mill-Forzi Armati ta’ Malta jistgħu japplikaw biex jidħlu fis-Servizz ta’ Detenzjoni meta jkun hemm sejħa għal Applikazzjoni. Infurmat li bħalissa ma hemmx il-ħtieġa imminenti biex issir Sejħa għal Applikazzjonijiet.

Applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li tinsab Casa Arkati u l-familjari tagħha jixtiequ li jdaħħluha fir-Residenza San Vinċenz de Paule għax trid attenzjoni personali u jagħmel aktar sens li postha jieħdu xi ħadd li huwa mobile u jista' jgawdi s-servizzi tant tajbin li hemm f'din il-home?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule fit-30 ta’ Diċembru 2010. Id-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità irċieva r-rapport tas-social worker fid-19 ta’ Jannar 2011. Il-każ deher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni fl-20 ta’ Jannar 2011 u ġiet approvata bħala high priority. Għalhekk din l-applikazzjoni ġiet imqiegħedha fil-lista ta’ stennija tal-high priority għar-Residenza San Vinċenz de Paule. Sadanittant din l-anzjana iddaħħlet fid-Dar tal-Anzjani Casa Arkati bħala parti mill-iskema tal-private public partnership fejn qiegħda tingħata kura ta’ nursing għall-bżonnijiet tagħha ta’ dipendenza għolja.

Awtorità tad-Djar — djar għall-bejgħ jew kiri

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm djar li qed jinbnew mill-Awtorità tad-Djar biex jinbiegħu jew biex jinkrew? Fejn huma dawn id-djar? Kemm se tiġi tiswa kull dar? Meta mistennija jitlestew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #25736 Sitting 345 2011-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — file ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li applika mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li inċidentalment il-file tiegħu ntilef u dam xahrejn biex instab? Peress li dan il-klijent tilef xahrejn mill-proċess, jista' l-Prim Ministru jara li l-każ jitmexxa sabiex ma jintilifx il-perjodu li l-file dam mitluf?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba tal-Onor.Interpellant lill-MEPA sabiex tinvestiga dak allegat u tieħu dawk id-deċiżjonijiet xierqa.

Mosta Home — social services

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24325, tista' l-Ministru tara l-kaz tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet il-Mosta Home u issa m'għadhiex, imma xorta qed inaqqsulha l-flus daqslikieku qiegħda f'home? Din marret is-social services ta' Ħal Luqa imma baqgħet bla risposta għax qalulha li ma tista' tagħmel xejn.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nfurmata mid-Dipartiment li t-tnaqqis li qed isir mill-pensjoni tal-persuna msemmija hija dwar ħlas żejjed li hi għandha mad-dipartiment u mhux għax qed titqies li qegħda tgħix f’ home . Id-dipartiment għandu jinforma lil persuna msemmija dwar il-każ tagħha u kif qed tinħadem ir-rata tal-pensjoni dovuta lilha.

Pensjoni ta' inqas minn €700 fix-xahar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24565, tista' l-Ministru tgħid minn liema lokalitajiet ġejjin is-60,295 pensjonant?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar Residenzjali — involviment tal-anzjani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11107, jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'involviment dirett għandhom ir-residenti tad-djar residenzjali, speċjalment fit-tmexxija tal-istess homes? X'inhuma l-istandards li d-djar residenzjali huma obbligati li josservaw biex ir-residenti jingħataw servizz tajjeb?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Uħud mid-djar tal-Anzjani tal-Gvern jżommu kuntatt dirett mar-Residenti fit-tmexxija tal-istess homes. Fosthom insibu d-dar taż-Żejtun u r-Residenza ta’ San Vinċenz De Paul fejn ir-residenti jiffurmaw parti minn diversi Kumitati tal-immanigjar. Barra minn hekk kull tip ta` suġġeriment jew kummenti minn naħa tar-residenti dwar il-home li huma residenti fiha, huma dejjem mismugħa u, fejn huwa possibbli, milqugħa mil-kapijiet tad-djar rispettivi tagħhom. L-anzjani jiġu kkonsultati b’mod regolari fuq diversi aspetti li jirrigwardjaw l-attivitajiet li jsiru fid-djar tal-anzjani. L- istandards japplikaw għad-djar tal-anzjani kollha jiġifieri kemm dawk tal-Knisja, privati kif ukoll dawk tal-gvern. Id-djar għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti sanitarji u li jinkludu dawk fuq l-iġjene tal-ikel. Id-djar iridu jinżammu ndaf u fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni. Irid ikun hemm dawk il-faċilitajiet fid-djar biex jiġi assigurat l-għoti ta’ kura neċessarja u t-tqassim tal-mediċina preskritta. L-ambjent fid-dar irid ikun b’tali mod li jassigura li r-resident ikollu l-privatezza, sigurtà, rikrejazzjoni, kif ukoll fejn jista’ jipparteċipa soċjalment. Min imexxi d-dar għandu dmir li jieħu dawk il-miżuri kollha biex jevita r-riskju ta’ xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu lir-residenti. Kull dar ta’ l-anzjani għandu jkollha tabib li jkun jista’ jiġi msejjaħ skond il-bżonn u li jinkludi f’każ ta’emerġenza L- istandards jinkludu wkoll dawk għal prevenzjoni minn mard infettiv u li jkun hemm il-faċilitajiet fid-djar f’każ ta’nar. Biex il-Gvern jassigura li l- istandards qed jigu milħuqa isiru spezzjonijiet għall-għarrieda kemm f’ħinijiet differenti tal-ġurnata fid-djar residenzjali kollha biex jiġi assigurat li r-residenti jingħataw servizz tajjeb.

