B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30461, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kmamar okkupati u min qed jokkupahom? Qed isir restawr fiha? Jekk iva, x'tip ta' restawr qed isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi l-parti fuq il-Vant ta’ Villa Bighi huwa okkupat minn Heritage Malta.
Il-parti fuq il-punent ta’ Villa Bighi huwa fi stat ta’ abbandun li ser jiġi kollu rrestawrat biex jinbena ċ-Ċentru ta’ Xjenza Interattiva.
Il-parti ċentral ta’ Bighi huwa okkupat kollu mill Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija. F’din il-binja hemm 14 il-kamra li jintużaw mit-tmienja u tletin ħaddiema tal-Kunsill bħala uffiċini u kmamar għall-laqgħat. Hemm ukoll żewġ swali li jintużaw għall-konferenzi zgħar u maħżen fejn jinżamm apparat xjentifiku interattiv. Dawn il-kmamar qed jintużaw kollha. F’din il-parti tal-binja bħalissa qed isiru xogħolijiet bażiċi ta’ manteniment.
Tista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li applika biex jieħu r-relief u dan minkejja li kien jieħdu imma qatgħuhulu peress li kellu l-problema ta' użura u droga? Dan għandu żewġt itfal li jkollhom bżonn pilloli li jiswew €100 fix-xahar għax il-gvern ma jġibhomx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jiena nfurmata li l-każ tal-persuna kkonċernata qed tiġi investigata mid-dipartiment biex jiġi stabbilit id-dritt tiegħu għal benefiċċju..
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-kopja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikaw darbtejn minħabba ċ-children allowance u minkejja li applikaw qatt ma rċiview risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-post fejn jinħażen l-ikel tal-Ewropea hux post tajjeb għall-ħażna tal-ikel? Tista' Tgħid kemm ingħataw f'valur ta' flus għall-ikel tal-Ewropea min kemm ilu li beda jingħata dan l-ikel? Kemm se jingħataw għas-sena 2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika biex jidħol fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa peress li hemm xi familjari li jaf bihom hu, ħalli l-każ jitmexxa kemm jista' jkun malajr?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat fil-15 ta’ Marzu 2011. Is-Social Report sar fit-3 ta’ Mejju 2011 u ġie approvat mill-Bord tal-Ammissjoni fit-2 ta’ Ġunju 2011 għad-Dar tal-Anzjani tal-Mtarfa. B’hekk dan l-anzjan qiegħed fuq il-lista ta’ stennija għad-dħul fid-Dar tal-Anzjani tal-Mtarfa skont il-mertu tal-każ.
Jista' l-Minisrtru jara li jinħareġ il-kont tad dawl u ilma tal-koppja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha ma tirċevih sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Transport Malta — Stage Ħdejn il-Paramount, Raħal Ġdid
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30196, filwaqt li nikkonferma li fil-fatt l-istage hemm jinsab, jista' l-Ministru jara li jitwaħħal shelterfejn jistkennew in-nies peress li dak li kien hemm qabel tneħħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara li Transport Malta għamlet il-verifiki tagħha fuq dan is-sit, instab li fil-post indikat, il-bankina m’hijiex wiesgħa biżżejjed sabiex fuqha jkun jista’ jiġi installat bus shelter ġdid.
Infurmat ukoll li dak li qiegħed jiġi riferut għalih bħala
shelter
, kienet biss forma ta’ ilquħ imwaħħla ma’ propjeta privata. Dan l-ilqugħ inqala’ meta ġiet irrestawrata l-propjeta' msemmija.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30091, tista' l-Ministru tara li min ikun irid il-ħalib għandu jingħata u dan permezz ta' avviż/sejħa ġurnata qabel ħalli anke jekk ikun hemm student/studenta waħda li tkun trid, dan il-ħalib għandu jingħatalha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-ġimgħat li ġejjin, fuq struzzjonijiet li ngħatat, il-Kap tal-iskola Primarja A ser terġa’ tara jekk hemmx tfal li jridu ħalib.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kemm-il darba rrapurtat it-telefown minħabba xi tisfir li hemm fih u kull darba li jiġu jgħidulha li minn barra hija l-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat..
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, jekk ġiex imsarraf jew skadix l-voucher tad-dawl u l-ilma għax skont l-anzjana qed taħseb li intilef u xtaqet tkun taf x'għandha tagħmel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għalkemm għandha l-benefiċċju tal-enerġija, il-kont wasal tard u allura l-voucher laħaq skada peress li meta marret għand l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, qalulha li ma jistgħu jagħmlu xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29993 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru rapporti ta' abort?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapport ta' abort matul din is-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29988 u jgħid kemm daħlu ilmenti fil-customer care tal-Isptar Mater Dei? X'inhuma l-ilmenti l-aktar li kien hemm għas-sena 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2011 sad-9 ta’ Novembru 2011, il-Customer Care Unit tal-iSptar Mater Dei rċieva ħamest elef u tmintax-il (5,018) ilment jew 0.052% tas-servizzi li ngħataw matul dan il-perjodu li jammontaw għal disa’ miljun, sitt mija u wieħed u sittin elf, erba’ mija u wieħed u tletin (9,661,431). 99.2% ta’ dawn il-każijiet ġew magħluqa, filwaqt li l-bqija (0.8%) għadhom pendenti.
L-akbar ammont ta’ lmenti ġie reġistrat għal dewmien ta’ appuntamenti li jingħataw mid-Dipartiment tal-
Out Patients
(33%), segwit minn ilmenti dwar appuntamenti fid-Dipartiment tal-
Out Patients
li jkollhom ħin ta’ stennija twil (5.3%) u lmenti dwar
files
li ma nstabux malajr (4%).
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru proġetti kbar ta' tisbiħ ta' ġonna u bini mill-ġdid ta' ġonna mis-sena 2000 sal-lum u fejn saru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fid-dawl tal-volum ta’ records li jridu jkunu kkonsultati biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħatat f'seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — problema fuq kanna tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw kaz ta anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha problema fuq kanna tal-ilma li minkejja li ċemplet għadu ħadd ma kellimha lura?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi jirriżulta illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma qatt ma kellha rapport mingħand din il-konsumatriċi. Xorta waħda, nhar l-24 ta’ Novembru, il-ħaddiema tal-Korporazzjooni għas-Servizzi ta’ l-Ilma marru fuq il-post u irranġaw il-ħsara msemmija.