Allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26327 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid:
a) fl-aħħar tliet snin, kemm kien hemm allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema li ġew rapportati lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali;
b) kemm-il rapport ġie investigat;
ċ) kemm ittieħdu azzjonijiet; u
d) kemm fadal rapporti pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab l-Isptar Karen Grech u ilha ma tkun id-dar xhur peress li anke għamlet żmien għand it-tfal, issa irċeviet kont tad-dawl u l-ilma li jammonta għal €771.36 u jidher li hemm xi esegerazzjoni? Tista' l-Arms Ltd tara ftit dan il-kont billi tiġi kkuntattjata l-familja tal-anzjana?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab l-Isptar Karen Grech u ilha ma tkun id-dar xhur peress li anke għamlet żmien għand it-tfal, issa irċeviet kont tad-dawl u l-ilma li jammonta għal €771.36 u jidher li hemm xi esegerazzjoni? Tista' l-Arms Ltd tara ftit dan il-kont billi tiġi kkuntattjata l-familja tal-anzjana?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' ġuvni li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li tmien snin ilu kien waqa' minn fuq il-bridge ta' Regional Road u ilu daqshekk jistenna biex issirlu operazzjoni? Jista' jingħata l-aħħar żviluppi dwar dan il-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' ġuvni li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li tmien snin ilu kien waqa' minn fuq il-bridge ta' Regional Road u ilu daqshekk jistenna biex issirlu operazzjoni? Jista' jingħata l-aħħar żviluppi dwar dan il-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara t-talba li għamlet il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn talbet l-għajnuna mill-Awtorità ta' Djar permezz ta' ittra u li dwarha għad m'għandhiex risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar qed tikkunsidra t-talba tal-persuna msemmija u tinsab f’kommunikazzjoni miegħu sabiex jipprovdi xi dokumenti relatati mal-każ.
Tista' l-Ministru tara t-talba li għamlet il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn talbet l-għajnuna mill-Awtorità ta' Djar permezz ta' ittra u li dwarha għad m'għandhiex risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar qed tikkunsidra t-talba tal-persuna msemmija u tinsab f’kommunikazzjoni miegħu sabiex jipprovdi xi dokumenti relatati mal-każ.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kull każ tal-familja li għandha l-Aġenzija Appoġġ għandux programm individwali? Jekk iva, meta dan il-programm individwali, li huwa tant importanti għall-familja, qed jiġi rivedut permezz ta' case review? Kopja ta' dan ir-rapport individwali qed jingħata lill-ġenituri jew lill-carers li qed jieħdu ħsieb il-famlija? Min hu responsabbli li dawn il-programmi individwali qed jiġu segwiti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull individwu u/jew familja li jkunu qed jirċievu servizz mill-Aġenzija Appoġġ għandu program t`azzjoni individwali. F`każijiet fejn il-familja kollha tkun qed tiġi segwita u provduta bis-servizz, dan il-pjan ikun jinkludi kemm azzjonijiet għall-interess tal-membri kollha tal-familja u/jew saħansitra pjan individwali skont il-bżonnijiet ta’ kull membru tal-familja.
Dan il-pjan meta jkun possibbli jsir mal-familja u/jew individwu konċernat. Il-pjan ta’ xogħol
(care/action plan)
li jrid isir mal-klijenti jiġi l-ewwel diskuss mal-klijent stess waqt l-ewwel laqgħat li jsiru magħhom, waqt li l-ħaddiem soċjali jkun qed jassessja s-sitwazzjoni tagħhom. Ikun hemm sitwazzjonijiet fejn professjonisti oħra li jkunu involuti mal-familja jiġu kkonsultati bil-kunsens tal-individwi sabiex jgħinu fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan.
Fejn hu possibli l-familja u/jew l-individwu jkunu ikkonsultati matul il-proċess kollu u saħansitra inkoraġġuti biex huma ukoll jagħmlu l-parti tagħhom sabiex dan il-pjan jirnexxi u għalhekk id-diffikultajiet li huma stess ikunu preżentaw jitjiebu fl-aħjar interess tagħhom u tal-familja tagħhom.
