B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28276, jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikat għal reserved parking u għadha bla risposta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ in kwistjoni kien approvat mill-Bord tal-Parking Riservat għall-Persuni b'Diżabilità fit-18 ta' Novembru li għadda. Ix-xogħol neċessarju huwa mistenni li jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista' l-Ministru tara każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tieħu pensjoni ta' €138 .76 bla bonus u lanqas is-supplimentari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid min qed jokkupa Villa Bighi fil-Kalkara? Kemm hemm kmamar okkupati u min qed jokkupahom? Qed isir restawr fiha? Jekk iva, x'tip ta' restawr qed isir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli li huwa responsabbli mill-Taqsima Proprjetà tal-Gvern.
Tista' l-Ministru tara każ ta' mara separata b'żewġt itfal, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulha r-relief bi żball min-naħa tad-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali għax kien hemm numru tal-karta tal-identità kważi l-istess? Tista' l-Ministru tara l-urġenza ta' dan il-każ peress li din l-omm ilha ma tirċievi ċekk minn Settembru u kull darba li ċċempel lid-dipartiment dejjem jgħidulha li dalwaqt tirċevih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna kkonċernata qed tiġi nfumata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jsiru xi traffic lights kif taqbad Triq l-Ingiered, Ħal Luqa minħabba n-numru ta' karozzi li qed ikun hemm u b'hekk it-traffiku jkun aktar organizzat, peress li qed ikun hemm ħafna anzjani li jridu jżuru lill-qraba tagħhom fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara spezzjoni li saret minn Transport Malta, irriżulta li t-traffiku li qed jirrreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa fil-fatt diġà kkontrollat mir-roundabout li hemm fil-viċinanza u r-regolamenti relattivi applikabbli, u għalhekk m'hemmx ħtieġa li jsiru traffic lights.
Jista' l-Ministru jara jekk hemmx ċans li l-anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, imur fid-Dimentia Ward fir-Residenza San Vinċenz de Paul minħabba l-kundizzjoni akuta li għandu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjan imsemmi f’din il-Mistoqsija Parlamentari daħal fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul fl-20 ta’ Settembru, 2011, f’sala li tieħu ħsieb persuni li jbgħatu b’mard psiko-ġerjatriku kif ukoll bid-dementia.
Fis-26 ta’ Settembru, 2011 saret talba mill-qraba ta’ dan l-anzjan sabiex dan jiġi trasferit minn din is-sala għas-swali l-ġodda. Din it-talba tpoġġiet fuq il-
waiting list
ta’
transfers
fejn jinsab fis-7 post.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn għalkemm min-naħa tal-ARMS Ltd. qalulha li m'għandha tħallas xejn u saħansitra anke karti għandha li juri li veru m'għandha xejn xi tħallas, issa rċeviet kont ta' €644.91?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għalkemm dehret quddiem il-bord biex ikollha għajnuna finanzjarja, xorta waħda għadha ma rċeviet xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna indikata f’din il-Mistoqsija Parlamentari mhix reġistrata mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilità.
Madankollu, fl-istess indirizz hemm reġistrata persuna oħra li l-applikazzjoni għal eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vettura ġiet ipproċessata fl-4 ta’ Ottubru 2011.
Tarxien — Wires tad-dawl għaddejjin minn taħt ġnien
Question
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 28273, jista' l-Ministru jkompli jsegwi l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi biex ikun jista' isir x-xogħol meħtieġ hemm bżonn issir trinka. Il-proċess biex issir it-trinka beda u qiegħed fi stadju avvanzat.
