Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-ilment ta' anzjana dwar ħsejjes minn forn li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għax minkejja li marru uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, is-sitwazzjoni għadha ma rranġatx ruħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irċeviet ilment rigward emissjonijiet minn ċumnija ta' forn tal-ħobż fis-sit indikat u sar spezzjoni fuq l-istess sit fl-4 ta' Lulju 2011. L-Awtorità ma rċevietx ilmenti fuq ħsejjes minn dal-forn u ma sarux spezzjonijiet f'dan ir-rigward. Ilmenti ta' ħsejjes li jikkaġunaw 'nuisance' minn attivitajiet kummerċjali jaqaw taħt il-kompetenza tal-pulizija taħt Avviż Legali 1 ta' 2006, (Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ) Skeda 2, Regolament 2.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 24384 u 26702, tista’ l-Ministru tgħid meta se jitfasslu l-istandards meħtieġa mid-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali minkejja li dan id-dipartiment ilu mwaqqaf għal bosta snin? X’inhu r-rwol eżatt ta’ dan id-dipartiment? Xi spezzjonijiet regolari twettqu s-sena l-oħra mill-impjegati ta’ dan id-dipartiment u f’liema servizzi twettqu? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-irwol tad-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali hu li jaħdem sabiex jiżgura li s-servizzi soċjali offruti f’Malta huma ta’ kwalita’ tajba. Id-Dipartiment jagħmel dan billi jippubblika kriterji, Standards u linji gwida għall-oqsma differenti ta’ servizzi soċjali li jgħin lis-servizzi jilħquhom u li jispezzjona s-servizzi sabiex jiżgura li s-servizzi ma jħaddnux prattiċi li huma ta’ riskju għal min qed jużahom.
Fl-2006, id-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali ppubblika l-Istandards Nazzjonali għall-faċilitajiet tat-tfal ta’ matul il-jum u kif ukoll Standards għat-tfal fid-Djar Residenzjali li ġew ippublikati fl-2009. Id-Dipartiment bħalissa qed jaħdem sabiex jippublika Standards u Kriterji għal servizzi li jgħinu nies bi problemi ta’
addiction
, kif ukoll Standards u Kriterji għall-Aġenziji tal-Adozzjoni. Id-Dipartiment jagħmel riċerka sostanzjali u jikkollabora ma’ diversi persuni u entitajiet sabiex ikunu jistgħu jitfasslu l-Istandards u liniji gwida u kriterji.
Fir-rigward ta’ servizzi mmirati li jgħinu persuni b’diżabilita’, d-dipartiment japprezza li dan huwa qasam importanti ħafna u huwa ppjanat li jibda jaħdem sabiex jirregola dan il-qasam fil-futur qrib.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport Annwali tal-2010 li jispjega l-ħidma ta’ dan id-Dipartiment.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26700, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prinċipji li jħaddnu d-Djar Residenzjali tal-Fejda u Jean Antide li qed joffru servizzi utli għat-tfal u żgħażagħ feminili? X’inhuma l-istandards li qed jimxu fuqhom dawn id-Djar Residenzjali? X’inhuma r-rakkmandazzjonijiet tat-Task Force InterMinisterjali biex jitjiebu dawn is-servizzi li qed jingħataw lil dawn l-addoloxxenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità tagħtix għajnuna prattika lill-persuni li ghandhom nuqqas ta’ saħħa mentali minħabba li m'hemmx kummissjoni oħra li tista’ tgħinhom? Jekk iva, x’tip ta’ għajnuna offriet lil dawn il-persuni (u l-qraba tagħhom) f’din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ (KNPD) toffri numru limitat ta' servizzi ġenerali fil-qasam tal-persuni b'diżabilita', peress li r-responsabbilta' prinċipali tagħha hi li tara li tiġi implimentata l-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') tal-2000.
Il-Liġi Opportunitajiet Indaqs tiddefinixxi diżabilita bħala “nuqqas fiżiku jew mentali li jillimita b’mod sostanzjali xi attività vitali maġġuri waħda jew iktar minn waħda ta’ dik il-persuna” u għalhekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ (KNPD) tinvestiga każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali bħal ma tagħmel meta tirċievi lmenti minn persuni b'diżabilita' oħra.
