Jista' l-Ministru jara li jiddaħħal l-ilma lil koppja miżżewġa b'tarbija li d-dettalji dwarhom qed jintbagħu separatament, li qed jistenew is-servizz tal-ilma biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazjoni immsemmija saret nhar il-11 ta Novembru 2011.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma ma tara l-ebda problema biex din l-applikazzjoni tiġi proċessata fi żmien ta’ mhux iktar minn erba’ ġimgħat mid-data tal-applikazzjoni, kif stipulat fil-
Customer Charter
tal-Korporazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw kompjuters għall-iskejjel u minn liema kumpanija inxtraw, sena b'sena mill-2000 'l hawn? Kemm għad fadal jingħata lill-kumpaniji f'arretrati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fl-infrastruttura u bini ta' toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27784, infakkar li l-informazzjoni tinsab ukoll fuq il-websajt ta' Transport Malta.
Tista l-Ministru tara l-każ tal-individiwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ġie mġiegħel iħallas kont ta' €1,179.33 lis-sigurtà soċjali u peress li d-dħul tiegħu hu baxx, jixtieq li xi ħadd ikellmu jkellmu ħalli jara x'jista' jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet ikkuntattjata minn uffiċjal tad-dipartiment.
każ ta' anzjana li trid tmur id-Dar tal-Anzjani ta' Bormla
Question
Jista' l-Minsitru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha li applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla imma sal-lum għadha bla risposta? Jista' jara x'jista' jsir biex din l-anzjana li x-xewqa tagħha hi li tibqa' f'Bormla jkollha ċ-ċnas li tmur hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-każ tal-anzjana msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari deher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni tlett darbiet f’dawn id-dati: 20 ta’ Marzu 2009, 15 ta’ Novembru 2010 u 19 ta’ Mejju 2011. Il-Bord approva li din l-anzjani tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla u nformaha b’ittra f’kull data imsemmija hawn fuq, li tqiegħdet fil-lista ta’ stennija skont il-mertu tal-każ. B’hekk din l-anzjana tiġi nfurmata meta jkun il-waqt li tiġi ammessa f’din id-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla.
Wara numru ta' ilmenti li kellna min-nies tal-Gudja u Għaxaq fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku, li issa jidher li ġew irrangatti ftit aktar il-problemi li kien hemm iżda xorta waħda qed jkollhom numru ta' problemi għax il-karozza X5 li din qed tgħabbi lin-nies ta' Wied il-Għajn, Żejtun, Bir id-Deheb u wara Gudja u Għaxaq imma li mhux tieqaf Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jara li dawn in-nies ikollhom s-servizz lejn iċ-Ċentru tas-Saħħa, u l-uffiċni tal-Melita, Vodafone eċċ.? Jista' jara li dawn l-ilmenti jiġu diskuss għal ġid tan-nies tal-Gudja u Għaxaq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta hija konxja mit-talbiet imressqa mill-Kunsilli Lokali tal-Gudja u Ħal Għaxaq sabiex jiġu provduti b’servizz tat-trasport pubbliku li jgħaddi minn Raħal Ġdid.
