Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' żewġ persuni li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li waħda minnhom hija Għawdxija li tikri post furnished u li issa għalqilha l-kuntratt? Peress li dawn għandhom post Marsaxlokk u applikaw għad-dawl u ilma jista' l-Ministru jara li dan is-servizz jingħatalhom mill-aktar fis biex ikunu jistgħu jidħlu fih?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Proġetti ta' tisbiħ ta' ġonna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30662 u jgħid kemm saru proġetti kbar ta' tisbiħ ta' ġonna u bini mill-ġdid ta' ġonna mis-sena 2000 sal-lum u fejn saru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġ document bl-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kalkara — Tanking Facilities

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30879, 30488 u 29869 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għat-tanking facilities fil-Kalkara, issa li t-Tarzna ġiet privatizzata, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isir użu minnhom? Jekk iva, minn min? Jekk le, dawn se jitneħħew? Meta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29869.

negozju żgħir — għajnuna mill-gvern u mill-banek

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna hemm mill-gvern u mill-banek għal min jiftaħ xi negozju żgħir?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm diversi tipi ta għajnuniet għal min jiftaħ negozju żgħir. Il-gvern permezz tal-Malta Enterprise, entitajiet oħrajn u l-banek kummerċjali joffri: ERDF Small start-up . Skema ko-finanzjata mil-UE għal negozji li jimpjegaw sa 50 persuna. Din l-iskema kompetittiva ser terġa tkun miftuħa fi Frar 2012. Mit-tlett sejħiet li infetħu s’issa ibbenefikaw 32 negozju għall-valur ta’ assistenza ta’ €2 miljun. Din l-iskema tikkofinanzja spejjeż ta’ pagi, dawl, ilma u kerha għall-makkinarju. Innovative Start-up Scheme. Skema immaniġjata mill-Malta Enterprise u finanzjata minn fondi lokali għal negozji bi prodott innovattiv. Sal-lum taħt din l-iskema ġew assisti 37 kumpanija għal valur totali ta’ €273,576. Taħt din l-iskema, kumpaniji li huma eliġibbli u li jikkwalifikaw jistgħu anka jagħmlu użu mil-faċilita tal-Kordin Business Incubation Centre. Investments Tax Credits Skema oħra imħaddma mill-Malta Enterprise għal investimenti minn negozji li joperaw fis-setturi definiti fil-linji gwida tal-inċentiv. Taħt dan l-inċentiv, il-Gvern jagħti assistenza li tammonta għall-medja ta’ 15 –il miljun ewro fis-sena. Is-sena l-oħra dan l-ammont telgħa għal 24 miljun ewro. Business Advisory services Il-Malta Enterprise toffri ukoll skema li tipprovdi konsulenza sussidjata għal min jixtieq jiftaħ negozju (fost servizzi oħra). Taħt din l-iskema il-Malta Enterprise tagħti numru ta’ siegħat f’konsulenza b’xejn f’oqsma varji skont il-bżonnijiet tal-kumpanija fi kwalinke stadju li tinsab fih, bħal konsulenza biex tiftaħ negozju, konsum enerġija, riċerka u żvilupp, internazzjonalizzazzjoni u oħrajn. Sal-lum ibbenefikaw 524 kumpanija għal total ta’ €337,511. Microinvest Għat-tielet sena, il-Malta Enterprise ser terġa tkun qed tħaddem l-iSkema ta krediti fuq taxxa għal investimenti minn negozji li jimpjegaw sa anqas minn 10 persuni fuq spejjeż li jikkonċernaw il-binja tan-negozju, makkinarju, teknoloġiji għal użu ta’ enerġija aqwa, investimenti biex il-kumpanija issir konformi, u pagi. Sal-lum il-Malta Enterprise irċeviet 728 applikazzjoni li minnhom ġew proċessati 619. Sal-lum inħargu 540 ċertifikat b’total ta € 3.7 miljun f’tax credits. L-investiment totali li ġie irreġistrat minn dawn il-kumpanijji permezz ta din l-iskema ilaħħaq l- €14 miljun u hu stmat li inħolqu madwar 211 post ta impjieg ġdid. Business First Fit-23 ta’ Jannar 2012 il-Malta Enterprise, ġewwa l-uffiċċini l-ġodda tagħha fi Gwardamanġia, ser tiftaħ l-uffiċċju Business First , fejn fost servizzi oħra, persuni li ser jiftħu negozju ġdid, jistgħu jagħmlu ir-reġistrazzjonijiet neċessarji għall-ftuh ta’ negozju, kif ukoll jinqdew minn numru ta’ servizzi relatati minn post wieħed. Informazzjoni dwar liema servizzi ser joffri Business First tista’ tinkiseb mis-sit http://www.businessfirst.com.mt/ BOV Jeremie financial package for SME’s including microenterprise Skema iffinanzjata mil-UE u l-Gvern Malti, u mħaddma mil-Bank of Valletta. Din l-iskema, magħrufa aħjar bħala l- microcredit , tagħti assistenza finanzjarja lil kumpanijji li jħaddmu sa 250 persuna. Sal- lum ġa ġew approvati 141 talba, minn sidien ta’ negozji zgħar u medji, li bejniethom qed jinvestu l-fuq minn €20 miljun. Microguarantee scheme Mis-sena id-dieħla il-Gvern ser jagħmel tajjeb hu, b’ €20 miljun f’garanziji, fejn ser ikopri 90% tas-self kollu li jingħata lil intrapriżi li jħaddmu inqas minn 20 persuna. B’hekk ser ikunu qed jiġu inċentivati impredituri zgħar sabiex ma jaqtgħux qalbhom u b’din l-ghajnuna jagħmlu kuraġġ jieħdu l-ewwel pass biex jidħlu fid-dinja tan-negozju. Barra minn dan kollu , jeżistu ħafna aktar skemi u għajnuniet li qed jiġu offruti minn entitajiet oħra , li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Ministeri diversi. Għaldaqstant sabiex tkun tista tinġabar din l-informazzjoni, din il-mistoqsija jkun jeħtieġ li tiġi indirizzata lill-Ministeri konċernati.

