Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema li temmew ix-xogħol minn maċ-Ċivil f’dawn l-aħħar sentejn? Kemm kien in-numru ta’ ħaddiema oħra, li għandhom diżabilità, ġew ingaġġati mas-Servizz Pubbliku minflok dawk li rtiraw f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kull sejħa għal applikazzjonijiet li toħroġ biex jimtlew vakanzi fis-Servizz Pubbliku tkun tinkludi klawżola biex persuni reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità (KNPD) ikunu jistgħu jgawdu minn ‘bdil raġonevoli’ fil-parametri tal-eliġibilità għall-post rispettiv, skont Sezzjoni 7 tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità), (Kap 413),.
Bejn il-15 ta’ Ġunju, 2009 u l-15 ta’ Ġunju, 2011, kien hemm 2,672 impjegati li temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku. Matul l-istess perjodu, 22 mill-impjegati ġodda li ġew reklutati mas-Servizz Pubbliku kienu reġistrati mal-KNPD.
Dawn mhux neċessarjament kienu reklutati fil-postijiet vakati minn dawk li rtiraw.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1336 tat-30 ta’ Gunju, 2008, tista’ l-Ministru tgħid jekk ġewx implimentati r-rakkmandazzjonijiet tad-dokument School Attendance Improvement?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rakkomandazjonijiet tad-dokument School Attendance Improvement qegħdin jiġu implementati mis-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent.
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatment, li madwar erba' snin ilu applika biex jidħol f'home fiż-Żejtun? Wieħed jifhem li hemm lista twila, però ta' min isemmi li dan huwa anzjan ta' età kbira u l-mara tiegħu kellha ukoll breast cancer.
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat fl-4 ta’ Marzu 2009. Din l-applikazzjoni ġiet approvata fis-7 ta’ Mejju 2009 bħala Low Priority. Fil-5 ta’ Ottubru 2010 id-dipartiment irċieva medical update u fil-25 ta’ Novembru 2010 dan il-każ ġie approvat bħala high priority. Bħalissa dan il-każ qiegħed fil-lista ta’ stennija li huma high priority.
applikazzjoni għad-dħul fir-Residenza San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana ta' 82 sena li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule? Minn informazzjoni li tatni din l-anzjana diġà rawha l-membri tal-bord u filwaqt li nifhem bid-domanda li hemm biex anzjani jidħlu f'din ir-residenza, jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun fis-6 ta’ Lulju 2010 u ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni bħala high priority fil-21 ta’ Ottubru 2010. Din l-anzjana tpoġġiet fuq il-waiting list tal-high priority għad-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun.
Anzjana — applikazzjoni għar-residenza San Vinċenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab fl-Isptar Karen Grech u għandha 81 sena u applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li m'għandha lil ħadd min idur biha u li meta ġew l-occupational therapists , issuġġerewlha li tagħmel xi xogħlijiet id-dar biex tkun kapaċi tmexxi tajjeb, pero' hi qed issib problema biex tgħix id-dar waħedha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla fl-24 ta’ Settembru 2007 u ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni bħala high priority fis-7 ta’ Lulju 2008. B’hekk din l-anzjana ġiet imqiegħdha fil-lista ta’ stennija tal-high priority għad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla.
Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ġie nfurmat li fit-22 ta’ Gunju 2011 din l-anzjana ġiet
discharged
minn Karen Grech Hospital u ġiet ammessa f’waħda mid-Djar tal-Anzjani tal-Knisja. Sadanittant l-anzjana xorta għadha mniżżla fuq il-lista ta’ stennija għad-Dar tal-anzjani ta’ Bormla.
