Jista' l-Ministru jara l-kaz ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinstab l-Isptar Karen Grech, għandu 90 sena u t-tifla tiegħu li kienet tieħu ħsiebu tinsab għaddejja mill-marda tal-kanċer u minkejja li għamel applikazzjoni għal San Vincenz de Paul min-naħa tad-Dipartiment iridu jibgħatuh id-dar jgħix waħdu? Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikant imsemmi applika fid-19 ta’ Settembru 2011. Id-Dipartiment kien għad jonqsu r-rapport tas-social workers minn Karen Grech Hospital li rċiviħ fl-10 t’Ottubru 2011 biex b’hekk dan il-każ deher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni fit-13 t’Ottubru 2011. Il-persuna msemmija ġiet approvata biex tidħol ġewwa San Vinċenz de Paul jew id-Dar tal-Mellieħa jew id-Dar tal-Mtarfa.
Tista' l-Ministru tara l-kaz ta' transfer ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn anke intervjeniet il-union?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan il-każ diġa’ beda jkun ikkunsidrat u se jkompli jkun ikkunsidrat fuq il-merti tiegħu hekk kif l-impjegat ikkonċernat jippreżenta ċertifikat mediku maħruġ minn speċjalista.
Jista' l-Ministu jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jidħlu ħaddiema mal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jgħid jekk dawk li jaħdmu bħal voluntiera hux se jkollhom prijorità jekk se jiftħu applikazzjoni? Meta se jiftħu? Kemm se jidħlu ħaddiema?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li minn żmien għall-ieħor issir evalwazzjoni ta’ kemm ikun il-bżonn li jidħlu ħaddiema mal-Protezzjoni Ċivili skont prattiċi tas-Servizz Publiku. Meta tkun tinħass il-ħtieġa li jidħlu impjegati ġodda din isir permezz ta’ kriterji li joħorġu mal-istess sejħa għall-impjieg biex jiġi żgurat li r-rekluti l-ġodda jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Dipartiment kif ukoll il-proċeduri bażiċi applikabbli li jirregolaw dawn is-sejħiet.
Bħalissa id-Dipartiment għaddej minn proċess ta’ selezzjoni għall-kariga ta’ Deputat Direttur tal-Protezzjoni Ċivili.
tiġdid tal-karta għall-parkeġġ għal persuna b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi trid tagħmel il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex iġġedded il-karta għall-parkeġġ għal persuna b'diżabilità peress li din tagħlaq fl-1 ta' Novembru 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Blue Sticker tal-persuna msemmija se tiskadi fit-3 ta’ Novembru 2011. Hi kienet ingħatat waħda temporanja għal sentejn. Biex iġġedded, trid timla paġna 3 u 6 tal-applikazzjoni u paġna 4 jimliha t-tabib. L-applikazzjoni tista' tinkiseb bil-Malti jew bl-Ingliż mill-uffiċini jew minn fuq il-website tal-KNPD.
Il-persuna tkun trid tibgħat ukoll 2 ritratti, wieħed minnhom iffirmat. Imbagħad ikollha appuntament mat-tabib tal-KNPD. Ma tridx terġa' tħallas.
Residenza San Vinċenz de Paul — liquidiser bil-ħsara
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi msewwi l-liquidiser li bħalissa jinsab bil-ħsara f'sala Padre Pio fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta l-liquidiser intbagħat għat-tiswija, irriżulta li għandu ħsara estensiva fil-mutur. Sadanittant, is-sala qed tiġi mogħtija l-assistenza neċessarja mill-kċina ta’ San Vinċenz De Paul sabiex il-bżonnijiet tar-residenti jiġu moqdija. Mill-31 ta’ Ottubru mistenni jibda servizz ċentralizzat ta’ liquidising fis-swali kollha ta’ San Vinċenz De Paul.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli li jagħmel lines quddiem iċ-Ċimiterju tal-Addolorata f'Raħal Ġdid jekk hux il-kunsill lokali jew il-gvern ċentrali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tara fiex waslet l-applikazzjoni għall-bdil ta' residenza ta' individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatmanent, li applika tmien snin ilu minħabba li kien tah heart attack?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar tifhem sew is-sitwazzjoni tal-applikant u qegħda tipprova tiddentifika post alternattiv li jkun adattat għalih. Ta’ min jgħid li biex ngħinu aktar lill-inkwilini f’residenzi tal-gvern li jkun iridu jpartu r-residenza tagħhom, l-Awtorità tad-Djar ppubblikat lista ta’ persuni interessati f’tpartit fuq il-website tagħha.