Għalkemm m'hemmx żmien speċifiku kull meta jiġi rivedut dan il-pjan, kull meta jinħass il-bżonn flimkien mal-familja u/jew individwu tiġi evalwata s-sitwazzjoni fl-interess ta’ kull min hu involut. L-individwi u l-familja kontinwament jiġu mħeġġa biex huma jagħmlu l-parti tagħhom u dan il-pjan jiġi revedut magħhom. L-andament tal-każ jiġi diskuss mas-supervisor waqt supervision, kif ukoll b’mod informali jekk ikun il-bżonn (eżempju meta tinqala' kriżi). L-andament tal-każ, osservazzjonijiet min-naħa tal-ħaddiem soċjali u xi bidla ta’ pjan jiġu diskussi ġeneralment b’mod informali mal-klijent.
Fil-każijiet ta' minuri li huma
'looked after'
, il-pjanijiet għall-minuri jitfasslu b'mod formali waqt
case review,
li ssir kull 6 xhur. F'dawn ir-
reviews
jiġu evalwati l-pjanijiet li jkunu saru u mfassla pjanijiet għas-6 xhur ta’ wara. Fil-frattemp jekk ikun hemm bżonn li jinbidel il-pjan li jkun ġie mfassal tista tiġi msejjħa Case Conference
.
Huma l-individwu u /jew familji konċernati flimkien mal-professjonisti li huma responsabbli sabiex dan il-pjan jiġi mwettaq.
Wied il-Għajn — Bajja ta' San Tumas - Ronda tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni fil-Bajja ta' San Tumas, Wied il-Għajn qatt ma jidhru pulizija jagħmlu ronda regolari u ta' spiss, speċjalment fiż-żminijiet tas-sajf, biex jaraw li mhux qed isir ksur ta' liġijiet, speċjalment minn żgħażagħ taħt l-età ta' 17-il sena li jixorbu xorb alkoħoliku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-mobile squad, jagħmlu ronda regolarment fil-lokalità msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25751, għall-benefiċċju tal-qraba tar-residenti, jista' l-Ministru jgħid l-ismijiet ta' dawk id-Djar Residenzjali li kellhom ilment (u l-ilment x'kien) u jekk dawn l-ilmenti ġewx ikkoreġuti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ilmenti li rċieva id-Dipartiment tal-iStandards ivarjaw minn allegazzjonijiet ta’ abbuż fuq anzjani, nuqqas ta’ iġjiene, ilmenti fuq l-ikel, irwejjaħ, lmenti fuq servizzi provduti kif ukoll ilmenti li jirrigwardjaw it-temperaturi tad-djar. Fejn kien hemm bżonn id-Dipartiment għall-iStandards għamel ir-rakkmandazzjonijiet meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet lil min hu responsabbli mid-dar. Xi żmien wara u ċertament qabel ma tiġi imġedda l-liċenza jiġi assigurat li dawn ir-rakkmandazzjonijet ġew fil-fatt imwettqa.
Id-djar konċernati huma: Pax et Bonum, Villa Messina, Villa Robinich, Sa Maison, Marina Palace, Casa Arkati, Charian, Charella, Medina, Casa Antonia, Casa Serena, Roseville.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25952, tista' l-Ministru tgħid kemm kellhom punti kull wieħed mit-98 persuna jew familja sabiex finalment ġew mogħtija akkomodazzjoni alternattiva s-sena l-oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-punti tal-applikanti li bbenefikaw minn akkomodazzjoni alternattiva matul is-sena 2010 kienu jvarjaw minn 0 sa 277 punt.
Il-punti huma indikattivi u mhux dejjem jirriflettu l-bżonnijiet ta’ l-individwu. Per eżempju ma jingħata l-ebda punt lill-persuna li tkun ġejja minn xi istituzzjonijiet, jew tkun
homeless
però dawn jingħataw prijorità fuq applikanti oħrajn.
