Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kellha l-blue sticker għal dan l-aħħar 16-il sena u issa meta marret iġġedded, irrifjutaw li terġa' tingħata l-blue sticker peress li huma qed isostnu li huwa żball?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li min-naħa tas-sanità jsir xi ħaġa minħabba numru ta' ġriden li hemm f'garaxx, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jmiss ma' dar peress li ilhom jitkellmu ma' tas-sanità imma l-problema għadha hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fil-15 ta’ Gunju ta’din is-sena rċieva lment rigward ġrieden fil-bitħa tal-garaxx li jinsab fi Triq G. Schembri, Qormi. Fil-21 ta’ Ġunju, 2011 tali lment beda jiġi nvestigat minn Uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali. Waqt l-ispezzjoni ma ġewx innottati ġrieden jew traċċi tagħhom. Il-garaxx jintuża bħala store sabiex jinħażen ħġieġ u aluminium.
Is-sena li għaddiet kienet ittieħedet azzjoni legali kontra s-sid tal-garaxx minħabba ilment rigward infestazzjoni ta’ ġrieden. Il-każ ġie deċiż wara li s-sitwazzjoni ta’ infestazzjoni fil-garaxx ġiet rimedjata.
Bħala prekawzjoni fl-1 ta’ Lulju sar trattament għal kontra l-ġrieden fi Triq G. Schembri minn ħaddiema fi ħdan it-Taqsima tal-Pest Control Unit.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma n-nies kollha li għandu l-gvern fuq bordijiet u kemm jitħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fir-rigward tal-uffiċċju tiegħi,l-Ministeru għandu bżonn jiġbor l-informazzjoni mill-entitajiet konċernati u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess ikun konkluż. Għar-rigward ta’ informazzjoni oħra, nitolbu jagħmel id-domanda lill-Ministeri kkonċernati
Arms Ltd — nies li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26876 u 26697 u jgħid kemm l-Arms Ltd għandha tieħu mingħand familji, lukandi, fabbriki u kumpaniji separatament li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li tbati bid-dimensja u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li ftit tal-jiem ilu r-raġel tagħha miet u tinsab waħedha? Din għamlet żmien ukoll l-Isptar Mater Dei u applikat għar-residenza San Vinċenz de Paule?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat biex tidħol f’residenza tal-anzjani fis-26 ta’ Mejju 2009. L-applikazzjoni tagħha ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule bħala high priority. Il-Bord reġa' ra dan il-każ fit-2 ta’ Ġunju 2011 u ġie approvat bħala urgent. B’hekk din l-anzjana ġiet imqiegħedha fil-lista ta’ stennija tal-urgent għar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ iċ-cheque tad-dawl u ilma ta' famlija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilhom ma jirċievu l-kont aktar minn ħames xhur fejn ħaddieħor qed jirċevih regolari kull xahrejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Tista l-Ministru tara każ ta' armla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha ċċempel biex tirċievi l-voucher tad-dawl u ilma u dejjem jgħidulha li se tirċevihom imma wara ħafna żmien reġgħet ċemplet u qalulha li ma bagħtitx il-formoli? Tista’ tara li dan il-każ jiġi rimedjat u din il-persuna tiġi kuntattjata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija ġiet infurmata li għandha tirċievi l-voucher għall-benefiċċju tal-Enerġija.
Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa każ ta’ anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għamel applikazzjoni għal reserved parking u skont hu minkejja li ilu żmien li applika għadu ma rċieva xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid il-gabbani li hemm f'Putirjal il-Belt fejn sejrin? Kulmin kien Putirjal, kollha se jerġa' jkollhom post dawk il-gabbani li se jsiru ġodda? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' dawn il-gabbani, id-daqs u l-materjal fejn se jitpoġġew? L-Arriva se jkollha l-gabbani tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-karta tal-income tax tas-self employed tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li wara li miet missieru, ħa r-responsabilità tal-ħanut u għadu ma rċieviex income tax return?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-formola tat-taxxa qed tintbagħat lill-persuna indikata f’dawn il-jiem, u se jkun jista’ jibgħatha mimlija kif suppost fi żmien 30 jum mid-data li fiha tasallu.
Tista' l-Ministru tara każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li huwa separat u jgħix waħdu u talab għall-għajnuna fit-tindif tad-dar, imma l-bord m'approvax dan is-servizz? Peress li r-raġel jinsab waħdu u għandu 65 sena, jista' l-Ministru jara jekk il-bord jistax jerġa' jirrevedi l-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat għas-sussidju tal-kera u kulma talbuha l-Awtorità tad-Djar ħadet ħsieb bagħtet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-20 ta’ Mejju 2011, l-applikanta ġiet mitluba sabiex tipproduċi xi dokumenti għall-ipproċessar tal-applikazzjoni tagħha. Peress li t-tweġiba mingħand l-applikanta għadha ma waslitx, l-applikazzjoni tinsab wieqfa.
Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir xi rimedju peress li numri ta' residenti fi Triq San Ċiru l-Gudja ilmentaw li minn fejn se tibda tgħaddi tal-linja tal-Arriva, t-triq hija dejqa u hemm ħajt ta' kostruzzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se tindaga iżjed fid-dettal rigward dan il-każ.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-problema li jiġi stallat lift fi blokka ta' flats, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li hemm resident li huwa fil-bżonn ta' dan il-lift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar għadha ma rċevitx applikazzjoni għall-istallazzjoni tal-lift mingħand ir-residenta li għaliha qed issir riferenza. Fil-jiem li ġejjin l-Awtorità tad-Djar sejra tibgħat ittra biex tfakkarha tagħmel dan.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, peress li n-nies tat-triq tagħha kollha rċevewh u hi għadha le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
B'referenza għar-riforma li saret fil-kunsilli lokali, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kunsilli fejn hemm inqas minn 5 kunsilliera, ma ħadux iż-żieda bħalma ħadu kunsilli b'aktar minn 5 kunsilliera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor.Interpellant għal-liema żieda qed jalludi fil-Mistoqsija tiegħu.
Kumpaniji/Lukandi/Fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux il-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26877.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26607, tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-persuni responsabbli mit-389 student li fallew l-iskola ttellgħu quddiem it-Tribunal talli naqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola u b’hekk kisru l-liġi? Kemm minn dawn it-389 student fallew aktar minn xahar skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.