Jista' l-Ministru jara li ħaddiema tat-telecare jaraw l-ilment li sar lid-dipartiment minn anzjana li tgħix waħidha u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li minkejja li qalulha li ġejjin, xorta għadha bla servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-sezzjoni tat-Telecare mhijiex responsabbli mit-tiswijiet tal-linji tat-telefon.
Meta persuna li għandha s-servizz tat-Telecare tirraporta ħsara fil-linja tat-telefon tagħha, din tiġi rrapurtata immedjatament lill-kumpanija GO permezz ta’ link apposta.
Ir-Rapport ta’ ħsara sar fit-2 ta’ Ottubru 2011. Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ġie nfurmat li l-problema kienet fis-sett tat-telefon. Dan ġie mibdul fl-4 ta’ Ottubru 2011 u s-servizz ġie lura għan-normal.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ħallas il-kont tad-dawl u l-ilma fit-12 ta' April 2011 però l-Arms Ltd qed tgħid li għadu ma ħallsux?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li dawk li huma neqsin mis-smigħ u għandhom is-servizz tal-alarm se jitneħħa? Jekk se jitneħħa dan is-servizz, x'qed jintalab jagħmel min huwa nieqes mis-smiegħ u għandu bżonn l-alarm? Jista' jinvestiga l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna konċernata għandhais-servizz tal-CareLink li hu amministrat ukoll mis-Sezzjoni tat-Telecare. Dan is-servizz provdut mill-kumpanija GO huwa differenti mit-Telecare u huwa sistema ta alarm.
F’dan il-każ partikulari, sar rapport li l-Carelink huwa bil-ħsara fl-4 ta Ottubru 2011. Wara ftit ġranet din il-ħsara ġiet irranġata.
Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ m’għandux informazzjoni li dan is-servizz tal-CareLink li jingħata mill-GO, ser jitneħħa.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jitwaqqaf secure unit għal dawk iż-żgħażagħ taħt it-18-il sena li huma delinkwenti minflok ma jibqgħu jintbagħtu l-ħabs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata refund ta' flus żejda li kienet ħallset fuq three-phase peress li issa qiegħda bis-single phase?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Tista' l-Ministru tara li titmexxa t-talba li saret lill-Awtorità tad-Djar biex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, u li huwa nieqes mid-dawl, jingħata l-għajnuna mill-aktar fis possibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar irċeviet l-applikazzjoni fis-16 ta’ Settembru 2011, liema applikazzjoni qed tiġi proċessata skont il-proċeduri tal-iskema relatata. Fil-ġranet li ġejjin, occupational therapist għandu jżur lill-applikant sabiex jara l-ħtiġijiet neċessarji tal-individwu.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu kont tad-dawl u l-ilma ta' 'l fuq minn €10,000 u qed iħoss li huwa inġust u minkejja li ilu jċempel qatt ma ħa sodisfazzjon?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
każ ta' anzjana li trid tmur f'residenza partikolari
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana ta' 98 sena, li d-dettaliji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bħalissa tinsab fl-Isptar Karen Grech u għalkemm ix-xewqa tagħha hija li tmur fir-Residenza San Vinċenż de Paul, qalulha li se jkollha tmur Casa Serena minħabba li hija kbira fl-età?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari li tinsab f’Karen Grech Hospital għaddeja mill-proċess li timla applikazzjoni biex tidħol f’residenza tal-anzjani tal-gvern u b’’hekk il-Bord tal-Ammissjoni għad irid jara din l-applikazzjoni. Il-Bord tal-Ammissjoni jiddeċiedi t-tip ta’ kura li għandha bżonn din il-persuna u wara jiġi deċiż f’liema residenza għandha tkun ammessa.