Mill-2008 sa issa, il-KNPD investigat żewġ każijiet ta’ allegat diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol fuq persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, fir-rigward ta’ trattament minn kollegi. Wieħed ingħalaq u l-ieħor għadu qed jiġi investigat. Il-KNPD bħalissa qed tinvestiga wkoll ilment ta’ diskriminazzjoni li rċeviet minħabba nuqqas ta’ aċċessiblita fis-Psychiatric Unit fil-Komunita li hemm fil-Furjana.
Il-qasam tal-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali hu inkluż fix-xogħol kollu li tagħmel il-KNPD, inkluż riċerka, rapporti,
policies
u pubblikazzjonjiet oħra, taħriġ u attivitajiet oħra ta’ żieda ta’ għarfien dwar l-oqsma tad-dizabilita’.
Fix-xogħol kollu tagħha l-KNPD qatt ma teskludi l-persuni b'saħħa mentali, pero' fl-istess waqt tinnota li teżisti wkoll Kummissjoni għas-Saħħa Mentali u għaqdiet volontarji li huma ir-responsabbilta' tagħhom li, flimkien ma' aġenziji u dipartimenti governattivi jipprovdu servizzi speċifiċi ta' saħħa mentali li ma jaqgħux taħt il-hidma tal-KNPD
Tista' l-Ministru tara li jinħareġ iċ-ċekk tal-għoli tal-ħajja lill-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li meta jikkuntattjaw l-uffiċċju dejjem jgħidulhom li dalwaqt jirċevuh imma s'issa għadhom ma rċevew xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 29873 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jsir restawr fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, meta se jsir? Bħalissa min qed juża dan il-post? Hemm xi ħsieb u/jew pjan għal din il-forti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tixtieq tidħol fid-Dar tal-Anzjani u saħansitra s-social worker mar iżurha ġod-dar tagħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat fit-28 ta’ Ottubru 2011. Ir-Rapport tas-social workers sar fis-17 ta’ Novembru 2011 u l-applikazzjoni dehret quddiem il-Bord tal-Ammissjoni fl-24 ta’ Novembru 2011 u ġiet approvata bħala high priority għad-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa. B’hekk din l-applikazzjoni qiegħda fuq il-lista ta’ stennija skond il-mertu tal-każ.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma peress li ilha ma tirċevih minn Frar 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li l-arkata li hemm fi Sqaq Brittaniku Tarxien, tiġi mbajda biex b'hekk tieħu ftit tal-ħajja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn spezzjoni li saret minn ufficjali tad-Direttorat tal-Manutenzjoni , jidher li din l-arkata tifforma parti minn propjetà privata. Għaldaqstant ix-xogħlijiet neċessarji huma responsabbiltà tas-sidien ta' din il-proprjetà.
Jista' l-Minstru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kellha kiri ta' apparat imma peress li tilfet l-irċevuta ma tistax tieħu flus lura tagħhom? Jista' jara kif din il-persuna tista' tieħu l-flus lura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan il-każ jirrigwarda l-anzjan li tilef ir-riċevuta li kienet ingħatat lilu mill-loans section ta' Mater Dei fuq bastun. L-imsemmi klijent ġie misluf dan il-bastun f’Ġunju tal- 2010 u li suppost ġie rritornat lura bir-riċevuta tal-flus tad-depożitu fuq dan l-apparat.
