Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar Residenzjali tal-Persuni b'Diżabilità — spezzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24384, tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Ministeru tagħha ma jagħmilx spezzjonijiet regolari fid-Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilità u fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bħalma jsiru fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali għad m’għandux sistema ta’ spezzjonijiet minħabba li għad iridu jitfasslu l-istandards meħtieġa wara konsultazzjoni pubblika u mal-entitajiet li jipprovdu dan is-servizz. Sadanittant, il-Fondazzjoni tal-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali tilqa’ u tinvestiga kull ilment li jista’ jkun hemm fl-għoti tas-servizzi lil persuni b’diżabilità.

Tfal li jattendu skejjel primarji u kindergarten statali

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-numru ta’ tfal ta’ kull lokalità f’Malta li jattendu l-kindergarten u skejjel primarji statali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ u Sedqa — At Risk Register

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Aġenziji Appoġġ u Sedqa għandhomx At Risk Register? Jekk iva, f’liema lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex jgħixu dawn il-familji jew individwi? Kemm-il darba kull xahar iżuruhom il-ħaddiema soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari mill-Onorevoli Interpellant, l-Aġenziji Appoġġ u Sedqa m’għandhomx At Risk Register.

Budget lill-għaqdiet tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid wara tħabbir fil-budget dwar għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet tal-annimali, jista' jgħid kemm mill-wegħdiet ġew imwettqa, liema ma ġewx imwettqa u kemm ibbaġitja l-Gvern sena b'sena mill-2007 sal-2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 22416.

Kuntratturi tal-gvern — flus dovuti lit-taxpayers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti l-Gvern lill-kuntratturi li ħadmulu? Kemm ilhom pendenti l-ammonti, kemm huma l-ammonti u liema huma l-kuntratturi? Kemm għandu jagħti l-Gvern f'arretrati ta' taxxi lit-taxpayers f'Malta u Għawdex u kemm ilhom dawn il-flus dovuti lit-taxpayers? Jista' jgħid kemm għandu jieħu l-Gvern mingħand it-taxpayers fi flus u ta' liema sena huma?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku għal-liema tip ta’ kuntratturi qed jirreferi u għal-liema perjodu qed jirreferi.

Kumpaniji/Lukandi/Fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Arms Ltd — nies li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Arms Ltd għandha tieħu mingħand familji, lukandi, fabbriki u kumpaniji separatament li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Skola tal-Gvern tal-Gudja — summer school

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk fl-iskola tal-gvern tal-Gudja, dawk il-ġenituri li jkunu iridu jibagħtu lit-tfal tagħhom fis-summer school, fejn qabel riedu jħallsu €11.65 issa se ssir bejn €105 sa €155? Peress li dawn huma familji bid-dħul baxx, taħseb l-Ministru li l-fee se tkun diffiċli għalihom biex jibagħtu lil uliedhom għas-summer school?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fis-sajf li ġej fl-iskola tal-Gudja se jkun hemm żewġ attivitajiet differenti. Skola Sajf se ssir bħas-soltu, jiġifieri se tkun miftuħa għat-tfal ta’ bejn il-Year 3 u l-Year 6. Il-ġenituri ta’ dawn it-tfal mitluba jħallsu €11.65. Dan hu bħal ma jiġri fl-iskejjel primarji statali kollha. S’issa irreġistraw dsatax-il tifel u tifla. In-numru jixbaħ lil dak ta’ snin oħra. Din is-sena, fl-iskola tal-Gudja ser ikun hemm attivita’ oħra organizzata mill-Littleeinsteins Summer Club, entità privata li kriet il-klassijiet tas-sular t’isfel biex tagħmel programm kreattiv għat-tfal ta’ bejn Kinder 1 u Year 2.

Avukati impjegati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, x-Xogħol u l-Familja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-avukati impjegati mal-Ministeru tagħha kemm jekk b’kuntratt kif ukoll jekk fuq bażi indefinita? X’funzjoni għandhom dawn l-avukati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn — Skola Primarja - studenti assenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn li kienu assenti din is-sena skolastika għal aktar minn tliet ijiem? X’azzjoni konkreta ttieħdet f’kull każ mis-social workers tal-Edukazzjoni u tal-Aġenzija Appoġġ biex jieqaf dan l-abbuż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul is-sena skolastika 2010-2011 kien hemm 389 student li falla aktar minn tliet ijiem skola fil-Primarja ta’ Wied il-Għajn. Is- social workers ħadmu ma’ 23 minn dawn li kienu studenti li jfallu l-iskola fuq bażi regolari. Minn dawn l-istudenti 5 emigraw waqt li 4 studenti qed jattendu regolari u fil-fatt m’hemmx aktar bżonn l-intervent tas- social workers. Fil-preżent is- social workers qed isegwu 13-il każ fuq bażi regolari u x-xogħol ivarja skont il-bżonn tal-istudent u l-familja tiegħu. F’każijiet li l-Aġenzija Appoġġ tinduna li hemm tfal li jkunu assenti fit-tul mill-iskola l-ġenituri jiġu mwiddba biex jibgħatu t-tfal l-iskola. Dawn is-sitwazzjonijiet jiġu rreferuti lis- social workers tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jindagaw fuq l-andament tal-familja.

Parental Empowerment Programmes — flus fuq programmi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qegħdin iqumu flus kull programm (Nwar, Ħilti, Id f’Id, Klabb Naħla eċċ.) li jaqgħu taħt il-Parental Empowerment Programmes? X’iridu jagħmlu dawk il-ġenituri biex uliedhom jieħdu sehem f’dawn il-programmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kors għall-Childminders — Proġett LLEEP

Question

Tista’ l-Ministru tgħid lil min għandhom jikkuntattjaw il-ġenituri li jixtiequ jieħdu sehem fil-Kors għal childminders tal-Proġett LLEEP? Xi kwalifiki huma meħtieġa u fiex jikkonsisti dan il-kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26692 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li weħlu sentenza ta' ħabs — moħqrija fuq annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni weħlu sentenza ta' ħabs fuq moħqrija tal-annimali sena b'sena mill-2007 sa 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2007 sallum, kien hemm 8 persuni li weħlu sentenzi ta’ ħabs sospiżi wara li kienu nstabu ħatja mill-Qorti fuq akkużi ta’ moħqrija fuq annimali, 1 fl-2009, 3 fl-2010 u 4 din is-sena.

Ħlas ta' taxxa fuq id-dar

Question

Tista' l-Ministru tara x'sar mit-talba li saret fil-mistoqsija parlamentari 24108 u tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol meħtieġ biex isir il-ftehim neċessarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità tad-Djar baqgħet issegwi l-każ skont kif spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24108 iżda s’issa ma tistax tagħti data meta l-kuntratt finali jista’ jsir.

Ħlas ta' taxxa fuq id-dar

Question

Tista' l-Ministru tara x'sar mit-talba li saret fil-mistoqsija parlamentari 24108 u tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol meħtieġ biex isir il-ftehim neċessarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità tad-Djar baqgħet issegwi l-każ skont kif spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24108 iżda s’issa ma tistax tagħti data meta l-kuntratt finali jista’ jsir.
Leg 11 PQ #26537 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26327 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid: a) fl-aħħar tliet snin, kemm kien hemm allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema li ġew rapportati lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali; b) kemm-il rapport ġie investigat; ċ) kemm ittieħdu azzjonijiet; u d) kemm fadal rapporti pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.