Jista' l-Ministru jara każ ta' sid ta' ħanut, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qatgħulu l-provvista tad-dawl mingħajr ebda avviż minħabba li qalulu li kellu jħallas €5,000 meta huwa ma kienx qiegħed jirċievi kontijiet? Jista' l-Ministru jara li dan jirregola ruħu billi l-kumplament li għandu jagħti jitqassmu f'perjodi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26698 u jgħid kemm hemm bħalissa pilloli out of stock u kemm ilhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa hemm 26 pillola fuq il-Formularju li huma out of stock. Ir-ragunijiet għaliex xi mediċina partikolari tkun out of stock ivarjaw kif jidher hawn taħt.
a) supplier
ma jwassalx il-mediċina fil-perjodu rikjest mid-Dipartiment tal-Kuntratti, jigifieri
late delivery
;
b) Il-Kuntrattur identifikat ikun ikkontestat minn xi
bidder
ieħor u għaldaqstant kien hemm proċedura ta’ appell u l-kuntratt il-ġdid ma jingħatax;
c) Sejħiet għal
tenders
li għal xi raġuni ma jinħarġux fil-ħin;
d) Nuqqas ta’ manifattura ta’
item
partikulari. F’dan il-każ ikun hemm skarasezza fis-suq internazzjonali;
e) Sejħiet ta’
tenders
li ġew kanċellati minħabba raġunijiet varji, bħal per eżemplu l-
bidders
ma jkunux issodisfaw ir-rekwiżiti mitluba fit-
tender
.
Is-sistema eżistenti ma tippermettix li tinħareġ informazzjoni dwar kemm damet
out of stock
kull tip ta’ pillola separatament. Fil-parti il-kbira dawn il-pilloli huma dawk relatati mal-mard tal-qalb u l-pressjoni.
Arms Ltd — nies li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26697 u jgħid kemm l-Arms Ltd għandha tieħu mingħand familji, lukandi, fabbriki u kumpaniji separatament li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Kumpaniji/Lukandi/Fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26696 u jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ negozji li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl matul l-ewwel ħames xhur tas-sena 2011 minħabba li dawn ma ħallsux il-kontijiet huwa ta' 167.
86 kumpaniji kummerċjali ngħataw is-servizz tad-dawl lura f’dawn l-aħħar ħames xhur.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26695 u jgħid kemm hemm familji li nqatgħalhom id-dawl f'dawn l-aħħar xahrejn għax ma ħallsux id-dawl u ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ familji li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl matul l-ewwel ħames xhur tas-sena 2011 minħabba li dawn ma ħallsux il-kontijiet huwa ta' 251.
154 familji ngħataw is-servizz tad-dawl lura f’dawn l-aħħar ħames xhur.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26694, jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti l-Gvern lill-kuntratturi tat-toroq li ħadmulu? Kemm ilhom pendenti l-ammonti, kemm huma l-ammonti u liema huma l-kuntratturi tat-toroq? Kemm għandu jagħti l-Gvern f'arretrati ta' taxxi lit-taxpayers f'Malta u Għawdex u kemm ilhom dawn il-flus dovuti lit-taxpayers? Jista' jgħid kemm għandu jieħu l-Gvern mingħand it-taxpayers fi flus u ta' liema sena huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammonti pagabbli lill-kuntratturi jiġu dovuti meta jinħareġ iċ-ċertifikat tal-pagament mill-periti konċernati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti pendenti.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-manual of procedures tal-Aġenzija Appoġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Manual of Procedures tas-servizzi kif qed jidhru hawn:
1. Court Services Manual
2. Supportline 179
3. Proġett Ulied Darna
4. High Support Services
5. Adoption Team
6. Men’s Services
7. GĦabex (women’s Shelter)
8. Boffa
9. San Vincenz De Paule Residence Service
10. Qormi Health Centre Services
11. Benniena
12. Family Therapy Services
13. Community Services
14. Generic Services
15. Hotline (helpline)
Is-servizzi li jidhru hawn għandhom
manuals of procedures
li bħalissa qegħdin jiġu reveduti u għal daqstant ma jistawx jiġu mqiegħda fuq il-Mejda:
1. Initial Response Services
2. Supervised Access Visits
3. Youth in Focus (servizz ġdid u għal daqstant il-manual għadu qed jiġi fformolat)
4. Customer Care
5. Child Protection Services
6. Fostering
7. Looked After Children
8. Mater Dei
9. Psychological Services
10. Homestart (Il-manual internazzjonali jintuża għal dan is-servizz)
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26476 u jara li jitmexxa l-ilment li sar lid-Dipartiment mill-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26537 u 26327 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid:
a) fl-aħħar tliet snin, kemm kien hemm allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema li ġew rapportati lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali;
b) kemm-il rapport ġie investigat;
ċ) kemm ittieħdu azzjonijiet; u
d) kemm fadal rapporti pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi investiga 1954 rapport li rċieva fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Mejju 2011. Kull każ rappurtat jiġi nvestigat. Min dawn, 172 każ ingħalqu mid-dipartiment jew minn min għamel ir-rapport, filwaqt li 859 każ ġew riżolti mingħajr proċeduri fil-qorti. Il-Pulizija ġiet mitluba tressaq 388 każ il-Qorti, filwaqt li għadhom qiegħed jiġu nvestigati 535 każ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26579 u jara l-każ ta' ġuvni li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li tmien snin ilu kien waqa' minn fuq il-bridge ta' Regional Road u ilu daqshekk jistenna biex issirlu operazzjoni? Jista' jingħata l-aħħar żviluppi dwar dan il-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali — abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26311 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm allegazzjonijiet ta’ abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema li ġew rappurtati lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali? Kemm-il rapport ġie investigat? Kemm ittieħdu azzjonijiet? Kemm fadal rapporti pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt f’ Mistoqsija Parlamentari nru.26765.
