Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #28431 Sitting 395 2011-10-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li weħlu l-ħabs

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27339, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ reati twettqu s-sena l-oħra mill-589 persuna li weħlu l-ħabs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fost ir-reati li kienu wettqu dawk il-persuni li weħħlu sentenza ta’ ħabs matul is-sena l-oħra, kien hemm serq; frodi; droga; theddid; nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment; offiżi relatati ma' immigrazzjoni; korruzzjoni ta’ minorenni; stupru; offiża fuq il-persuna; omiċidju; prostituzzjoni; ħarba minn post ta’ kustodja; riċettazzjoni; ħsara volontarja; traffikar ta’ persuni; arrest illegali; pussess ta’ arma tan-nar; ħruq volontarju; korruzzjoni; evażjoni ta’ dazju; xhieda falza; ħasil ta’ flus; ksur tal-kondizzjonijiet tal-liberta' provissorja; ksur tal-kondizzjonijiet tal-liberta' kondizzjonata u ksur ta’ sentenza sospiża.

Care Order Act — emendi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se tiġi emendata l-Care Order Act biex l-età tat-tfal tiġi estiża minn 16-il sena għal 18-il sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar diversi tibdiliet fl-Att dwar il-Ħarsien tat-Tfal inkluż l-estenzjoni tal-età tat-tfal minn 16-il sena għal 18-il sena.

Każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha ma tirċevih minn Marzu peress li n-nies fit-triq tagħha rċevewh?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

applikazzjoni biex anzjan jattendi ċentru

Question

Jista' l-Ministru jara li titmexxa l-applikazzjoni ta' anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li hu nieqes mid-dawl u meta mar japplika biex jibda jmur iċ-ċentru, qalulu li diffiċli ħafna peress li hemm waiting list twila?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità għandu taħt ir-responsabbiltà tiegħu 18 il-Ċentru ta’ Matul il-Jum f’diversi lokalitajiet u activity centre li jinsab fir-Residenza ta’ San Vinċenz. Fl-ebda wieħed minnhom ma saret talba mill-anzjan imsemmi f’din il-mistoqsija parlamentari biex jidħol membru fihom.

Tarxien, Triq il-Witja — Problema ta' bozza ta' barra

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27947, jista' l-Ministru jara li għalkemm xi nies mill-Korporazzjoni Enemalta ġew isewwu l-problema, ftit tal-ġranet wara reġgħet ġiet ikkawżata l-istess ħsara? Jista' l-Ministru jara li dan il-każ jiġi solvut?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-klijent ġie mitlub biex jiċċekja l-istallazzjoni tiegħu u jinforma lill-Enemalta bir-riżultat.

Tarxien — Wires tad-dawl għaddejjin minn taħt ġnien

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta jaraw l-ilment, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħat separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ilment ġie nvestigat u l-proċess biex jitneħħew il-cablesmill-propjetà miexi kif ippjanat.

Santa Luċija — Ilmenti rigward ħmieġ fuq il-bejt

Question

Jista' l-Ministru jara l-kaz, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li diġa' ġie mressaq u marru xi nies tas-Sanità jinvestigaw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li f’dan il-Blokk kienu saru diversi spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali, kemm fuq il-bejt u fil-partijiet komuni tal-Blokk, kif ukoll fi flat partikolari fit-18 u id-19 ta’ Awwissu 2011. L-annimali li kienu nstabu, kienu miżmuma fi stat ta’ iġjene sodisfaċenti u ma kienx hemm irwejjaħ jintnu. Il-persuna responsabbli mill-annimali kienet ġiet imwissija biex iżżomm nadif regolarment. Saret spezzjoni oħra fil-Blokk fis-7 ta’ Ottubru 2011 fejn ma nstabx ħmieġ u ma ġewx innotati rwejjaħ jintnu fil-komun. Għar-rigward il-kwistjoni tat-tieqa infurmat li jekk l-imsemmija tieqa tinżammx miftuħa jew magħluqa hija suġġett ta’ litigu ċivili bejn l-inkwilini u għalhekk ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tad-dekasteru tiegħi.

Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-kaz ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal reserved parking u għadha bla risposta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

Linja tat-telefown

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-linja tat-telefown ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li ilha ċċempel biex jirranġawhielha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-każ inkwistjoni huwa każ purament privat bejn il-persuna konċernata u s-service provider.

Problema dwar bozza tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' famlija li ilhom jirrapportaw fuq problema ta' bozza ta' barra li kif tinxtegħel jinqata' d-dawl ta' ġewwa ta' familja li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u ilhom fuq dan l-ilment aktar minn sena u baqgħu bla riżultat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan l-ilment ġie investigat u wara li saret il-manutenzjoni meħtieġa l-klijent ġie mitlub biex jiċċekkja wkoll l-istallazzjoni tiegħu u jinfurmana bir-riżultat.

applikazzjoni għal dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, xebba ta' 82 sena li tinsab weħidha u li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule u minkejja dan iż-żmien kollu ħadd ma kellimha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li din l-anzjana qiegħedha fil-lista ta’ stennija tal-high priority għal Dar tal-Anzjani. L-anzjana ġiet infurmata bid-deċiżjonijiet tal-bord b’żewġ ittri datati l-1 ta’ Marzu 2007 u 11 ta’ Diċembru 2008.