Madankollu, ir-residenti tal-Gudja u Ħal Għaxaq preżentament jistgħu jaqbdu l-ewwel xarabank li tgħaddi minn ġewwa l-lokalità tagħhom bir-rotta numru X5 li għandha frekwenza ta’ kull 30 minuta, jew ir-rotta 135 bi frekwenza ta’ kull siegħa. Dawn iż-żewġ rotot jagħmlu waqfa fl-ajruport minn fejn wieħed jista’ bl-istess biljett ta’ ġurnata jaqbad xarabank li tgħaddi minn Raħal Ġdid. Ir-rotot li wieħed jista’ jieħu huma jew X2 bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa jew X3 bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġeriment jiġi kkunsidrat f'reviżjonijiet futuri tar-rotot tat-trasport pubbliku.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-ħalib fl-iskola primarja ta' Raħal Ġdid inqatax għax hemm ħafna ħela? Jekk hemm il-ħela, tista' ssir lista minn ġurnata qabel fejn min irid ħalib jirreġistra ismu għax mhux sew li jinqata' l-ħalib għal kull min ikun irid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kap tal-iskola Primarja Paola A iddeċidiet li twaqqaf il-proviżjoni tal-ħalib peress li kien qed ikun hemm ħela. Il-Kap diġà ppruvat tieħu l-ordni mill-ġurnata ta’ qabel imma xorta kien għad hemm il-ħela. Minħabba f’dan, il-kap ħaseb li jkun aktar għaqli li dawn il-flus jintużaw għal xiri ta’ kotba għall-użu tal-istess tfal tal-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-Isptar Mater Dei b'overdose għas-sena 2011 u kemm kienet l-età?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis u l-Electronic Case Summary, in-numru ta’ każijiet ta’ “overdose” li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar u Settembru ta’din is-sena huwa hekk:
Jannar sa Settembru 2011
Numru ta’ Pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei
Eta
Kategorija A
Kategorija B
Kategorija C
<15
15
7
15-24
11
43
25-34
2
4
30
35-44
5
25
45-54
1
7
20
55-64
2
6
10
65-74
2
2
75-84
1
3
7
85+
Total
23
36
144
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandu postijiet vojta l-Gvern għall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm qassam postijiet il-gvern fis-sena 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar fil-preżent għandha 19-il post vakant li minnhom għaxra jridu jiġu rranġati qabel jiġu allokati. Sa issa din is-sena l-Awtorità tad-Djar allokat 81 post.
Tista' l-Ministru tgħid il-Gvern kemm ħa postijiet tal-gvern f'idejh wara l-Liġi tal-Kera mingħand persuni li jinsabu f'xi home tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar ma ħadet l-ebda post mingħand il-persuni li jinsabu f’djar residenzjali tal-gvern minn meta għaddiet ir-reviżjoni tal-Liġi tal-Kera.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Gvern għandu jagħti flus lill-kumpaniji li jissuplixxu lill-Gvern f'pilloli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sal-aħħar ta’Ottubru 2011, iċ-ċifra fi flus li għandhom jingħataw lis-suppliers fuq pilloli kienet ta dsatax-il miljun, disa’ mija u disgħin elf, ħames mija u sbatax-il Ewro (€19,990,517). Għaldaqstant ta’ min wieħed jinnota li dawn il-flus dovuti huma kollha within the credit payment terms.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tasal l-injection tal-influwenza? Kemm ġew ordnati? Meta se tingħata? Kemm ġiet tiswa lill-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kunsinna tal-vaċċin tal-influwenza waslet il-Ħamis, 17 ta’ Novembru 2011 u tqassmet fl-isptarijiet u l-polikliniċi kollha tal-gvern u bdiet tingħata.
Ġew ordnati 80,000 vaċċin għal dan l-istagun għall-prezz ta €2.90 għal kull doża.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għamlu suwiċidju fis-sena 2011, xahar b'xahar? Jista' jgħid liema kienet l-aktar sena li fiha saru suwiċidji?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar u Ottubru ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija s-segwenti każi ta’ suwiċidji:
Jannar
0
Ġunju
3
Frar
1
Lulju
3
Marzu
1
Awwissu
3
April
1
Settembru
3
Mejju
2
Ottubru
2
Infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar 10 snin, kien fis-sena 2009 li fiha ġew irrapurtati l-akbar ammont ta’ suwiċidji fejn kienu ġew irrapurtati 33 każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-kartuna Schedule V? Jista' jgħid sena b'sena kemm żdiedu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ persuni li jingħataw mediċini b'xejn bil-kartuna s-safra (Skeda V), huwa ta’ 124,215. Bħalissa, ma hemmx mezz kif toħroġ kemm żdiedu sena b’sena u d-dipartiment qed jaħdem fuq sistema li tkun tista’ tiġbor din l-informazzjoni.