Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema anzjana applikat sabiex tidħol f'home fis-6 ta' Lulju 2010 iżda li għadha tistenna b'detriment li saħħitha dejjem qiegħda tiddeterjora, u li ma tistax tibqa' tiġi mħarsa minn oħtha anzjana li għandha 80 sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari applikat fis-6 ta’ Lulju 2010 u ġiet approvata high priority fil- 21 ta’ Ottubru 2010. Din l-anzjana qiegħeda fil-lista ta’ stenniija tal-high priority tad-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun.
Jista' l-Ministru jara li anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kienet f'home u li reġgħet lura f'darha minabba li oħtha setgħet tieħu ħsiebha, issa tixtieq terġa tiddaħħal lura f'home minħabba li saħħitha ddeterjorat b'mod mill-aktar gravi u li issa qed tbati mid-dementia u tqum ħafna drabi matul il-lejl u bosta drabi nstabet minn oħtha fl-art, u għal din oħtha qed isir impossibbli li ddur biha minħabba li għandha 83 sena hija ukoll, u li ftit tal-ġranet ilu ddaħħlet hija ukoll l-isptar tbati minn anemija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet daħlet fir-Residenza San Vinċenz de Paule fit-23 ta’ Ġunju 2010 u ħarġet fit-30 ta’ Settembru 2010. Din l-anzjana reġgħet applikat fit-8 ta’ Lulju 2011. Din l-applikazzjoni trid tidher quddiem is-social workers u wara quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Wied il-Għajn — Triq iż-Żafran - siġar oleandri miżbura
Question
Jista' l-Ministru jara jekk is-siġar li huma ta' oleandri u jinsabu fi Triq iż-Żafran f'Wied il-Għajn jiġu miżbura wara talba li saret minn xi individwi? Għaliex meta kienu se jinqagħtu s-siġar, il-Kunsill Lokali ta ordni biex ma jinżabrux?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni ta’ soft area f’żona ta’ kunsill lokali (b’esklużżjoni ta’areas li jagħmlu parti minn toroq arterjali) hija tal-kunsill lokali rispettivi. Barra minn hekk ta’ min jgħid li m’hemmx bzonn ta’ permessi minn xi direttorat fi ħdan dan il-Ministeru biex issir iż-żabra.
Jista' l-Ministru jara li l-pole tad-dawl li hemm vent miegħu u dan irid jersaq f'post ieħor peress li jrid isir xi xogħol ta' kostruzzjoni, jista' l-Ministru jara li s-sid min se jagħmel din il-kostruzzjoni jiġi kkuntatjat peress li jrid jibda x-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dawn ix-xogħlijiet saru.
Jista' l-Ministru jgħid x'irid jagħmel l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex jingħata permess għal parker f'xi pjazez tal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Kulleġġ San Ġorġ Preca — Skola sekondarja tas-subien tal-Marsa - trasferiment
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għall-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Marsa li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca wara li l-istudenti li qed jattendu fiha se jiġu trasferiti għall-Iskola Sekondarja tas-Subien ta' Ħaż-Żebbuġ fis-sena skolastika li jmiss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskola tal-Marsa tista’ tintuża għal servizzi edukattivi. Jekk dan ma jseħħx il-binja tingħata lura lid-dipartiment tal-artijiet.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' mara, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha oħtha b'diżabilità u applikat għal home help u li għadha qed tistenna risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat għas-servizz tal-Home Help fis-27 ta’ Ġunju 2011 u fl-istess data l-file tagħha intbgħat lis-sezzjoni tas-Social Work biex issir viżta u rapport mis-Social Worker. Meta dan jitlesta’ u jintbgħat lis-sezzjoni tal-Home Help, il-Bord tal-Allokazzjoni jkun jista’ jikkonsidra l-każ.
Jista' l-Ministru jara li jinstema l-ilment tan-nies ta' Santa Luċija li dawn qed ikollhom problemi kbar fejn qabel kellhom servizz eċċellenti tal-karozzi tal-linja bin-numru 15 jew 800 li kienet anke twassalhom l-Isptar Mater Dei u lum dawn qed jispiċċaw jinżlu fil-pjazza tar-Raħal Ġdid u jkollhom jimxu lura lejn Santa Lucija, jista' l-Ministru jara li jmexxi dan l-ilment għal ġid tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Santa Luċija hemm servizz dirett għall-Belt Valletta numru 84 u servizz dirett għal Mater Dei numru 226.
(
Ara dokument Nru. 10887, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 518 tat-Tlieta, 6 ta’ Novembru 2012)
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan ta' 74 sena, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix waħdu għax huwa divorzjat u jbati b'qalbu u skont it-tabib tiegħu għandu bżonn is-servizz tal-home help? Jekk hemm bżonn ta' aktar ċertifikati dawn jiġu sottomessi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ll-Bord tal-Allokazzjoni tas-Servizz tal-Home Help ra l-każ tal-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fis-17 ta' Mejju, 2011 u kkonkluda li skont ir-rapport mediku, dan l-anzjan għadu indipendenti u l-kundizzjonijiet mediċi tiegħu ma jimpeduhx milli jagħmel xogħol ta’ tindif fid-dar. Għaldaqstant il-Bord iddeċieda li m’hemmx urġenza biex jiġi allokat home help. F'każ li dan l-anzjan jerġa jissottometti ċertifikati mediċi ġodda li jindikaw xi tibdil fil-kundizzjoni ġenerali ta’ saħħtu, il-Bord jerġa jikkunsidra dan il-każ.