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' negozjant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li dejjem ħallas il-kont tad-dawl u l-ilma fil-ħin imma meta ġie biex japplika għad-dawl u l-ilma f'post ieħor qalulu li ma jistax għax għandu kont pendenti? Jista' jara li xi ħadd mill-Arms Ltd. jikkuntattja lil dan in-negozjant għax mhijiex ġusta li xi ħadd li dejjem jobdi r-regoli jiġi akkużat li għandu kontijiet pendenti u jispiċċa vittma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li l-Gvern kien ħa l-għalqa tagħha biex fetaħ triq u baqgħet ma ħaditx kumpens?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi jittratta l-esproprjazzjoni ta’ art li kienet ittieħdet għall-formazzjoni tat-Triq Tal-Barrani f’Ħal Tarxien u s-service road ta’ l-istess triq. Biex jitħallas kumpens skont il-Liġi, jeħtieġ li d-dipartiment ikollu indikat il-kejl tal-art li tippossjedi din il-persuna. Wara, tkun tista’ tittieħed il-proċedura biex jiġi aċċertat it-titolu fuq l-art u eventwalment jitħallas il-kumpens. Għaldaqstant, ikun aħjar jekk din il-persuna tagħmel kuntatt dirett mas-Sezzjoni tal-Kuntratti fid-Dipartiment tal-Artijiet sabiex tingħata dettalji ta’ xi jrid isir biex tinkiseb din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jinvestiga każ ta' persuna li, d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed tiġi bullied fuq il-post tax-xogħol u mhux l-ewwel darba li sabet il-locker tagħha mkisser?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant fejn sar żgass ta’ lockers ġie referut lill-pulizija u qed jiġi investigat minnhom.
Tista' l-Ministru tara li tiġi indirizzata l-problema ta' tifla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tiġi bullied l-iskola u saħansitra hemm anke ċertifikati li juru li qed tibża' tmur l-iskola? Tista' tara li l-għalliema jkellmu lil din it-tifla u lill-ġenituri tagħha ħalli tissolva din il-problema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskola jafu bil-każ referut. Il-Prefett tad-Dixxiplina daħal fil-każ però t-tifla kkonċernata ma riditx titkellem. It-tifla qed tibqa’ tinsisti li ma tattendix skola. Il-każ qed ikompli jiġi segwit mill-professjonisti kkonċernati.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24351, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm foster carers li bbenefikaw mill-allokazzjoni ta’ €73,000 is-sena l-oħra u x’kienet ir-raġuni li dawn ingħataw xi flus minn dan il-fond? Kemm kien hemm foster carers li rċevew ukoll assistenza finanzjarja permezz taċ-Children’s Fund?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord Konsultattiv Dwar Tfal u Żgħażagħ għandu Vot Rikurrenti 44 Item 5472 allokat għall-minuri li jinsabu taħt il-protezzjoni ta’ Ordni ta’ Ħarsien li huma fostered.
Matul is-sena 2010, 33 minuri bbenefikaw minn dawn il-fondi.
Dawn il-fondi ġew allokati għall-terapija varja bħal sessjonijiet psikoloġiċi,
drama therapy, play therapy
, ħlas għal day
care centres
, kotba akkademici,
drama therapy, dyslexia tuition
, servizzi edukattivi, lezzjonijiet extrakurrikulari,
infant massage classes, summer school, medical services,
kompjuter u aċċessorji,
play school,
trasport għall-iskola,
siblings meetings
, donazzjonijiet tal-iskola u
stationery,
uniformijiet u nuċċali.
Fost il-persuni li rċivew ħlas minn dan il-fond kien hemm 17-il
foster carer
.
Bejn Jannar 2010 u Diċembru 2010, l-Appoġġ Children’s Fund għen 4
foster carers
.