liċenzja tat-TV — ħlas lura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30448 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid, issa li fil-budget neħħa l-ħlas tal-liċenzja tat-TV, dawk li diġà ħallsu għas-sena li ġejja, għax din il-liċenzja dejjem tkun bil-quddiem, ser jieħdu l-flus lura?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30936.

Operazzjoni tal-Irkoppa

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jieħu ħsieb lit-tfal tiegħu u jinsab bil-krozzi minħabba uġiegħ f'irkopptejh u li għandu bżonn operazzjoni fl-irkoppa u finanzjarjament ma jistax jagħmilha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjent li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa mniżżel għal knee arthroscopy fuq il-lista tal-każijiet urġenti. Il-konsulent inkarigat se jsejjaħ lil pazjent għal dan l-intervent fi żmien sitt xhur.

Manteniment

Question

Tista' l-Ministru tara l-ilment tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, fejn din qed tħoss li b'€233 manteniment ma tistax tlaħħaq u taħseb li hemm xi żball?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna imsemmija minnu se tingħata l-informazzjoni kollha miltuba minnha fil-jiem li ġejjin.

Suppliment ta' Lulju

Question

Tista' l-Ministru tara kif il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikat għas-supplimentari, ta' April ħadithom imma ta' Lulju le?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Ċekk ta' persuna li ntilef

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ iċ-cheque li kien intilef u minkejja li għaddew ġimgħatejn il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għadha ma rċeviet xejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna kkonċernata ntbgħatilha ċekk ġdid minflok dak li ma rċevietx.

negozju żgħir — għajnuna mill-gvern u mill-banek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30531 u jgħid x'tip ta' għajnuna hemm mill-gvern u mill-banek għal min jiftaħ xi negozju żgħir?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Forti Ricasoli — restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30522 u ċioe: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 29873 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jsir restawr fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, meta se jsir? Bħalissa min qed juża dan il-post? Hemm xi ħsieb u/jew pjan għal din il-forti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Kartuna r-Roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30513 u 29983 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-kartuna r-roża?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkollu biss l-istatistika dwar kemm ħarġu Karti Roża mill-Uffiċċji Distrettwali. Tajjeb jingħad li Karta Roża trid tiġġedded kull sena għal min għandu ‘l fuq minn sittin sena u kull erba’ xhur f’każijiet oħra. Skont kif infurmata mid-Dipartiment matul l-2010 ħarġu 8,254 Karta Roża u sal-aħħar ta’ Novembru 2011 ħarġu 7,559.
Leg 11 PQ #30969 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ f'Marsaxlokk — użu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30520 u ċioe: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija 29874 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ Marsaxlokk? Jista' jgħid x'inhu l-użu tagħhom u jpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk qed jintużaw, jista' jgħid minn min? Jista' jgħid jekk hux bil-kuntratt jew bi ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi fil-Kottonera hemm tlett fortizzi filwaqt li fil-penisola ta’ Delimara hemm tnejn, kif spjegat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li tinkludi wkoll l-okkupant preżenti u t-termini tal-ftehim.

każ tal-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-ARMS Ltd jindirizzaw il-problema li għandu l-individwu , li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn il-kont tiegħu qed jiġi kkalkulat fuq three phase meta hu għandu single phase?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

każ ta' applikazzjoni għal post tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' xebba omm, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tieħu sussidju tal-kera u issa applikat għal post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita Tad-Djar qed tgħin lil din l-applikanta b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni familjari tagħha. L-Awtorità Tad-Djar qed tagħti prijorità lil dan il-każ.

Kalkara — Tanking facilities

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30488 u 29869 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għat-tanking facilities fil-Kalkara, issa li t-Tarzna ġiet privatizzata, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isir użu minnhom? Jekk iva, minn min? Jekk le, dawn se jitneħħew? Meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

liċenzja tat-TV — ħlas lura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30448 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid, issa li fil-budget neħħa l-ħlas tal-liċenzja tat-TV, dawk li diġà ħallsu għas-sena li ġejja, għax din il-liċenzja dejjem tkun bil-quddiem, ser jieħdu l-flus lura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.