Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kalkara — Villa Bighi - Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29868 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid min qed jokkupa Villa Bighi fil-Kalkara? Kemm hemm kmamar okkupati u min qed jokkupahom? Qed isir restawr fiha? Jekk iva, x'tip ta' restawr qed isir?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li Villa Bighi tinsab fil-kumpless tal-Foundation for Science and Technology u li l-istess Villa hija okkupata kollha mill-Malta Council for Science and Technology (MCST). Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ufficju tal-Prim Ministru.

Kalkara — Tanking facilities

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29869 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għat-tanking facilities fil-Kalkara, issa li t-Tarzna ġiet privatizzata, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isir użu minnhom? Jekk iva, minn min? Jekk le, dawn se jitneħħew? Meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

ARMS Ltd — ilment

Question

Jista' l-Ministru jara l-ilment tal-individwu, lid-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu mal-ARMS Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Wire tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat il-wire li hemm imdendel mar-residenza tal-koppja li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għax kull meta jkun għaddej xi trakk ikun hemm il-periklu li jinġibed?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-wire li saret referenza għalih mhux responsabbilta’ ta’ l-Enemalta.

talba għal aktar servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu s-sigħat tas-servizz ta' home help lill-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn membru tal-istess familja għandu diżabilità u għandu bżonn ta' aktar għajnuna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li klijenti tas-Servizz tal-Home Help li jkunu jixtiequ jżidu s-sigħat iridu japplikaw biex b’hekk il-Bord tal-Allokazzjoni jkun jista’ janalizza t-talba u jiddeċiedi jekk għandux jiżdied l-ammont ta’ sigħat. F’dan il-każ qatt ma saret talba biex jiżdiedu s-sigħat.

każ ta' anzjana biex tmur fir-residenza San Vinċenż de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana li d-dettlaji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bħalissa qiegħda l-Isptar Mater Dei u applikat biex tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li għandha kundizzjoni u m'għandha lil ħadd li jista' jdur biha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjana li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet pazjenta fl-Isptar Mater Dei minn fejn applikat biex tidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. Is-Social Report sar fil-15 ta’ Novembru u l-applikazzjoni u Social Report waslu fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunta’ fit-22 ta’ Novembru 2011. Sfortunatament l-anzjana ġiet nieqsa fis-17 ta’ Novembru 2011.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk xi rappreżentant tal-ARMS Ltd jistax jikkuntattja mara separata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li rċeviet kont ta' €1,445 wara li kienet ilha ma tirċevih xi sena biex jara jekk hemmx xi żball fil-kont peress li din tgħix b'€330 fix-xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

każ dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-koppja li d-dettlaji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha ma tirċevih minn Mejju li għadda?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Qtugħ tal-linja tat-telefown

Question

Jista' l-Ministru jara li ħaddiema tal-GO jirranġaw linja ta' telefown tal-individwu li d-dettlaji tiegħu qed jingħataw separatament, li għandu l-mard fil-familja u wara li rranġaw it-telefown f'dik it-triq dan l-anzjan spiċċa bla linja?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 14305.

Blue sticker

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 29242 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27759, jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 27260 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jara għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kellha l-blue sticker għal dan l-aħħar 16-il sena u issa meta marret iġġedded, irrifjutaw li terġa' tingħata l-blue sticker peress li huma qed isostnu li huwa żball?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna b'diżabilita' ntalbet li tidher quddiem il-Bord tal-Appell fid-19 ta' Ottubru, 2011 fis-1.05pm. Attendiet oħt il-persuna msemmija biss għal dan il-Bord. Il-Bord spjegalha li huwa essenzjali li l-persuna b'diżabilita' tidher ukoll quddiem il-Bord sabiex tkun tista' tittieħed deċiżjoni għal dan l-Appell.

Pensjoni lill-anzjana

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 29162 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita u li issa ġiet riferuta lilha u tara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li r-raġel ilu mejjet tliet xhur u minkejja dan iż-żmien kollu, għadha ma rċevitx pensjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Home tal-anzjani — anzjani fil-lower ground

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29639 u jara każ ta' anzjani li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li qegħdin f'home li hija sussidjata mill-gvern, peress li dawn jinsabu f'post lower ground?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjani li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant ġew rikoverati ġewwa sptar privat sakemm jinstab post alternattiv għal kura fit-tul skont il-bżonnijiet kliniċi tagħhom.