Studenti li tressqu quddiem il-bord tad-dixxiplina — swat fuq għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm tfal u żgħazagħ tressqu quddiem il-bord tad-dixxiplina għax inqabdu isawtu lill-għalliema tagħhom? Kemm kellhom età u f'liema skola kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’din is-sena skolastika 2010-2011 ma ġie rrapportat l-ebda każ fis-safe school programmes, fi ħdan is-servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali, li student sawwat għalliem.
B'referenza għar-rakkmandazzjonijiet imniżżla fil-mistoqsija parlamentari 25448 tar-rapport ta' inkjesta mmexxija mill-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jintlaħqu l-istandards tal-Fejda u Jean Antide u jekk ġiex kjarifikat ir-rwol tal-Fondazzjoni Vincenzo Bugeja li qed toffri servizzi għat-tfal u ż-żgħażagħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wara t-tnehdija ta’ dan ir-rapport u sussegwentament ir-rakkommandazzjonijiet rispettivi, ġie mwaqqaf Task Force Inter Ministerjali sabiex jkun jista’ jagħti parir dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rikommandazzjonijiet. Infurmata li dan it-task force qiegħed tiffinalizza r-rapport tiegħu f’dan ir-rigward.
Id-djar residenzjali Fejda u Jeanne Antide jitħaddmu fuq prinċipji fejn l-aħjar interessi taż-żgħażagħ ikunu mħarsa. Id-Dipartiment tal-Ħarsien Soċjali m’għandux rapporti li s-servizzi li qed jingħataw ma jilħqux l-i
standards
minimi. Madanakollu, qed issir ħidma sabiex is-servizzi li jingħataw lil dawn l-adoloxxenti jiġu mtejba.
Ir-rwol tal-Fondazzjoni Vincenzo Bugeja huwa ċar kif stipulat fil-kuntratt li hemm bejn il-gvern u l-istess Fondazzjoni fir-rigward tat-Tmexxija tad-Dar. Il-Kuntratt jistipola li jkun mwaqqaf Board ta’ Tmexxija li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Gvern u minn rappreżentanti min-naħa tal-Fondazzjoni Vincenzo Bugeja. Dan il-Bord jiltaqa’ b’mod regolari, fejn jiġi diskuss l-andament tal-programm min-naħa maniġerjali. Huwa ċar li l-operat ta’ dawn il-Programmi huwa r-responsabbilta’ tal-professjonisti li jmexxu dawn id-djar.
B'referenza għar-rakkmandazzjopnijiet imniżżla fil-mistoqsija parlamentari 25448, tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx indirizzati l-ħtiġijiet kollha elenkati fir-rapport ta' inkjesta dwar is-servizzi mogħtija mill-YMCA u jekk l-Aġenzija Appoġġ għadhiex tuża s-servizzi ta' din l-għaqda mhux governattiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aġenzija APPOĠĠ m’għadiex tagħmel użu minn servizz residenzjali għall-minuri. L-Aġenzija iżda għadha tagħmel użu mix-xelter residenzjali li jieħu fih adulti kif ukoll adulti akkumpanjati mit-tfal tagħhom.