Djar Residenzjali — ilmenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24936, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji dar tal-anzjani tkun eleġibbli biex tiġi liċenzjata? Fuqiex kienu s-27 ilment li rċieva d-Dipartiment għall-Standards fis-Servizzi tas-Saħħa u liema huma dawk id-Djar tal-Anzjani li kellhom ilment/i u jekk dawn l-ilmenti ġewx ikkoreġuti minn dawn id-Djar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l- kriterji biex dar tal-anzjani tkun eleġibbli biex tiġi liċenzjata japplikaw għad-djar tal-anzjani kollha jiġifieri kemm dawk tal- knisja, privati kif ukoll dawk tal- Gvern. Id-djar għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti sanitarji u li jinkludu dawk fuq l-iġjene tal-ikel. Id-djar iridu jinżammu ndaf u fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni. Irid ikun hemm dawk il-faċilitajiet fid-djar biex jiġi assigurat l-għoti ta’ kura neċessarja u t-tqassim tal –mediċina preskritta. L-ambjent fid-dar irid ikun b’tali mod li jassigura li r-resident ikollu l-privatezza, sigurta’, rikrejazzjoni, kif ukoll fejn jista’ jipparteċipa soċjalment. Min imexxi d-dar għandu dmir li jieħu dawk il-miżuri kollha biex jevita r- riskju ta’ xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu lir- residenti. Kull dar ta’ l-anzjani għandu jkollha tabib li jkun jista’ jiġi msejjaħ skond il-bżonn u li jinkludi f’każ ta’emerġenza Il- kriterji jinkludu wkoll dawk għal prevenzjoni minn mard infettiv u li jkun hemm il-faċilitajiet fid-djar f’każ ta’ nar Biex dar tibda topera dar irid ikollha l-liċenzja maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa wara li jkun hemm il-permess neċessarju tal-MEPA. L-ilmenti li rċieva id-Dipartiment tal-Istandards ivarajaw minn allegazzjonijiet ta’ abbuż fuq anzjani, nuqqas ta’ iġjiene, ilmentu fuq l-ikel, irwejjaħ, lmenti fuq servizzi provduti kif ukoll ilmenti li jirrigwardjaw it-temperaturi tad-djar. Kull ilment jiġi investigat u fejn ikun hemm bżonn isiru spezzjonijiet għall-għarrieda kemm bin-nhar kif ukoll filgħaxija. F’każ li l-ilment ikun ikkonfermat Id-Dipartiment għall- Istandards jagħmel ir-rakomandazzjonijiet meħtieġa biex jiġu ndirizzati dawn in-nuqqasijiet u jġiegħel lil min hu responsabbli mid-dar biex isegwi dawn ir-rakomandazzjonijiet.

Kumpanija Medavia — għajnuna finanzjarja mill-gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, minħabba l-gwerra tal-Libja, x'inhuma l-problemi li bħalissa tinsab fihom il-kumpanija Medavia? Il-gvern ġie mitlub għal xi għajnuna finanzjarja?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-kriżi fil-Libja l-operat ta’ MEDAVIA, li tiddependi kważi esklussivament fuq xogħol mil-Libja, huwa prattikament wieqaf. Il-kumpanija ma talbet l-ebda għajnuna finanzjarja mill-Malta Enterprise, għalkemm il-Gvern qiegħed isegwi mill-viċin l-iżviluppi tal-kumpanija konċernata.

Kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara kif l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qed iħallas il-kont tad-dawl u ilma tiegħu fuq three-phase meta dan għandu single phase? Tista' l-Arms Ltd tara l-problema u tagħtih id-differenza tal-flus li ħallas?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.