Housing Authority — tiswijiet f'saqaf

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27894, tista' l-Ministru tara għaliex fir-risposta kien hemm li xi ħadd se jagħmel spezzjoni fid-dar imma l-inkwilin għadu ma kellmu ħadd?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tinforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali tal-istess Awtorita’ ppruvaw jispezzjonaw dan il-fond nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa 17 u 18 ta’ Novembru pero’ darbtejn ma kien hemm ħadd preżenti fil-fond. L-Awtorita’ tad-Djar ukoll bagħtet ittra fl-indirizz tal-fond sabiex l-inkwilin tidħol f’kuntatt mal-Awtorita’
Leg 11 PQ #30288 Sitting 418 2011-11-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Raħal Ġdid — Triq il-Vittmi tax-Xogħol - tindif ta' għalqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29634 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li titnaddaf għalqa li hemm fit-Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, fejn hemm is-substation tad-dawl għax minkejja li saru ħafna rapporti, il-ħmieġ għadu hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nikkonferma li l-art hija proprjetà tal-Gvern u d-Dipartiment tal-Art ġie mitlub sabiex jieħu azzjoni neċessarja.

Tarxien — Triq il-Kurunell Mas - traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ dwar traffiku fi Triq il-Kurunell Mas, f'Ħal Tarxien li qiegħed jitqajjem mill-persuna indikata separatament? Jista jara li dan is-sinjur jiġi kkuntattjat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li triq il-Kurunell Mas f’Ħal Tarxien mhix triq distributorja jew arterjali u għaldaqstant kull tibdil fis-sistema ta’ mmaniġġjar tat-traffiku trid tiġi sottomessa mill-kunsill lokali konċernat lil Transport Malta. F’dan il-każ partikulari, skont ir-rekords ta’ Transport Malta, il-kunsill lokali konċernat għadu ma ssottometta l-ebda applikazzjoni għall-miżuri proposti.

Kontijiet tad-dawl u ilma pendenti

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha ma tirċievi l-kont minn Marzu? Jista' jara li jinħarġu dawn il-kontijiet biex ma jkunx hemm akkumulazzjoni u ma jintilfux il-vouchers għax ikunu skadew?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ARMS Ltd, minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Three-phase fil-flat

Question

Jista' l-Ministru jara li jiddaħħal it-three-phase fil-flat li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li diġà jgħixu n-nies fih u li jinsab bla dawl fil-komun u l-lift ma jaħdmix?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-elettriku saret fit-8 ta’ Novembru 2011. Din qiegħda tiġi pproċessata flimkien ma’ xogħlijiet oħra simili u huwa maħsub li s-servizz jingħata fil-futur qarib.

Vouchers tal-kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-kontijiet tad-dawl u ilma jaslu tard, u l-konsumatur jiskadilu l-voucher dan jitilfu jew hemm mezz ieħor biex jiġġedded biex dan ma jitlifux? Jista' jgħid x'għandhom jagħmlu l-konsumaturi f'din il-problema?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċedura titlob li l-ewwel jinħareġ il-kont u wara l-voucher mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ibbażat fuq l-istess kont. Ftit huma l-każijiet fejn jinħarġu vouchers mingħajr ma dawn ikunu bbażati fuq kontijiet kurrenti, liema każijiet ikunu dawk fejn jinħarġu vouchers relatati ma’ kontijiet preċedenti. Dan minħabba li dawn il- vouchers ikunu skadew. F’każijiet bħal dawn, il-konsumatur jista’ jagħmel kuntatt mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jippreżenta l- voucher skadut u dan jerġa jinħareġ b’data aktar aġġornata.

oqbra għall-bejgħ

Question

Peress li n-nies li applikaw għal xiri ta' oqbra rċevew ittra fit-30 ta' Awwissu fejn tgħid li se jitħaffru 2782 oqbra fejn 2500 minnhom se jitqassmu lill-pubbliku u l-prezz mitlub għax-xiri kien ta' €3494 u issa qed jintalbu jħallsu €8,000 u allura l-prezz sar aktar mid-doppju, jista' l-Ministu jagħti spejgazzjoni eżatta għaliex seħħ dan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-valur tal-oqbra fl-ittra msemmija kien fuq spejjeż prevalenti. L-estensjoni taċ-ċimiterju se issir fuq pjanta li tirrispetta l-istil li fuqu kien tfassal iċ-ċimiterju oriġinarjament ċioe’ mill-Perit Emmanuele Luigi Galizia. Għaldaqstant minbarra l-valur ta’ tħammil, bini ta’ qobra, passaġġi, toroq, eċċ, il-valur jinkludi wkoll l-art meħtieġa sabiex fuqha jinbnew l-oqbra ġodda.

Transport Malta — stage ħdejn il-Paramount, Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jara fejn jista' jsir stage minn Transport Malta fejn il-Paramount fi Triq Tarxien, Raħal Ġdid peress li qabel kien hemm wieħed u issa tneħħa? Jista' jara li jsir ieħor fl-istess post, u jekk hi problema, x'imkien ieħor fl-istess inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-imsemmi stage qatt ma tneħħa u jinsab bl-isem ta' Antnin.