Tista' l-Ministru tara każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed tirċievi karti mid-Dipartiment li għandha tagħti xi flus, imma hi għandha karta li turi li m'għandhiex tagħti, imma min-naħa taċ-cheque tal-pensjoni qed inaqqsulha l-flus? Jista' dan il-każ jiġi nvestigat u din il-familja tiġi kunttatjata jew informata bil-miktub dwar dan il-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjan li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jixtieq li titmexxa l-applikazzjoni tiegħu għar-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista' jara l-każ u jekk hemm bżonn isiru kuntatti miegħu personali u anke ma' uliedu biex din it-talba tiġi milqugħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant dehret quddiem il-Bord tal-Ammissjoni fil-31 ta’ Lulju 2008 u ġiet approvata għad-Djar tal-Anzjani tal-Gvern. L-applikazzjoni reġgħet ġiet ikkunsidrata mill-Bord fl-4 ta’ Diċembru 2008 u ġie deċiż li tibqa approvata għad-Djar tal-Anzjani tal-Gvern. Il-bord reġa' ra din l-applikazzjoni fis-7 ta’ Lulju 2011 u ġie deċiż li din l-applikazzjoni tiġi aċċettata għar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul biex b’hekk tqiegħdet fil-lista ta’ stennija tal-high priority ta’ din ir-residenza.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tistax toħroġ permess ta' reserved parking għal dawk it-tobba li jaħdmu bix-shift? Jekk iva, x'għandhom jagħmlu biex japplikaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, skont il-policy ta' Transport Malta, t-tobba, anki dawk li jaħdmu bix-xift, m'humiex eliġibbli għal parkeġġ riservat.
Raħal Ġdid — Triq il-Vittmi tax-Xogħol - tindif ta' għalqa
Question
Jista' l-Ministru jara li titnaddaf għalqa li hemm fit-Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, fejn hemm is-substation tad-dawl għax minkejja li saru ħafna rapporti, il-ħmieġ għadu hemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi ż-żona imsemmija hija taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jressaq il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru li taħtu taqa’ ir-responsabbiltà għall-kunsilli lokali.
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab waħedha u din bħalissa tinsab fl-Isptar Mater Dei, fejn din għandha d-demensia u barra min hekk hija kienet f home tal-privat mingħajr attenzjoni għal min ikun bid-drip u d-demensia?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat għall-kura fit-tul waqt li kienet rikoverata l-Isptar Mater Dei. Se ssir valutazzjoni mis-social workers ħalli l-applikazzjoni tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjani li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li qegħdin f'home li hija sussidjata mill-gvern, peress li dawn jinsabu f'post lower ground?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' armla ta' 68 sena, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-home help imma s'issa għad m'għandhiex dan is-servizz? Jista' jara li din l-għajnuna tingħata peress li din l-anzjana kellha breast cancer u għandha anke problemi b'saqajha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Bord ta’ Għajnuna fid-Dar kien ra dan il-każ fis-7 ta’ April 2011 u ddeċieda li ma kienx hemm urġenza għas-servizz. Ir-rapport mediku li kien ippreżentat ma jindikax li din l-applikanta kellha breast cancer u lanqas li għandha problemi b’saqajha. L-istess rapport mediku jispeċifika wkoll li ma kienx hemm urġenza biex jingħata s-servizz.
Issa li għaddew sitt xhur minn dan il-każ, din il-persuna tista’ tapplika mill-ġdid għal dan is-servizz.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27823, jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħaddiema jistgħux jikkuntatjaw lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, biex jagħtuha l-informazzjoni li tidher li hija nieqsa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet ammessa fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul fit-28 ta’ Ottubru 2011.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28580, li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jgħid min huwa responsabbli li jagħmel lines quddiem iċ-Ċimiterju tal-Addolorata f'Raħal Ġdid jekk hux il-kunsill lokali jew il-gvern ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-parkeġġ żgħir ta’ quddiem iċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali inkluż is-sinjali li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.Madankollu tajjeb ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew, il-Gvern ħa ħsieb sabiex jerġa jiżbogħ dawn il-linji kif ukoll għamel xi tiswijiet oħrajn skond kif ikun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jara li titmexxa applikazzjoni ta' armel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li minkejja li applika għat-Telecare għad m'għandux risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità ma rċieva l-ebda applikazzjoni bid-dettalji msemmijin f’din il-Mistoqsija Parlamentari.