Każijiet oħra meta l-punti mhumiex indikattivi huma meta l-applikanti jkunu diġà jgħixu ġo post tal-gvern u minħabba problema ta’ mobilità jew ċokon jew kobor tal-akkomodazzjoni jkollhom bżonn jiġu ri-allokati.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-punti ta’ 98 persuna.
Allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid:
a) fl-aħħar tliet snin, kemm kien hemm allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema li ġew rapportati lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali;
b) kemm-il rapport ġie investigat;
ċ) kemm ittieħdu azzjonijiet; u
d) kemm fadal rapporti pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat
Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Go li l-gvern għandu sehem minnha, tara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed tintalab tħallas calls li m'għamlitx?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14305.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-gvern se jiftaħ ir-reklutaġġ għall-Forzi Armati, xi kwalifiki jkollhom bżonn u kemm se jidħlu ġodda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiftaħ ingaġġ ġdid għad-dħul ta’ suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jimtlew vakanzi eżistenzi.
L-applikanti jkunu meħtieġa joqgħodu għal eżami bil-miktub fil-livell tat-tielet sena tal-iskola s sekondarja fl-Ingliż, Malti u Matematika. Dawk il-kandidati li jippreżentaw ċertifikati fil-livell ordinarju tal-Matsec, jew ekwivalenti, f’dawn is-suġġetti jistgħu jagħżlu li jiġu eżentati milli joqgħodu għall-eżami bil-miktub.
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet mistennija tiġi ppublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali — abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm allegazzjonijiet ta’ abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema li ġew rappurtati lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali? Kemm-il rapport ġie investigat? Kemm ittieħdu azzjonijiet? Kemm fadal rapporti pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-liċenzja ta' security ta' individwu, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn dan kien diġà kellu l-liċenzja u skadietlu, issa peress li sab xogħol ta' security għamel ir-refresher course u qed jistenna li jkollu l-liċenzja biex jibda? Huwa mar id-Depot u qalulu li l-liċenzja tieħu ż-żmien biex toħroġ, bil-konsegwenza li jekk din il-liċenzja ma tkunx għandu fi żmien qasir, dan jista' jitlef din l-opportunità tax-xogħol.
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija kellha l-liċenzja skaduta sa mis-7 ta’ April tal-2010. Infurmat ukoll illi fit-18 ta’ Mejju ta’ din is-sena huwa għamel ir-refresher course, u ssottometta ċ-ċertifikat ta' dan il- course fl-uffiċċju tal-liċenzji tal-Pulizija, fit-23 ta’ Mejju, 2011. Din it-talba għat-tiġdid tal-liċenzja qed tkun pproċessata skont il-Liġi.
Jista' l-Ministru jara għaliex il-prodott Convatec, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qiegħed ikun out of stock? Jista' jara li ma jkunx hemm aktar skarsezza tal-istess prodott?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Peress li ‘Convatec’ hija ditta u mhux prodott, nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun speċifiku għal liema prodott qiegħed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jara li tiġi rranġata l-kamra, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija ta' periklu u li tinsab fejn il-gate tal-Hockey Ground Stadium, Paola?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-Joint Office fi ħadn it-taqsima Propjeta tal-Gvern diġa’ qiegħda f’ kuntatti biex din il-kamra tiġi rranġata u l-periklu jitneħħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm piloti jaħdmu mal-Air Malta? Hemm xi pjan li dawn jonqsu? Jekk iva, fuq liema kriterju?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Airmalta għandha 146 piloti jaħdmu magħha. Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant il-kumpanija għaddejja minn pjan ta’ ristrutturar u għaldaqstant mhuwiex il-waqt li tingħata informazzjoni ta’ dan it-tip.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li mhux qed tirċievi kontijiet tas-servizz tat-Telecare u tixtieq li tirregola ruħha u tara jekk hemmx xi kontijiet pendenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li persuni li għandhom ‘il fuq minn sittin sena u li għandhom il-karta roża, huma eżenti mit-tariffa tat-Telecare, sakemm m’għandhom lil ħadd jgħix magħhom li huma taħt is-sittin sena.
Għaldaqstant il-koppja li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hija eżenti mit-tariffa tat-Telecare.