Permess biex wieħed ibiegħ l-fjuri ħdejn iċ-ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irid jagħmel biex wieħed ikollu permess biex ibiegħ il-fjuri ħdejn iċ-ċimiterju? Kemm hemm persuni li għandhom il-permess? X'tip ta' permessi hemm? Hemm permessi pendenti? Hemm il-ħsieb li jiġi privatizzat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’kollox hemm 86 liċenżja; 50 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ u 36 mill-Pulizija (minn meta l-liċenzji kienu għadhom taħt il-Pulizija). Jeżistu żewġ tipi ta’ permessi; dawk li jistgħu ibiegħu l-ikel u dawk li jbiegħu affarijiet oħra mhux ikel. Il-bejjiegħa tal-fjuri jaqgħu taħt it-tieni kategorija. Sal-lum m'hemmx liċenzji pendenti.

sussidju għal persuna

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi tip ta' sussidju għal xebba li għandha pensjoni ta' €432.62, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ħadet hearing aid mingħand il-gvern u għalkemm għandha l-Karta r-Roża, qalulha li darba biss tista' tieħu s-sussidju?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjenta imsemmija fil-mistoqsija parlamentari bidlulha il-hearing aid erba’ darbiet bejn is-sena 2003 u 2010.

każ ta' facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara li student li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ikollu servizz ta' facilitator fil-Year 1 bħalma kellu fil-kindergarden?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tifel ingħata shared same class support fi Frar 2010 u sakemm ma ssirx talba għar-review dan is-support jibqa’ jingħata lit-tifel.
Leg 11 PQ #1576 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Immigranti Illegali — Ikel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: Fiex jikkonsisti l-breakfast li jingħataw l-immigranti llegali? Fiex jikkonsisti l-menu li jingħataw l-immigranti llegali f'nofsinhar u filgħaxija? Kemm huwa l-ammont totali li tħallas lill-kuntratturi għall-ikel li ngħata lill-immigranti llegali fis-sena 2007 u kemm fl-ewwel 5 xhur ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kumplament tal-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant. Matul is-sena 2007, tħallsu lill James Caterers Ltd. Is-somma ta’ LM 617, 878.86 (Ekwivalenti għal Euros 1,439,271)-vat inkluż. Matul l-ewwel 5 xhur ta’ din is-sena, is-somma li tħallset kienet tammonta għal Euros 687,190, vat inkluż.

Talba għal dħul f'ċentru ta' persuni li jbatu bid-dimensja

Question

Wara t-talba li saritli mill-mara ta’ anzjan li jbati bid-dimensja, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tixtieq tibda tibagħtu d-Day Centre għal dawk li jbatu bid-dimensja, jista’ l-Ministru jgħid fejn hemm ċentru, min jiġi għalihom u kemm iħallsu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ċ-Ċentru li jilqa’ l-persuni li jbatu bid-dimensja qiegħed allokat ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul. Ma’ titħallas l-ebda miżata għal dan is-servizz. Trasport irid ikun ipprovdut mill-familjari. Il-persuna msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari tista’ tapplika fir-Residenza ta San Vinċenz de Paul, jew fiċ-Ċentru Servizz Anzjan il-Belt, jew fil-kunsill lokali tal-lokal fejn joqgħod l-anzjan biex b’hekk tkun tista’ tibda tattendi dan iċ-ċentru.

talba biex titwaħħal lock f'binja flats

Question

Jista’ l-Ministru jara li terġa’ titwaħħal lock mal-bieb tad-dħul ta’ binja flats li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatamet, u li r-residenti tagħha talbu li jsir dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-fond ġie spezzjonat fis-7 ta’ Jannar 2011 fuq talba ta’ waħda mill-inkwilini. Ġie kkonstatat illi s-serratura inqalgħet mill-inkwilini stess u għaldaqstant hija responsabbiltà tagħhom li jaraw li din terġa’ titwaħħal f’postha. L-inkwilina li għamlet ir-rapport ġiet mgħarrfa b’dan fl-24 ta’ Frar, 2011 minn wieħed mill-uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar.

Lista ta' exports

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' exports li kellna f'pajjiżna f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Problema fuq work permit

Question

Tista' l-Ministru tara il-kaz ta' individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għandu problema fuq il-work permit għax xi għoxrin sena ilu kellu problema mal-pulizija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ dan l-aħħar reġgħet ħarġet il-permess tax-xogħol biex din il-persuna tkun tista’ taħdem f’Malta. Il-korporazzjoni infurmat lill-entità kkonċernata li l-permess jista’ jinġabar malli tiġi ppreżentata insurance medika privata tal-individwu għall-perjodu tal-permess.

Persuna li tinsab f'Home tal-Privat — Tiġdid ta' Schedule V

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li mietilha r-raġel u issa tinsab f'home privata u minkejja li talbet biex ġġeded l-kartuna safra Schedule V xorta waħda baqgħet bla risposta? Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-kaz u xi ħadd mid-dipartiment jikkuntattja lil din is-sinjura jew xi qraba tagħha ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li saret investigazzjoni dwar il-każ tal-pazjenta msemmija min-naħa tal-Uffiċċju ta’ Skeda V u ma nstabet l-ebda kartuna biex tiġġedded fuq isem il-persuna konċernata. Bħalissa din il-persuna għandha kartuna li għada valida b’mod indefinit. Minn naħa l-oħra meta ppruvajna nikkuntattjaw lil din il-persuna fuq in-numru tat-telefon ipprovdut biex inġibu iktar informazzjoni fuq is-sitwazzjoni tagħha, sibna problema peress li n-numru li ġie mgħoti ma jikkorispondix ma din il-persuna. Wara li ġie mogħti numru ieħor tat-telefon biex il-pazjenta tkun ikkuntattjata, xorta kien hemm problema minħabba f’xi diffikultajiet fis-sistema telefonika tagħha.