Ta’ min wieħed jinnota li fuq l-istess riċevuta provduta mill-isptar hemm miktub ċar li d-depożitu ma jistax jingħata lura jekk il-klijent ma jippreżentax din ir-riċevuta meta jinqeda mill-apparat li jkun misluf lilu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29983 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-kartuna r-roża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29587, tista' l-Ministru tara li ssir xi ħaġa għax minkejja r-risposta, ħadd għadu ma kellem lil din il-familja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li intbagħtet ittra lil persuna kkonċernata nhar il-31 ta’ Ottubru 2011 dwar il-każ tagħha. Din l-ittra inbagħtet fl-indirizz li tagħna l-Onorevoli interpellant.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29872, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-użu tal-apparat tal-komunikazzjoni li qed jiġi użat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-apparat ewlieni li qed jintuża fl-inħawi msemmija f’mistoqsija parlamentari 29872 huwa dak għal telekomunikazzjoni ċellulari, għal radju privat mobbli (private mobile radio), għal servizzi aeronawtiċi, u għal fixed links.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29871 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ dwar ir-riħa li ħierġa mill-proġett ta' Barkat? Jikkonferma li hemm din ir-riħa u minn fejn ġejja? X'tip ta' materjal qed jintefa' fil-baħar? Jista' jgħid jekk il-baħar hux qed jiġi mniġġes?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-irwejjaħ li qed joriġinaw mill-impjant Ta’ Barkat huma kawża ta’ ammont konsiderevoli ta’ materjal mhux domestiku li qed jasal fl-istess impjant. Kawża ta’ dan il-materjal qed ikollhom isiru interventi regolari ta’ tindif straordinarju li jiġġeneraw irwejjaħ mhux tas-soltu. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħda bħalissa timplimenta serje ta’ modifiki fuq l-apparat installat sabiex tottimizza il-proċess tat-trattament u tiżgura li jkun hemm l-anqas inkonvenjent possibli għal dawk li joqgħodu fil-madwar. Il-kwalita’ ta’ l-ilma fil-ħruġ ta’ l-impjant huwa skond in-normi stabbiliti fid-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Tisfija tad-Drenaġġ 91/271/EC u l-interventi qed isiru sabiex jissalvagwardjaw dan l-obbligu.
Fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ f'Marsaxlokk — użu
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija 29874 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u
jgħid kemm hemm fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ Marsaxlokk? Jista' jgħid x'inhu l-użu tagħhom u jpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk qed jintużaw, jista' jgħid minn min? Jista' jgħid jekk hux bil-kuntratt jew bi ftehim?
Fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ f'Marsaxlokk — użu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija 29874 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u
jgħid kemm hemm fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ Marsaxlokk? Jista' jgħid x'inhu l-użu tagħhom u jpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk qed jintużaw, jista' jgħid minn min? Jista' jgħid jekk hux bil-kuntratt jew bi ftehim?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tal-kirjiet jew allokazzjonijiet fuq partijiet minn fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ Marsaxlokk, bl-informazzjoni mitluba.
benefiċċju tal-qgħad għal min kien iħallas il-bolla
Question
Tista' l-Ministru tgħid, meta persuna self employed tkun ħallset il-bolla u tkun għalqet in-negozju tagħha, din tkun tista' tieħu l-benefiċċju tal-qgħad? Jekk iva, sa kemm żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta persuna self-employed li tkun ħallset il-bolla dovuta, tagħlaq in-negozju u tibda tirreġistra għax-xogħol, ma tkunx intitolata għall-benefiċċju għall-qgħad.
Minkejja dan, jekk tali persuna tkun qiegħda tifforma familja għal rasha u tissodisfa t-
test
tal-kapital u tal-mezzi, tista’ tkun intitolata għall-Għajnuna Soċjali bħala persuna li ma taħdimx u li qiegħda tirreġistra għax-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ma tridx taqbeż dħul biex tkun tista' tieħu għajnuna supplimentari għall-mard f'każ ta' koppja u f każ ta' single?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Biex persuna tikkwalifika għal Għajnuna Medika trid tissodisfa t-test tal-mezzi. Permezz ta’ dan it-test jiġi stabbilit kemm huwa l-kapital tal-familja (assi, beni u/jew flus il-bank) kif ukoll id-dħul fil-ġimgħa.
F’każ ta’ persuna miżżewġa persuna tista’ tikkwalifika jekk il-kapital tagħhom ma jeċċedix it-€23,300 u d-dħul tal-koppja fil-ġimgħa jkun anqas minn €157.60.
F’każ ta’ persuna waħeda l-kapital ma jridx jeċċedi l-€14,000 u d-dħul fil-ġimgħa jrid ikun anqas minn €131.80.
Jista' l-Ministru jgħid, issa li fil-budget neħħa l-ħlas tal-liċenzja tat-TV, dawk li diġà ħallsu għas-sena li ġejja, għax din il-liċenzja dejjem tkun bil-quddiem, ser jieħdu l-flus lura?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.