Jista' l-Ministru jara li xi ħadd mill-Arms Ltd jikkuntatjaw lill-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separament, permezz ta' ittra peress li l-kont tad-dawl li rċieva huwa ħazin? Dan l-anzjan ta' 75 sena jgħix waħdu u mhux dejjem ikun id-dar u għalhekk kull meta jikkuntatjawh tal-Arms Ltd ma jsibu lil ħadd id-dar, ikun apprezzat ħafna jekk tintbagħtlu ittra mill-Arms Ltd fejn l-individwu jikkuntatjahom lura?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li l-Arms Ltd tiċċekkja kont ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li m'għadhiex tgħix id-dar tagħha għax tinsab ġo home u l-kont tad-dawl ġie ħafna għoli paragunat ma' dawk tas-snin l-imgħoddija u peress li din tinsab ġo home issa mhux tuża iżjed dan is-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi shelter għaż-żwiemel li jkun hemm fejn il-Waterfront għax minħabba s-sħana kbira li jkun hemm hija moħqrija li jgħixu f'dak l-ambjent? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern? Jekk hemm pjanijiet, meta se jibdew? X'se jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li hekk kif ġie imħabbar fil-ġimgħat li għaddew, il-Gvern huwa kommess li jiġu mibnija shelters permanenti għaż-żwiemel tal-karozzini, mhux biss fl-area tal-Waterfront, iżda wkoll f’areas oħrajn madwar il-Belt, fl-area tar-Rabat u l-Imdina u ta’ San Giljan u tas-Sliema. Dan il-proġett ser ikun qed jinkludi wkoll water points u bins u ser ikun qed jiswa €300,000.
Riġward il-mistoqsija tal-Onorevoli interpellant dwar ix-shelters fil-Waterfront tal-Belt, filwaqt li niġbidlu l-attenzjoni li diġa twaħħlu tined temporanji biex immedjatament itaffu l-problema proviżorjament, nixtieq ninfurmah li t-tender għal dawn ix-xogħolijiet diġa’ gie aġġudikat u x-xogħol mistenni jibda dalwaqt
Jista' l-Ministru jara li l-anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, jiġi kkuntattjat mill-kumpanija Arms Ltd, għax jidher li hemm xi problema fil-kont tad-dawl u ilma u dan peress li ilu jipprova jikkuntatja l-Arms Ltd għal żmien konsiderevoli?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27426.
Residenza San Vinċenż de Paule — Każ ta' anzjani li jinsabu ġo swali differenti
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' żewġ anzjani li jinsabu fir-Residenza San Vinċenż de Paule li applikaw biex ikunu fl-istess sala u kamra peress li bħalissa qegħdin ġo swali differenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-koppja li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġew ammessi fir-Residenza San Vincenz de Paule fl-1 ta’ April 2011 u fl-4 ta’ April 2011 rispettivament. Il-koppja għamlet talba għal trasferiment għas-sala tal-koppji fid-19 ta’ April 2011. Huma qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu fis-sala tal-koppji.
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-każ ta' anzjan li jgħix waħdu u li qatgħulu l-ilma minn barra wara li rrapporta li kien ħiereġ xi ilma u issa li għaddew sitt ijiem għadu bla ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet ħsieb minnufiħ li tagħti l-provvista tal-ilma lill-konsumatur imsemmi. Dan ma sarx qabel, għaliex il-konsumatur ma rrapurtax li kien qiegħed mingħajr ilma.
Tista' l-Ministru tieħu nota tal-problema li għandhom persuni li joqogħdu ġol-flat li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament u jara ukoll li dwar dan il-każ jiġu kkuntattjati ukoll il-persuni indikati separatament li ressqu l-ilment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar ħadet nota ta’ dan u ser tibgħat uffiċċjali tagħha sabiex jittieħu l-passi meħtieġa biex tiġi solvuta il-problema.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li anke mexxa l-każ ma' persuna oħra, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn hemm problema dwar zebra crossing u lights fi Triq Dawret Ħal Għaxaq bypass? Jista' l-individwu jiġu kuntattjat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27314 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol l-Famlija u issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li xtara dar u ilu li applika mill-2006 biex jixtri ċ-ċens u minkejja dan iż-żmien kollu għadu bla risposta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, u li wara li kien xtara dar kien applika biex jifdi ċ-ċens, ingħata appuntament fil-viċin sabiex tekniċi tad-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern imorru jieħdu l-qisien tad-dar tiegħu biex isiru l-pjanti meħtieġa ħalli l-proprjeta’ tiġi reġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet. Kif titlesta din ir-reġistrazzjoni ikun jista’ jsir il-kuntratt tal-bejgħ.
Arms Ltd — nies li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26697 u jgħid kemm l-Arms Ltd għandha tieħu mingħand familji, lukandi, fabbriki u kumpaniji separatament li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27264.