Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għadhomx isiru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd? Jista’ jgħid ukoll kemm-il operazzjoni saret matul dan il-jum matul din is-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nikkonferma mal-Onorevoli Interpellant illi kemm fl-isptar Mater Dei u kif ukoll fl-isptar Ġenerali t’Għawdex isiru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd. Fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena filfatt saru total ta’ 1,516 –il proċedura.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta’ kemm pazjenti marru jieħdu l-kura barra minn Malta f’dawn l-aħħar sentejn? X’etajiet kellhom dawn il-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt filwaqt li ninfurmah illi l-età tal-pazjenti tvarja minn ftit ġranet sa l-età ta’ 86 sena.
Sena
Numru ta’ Pazjenti
Numru ta' Episodji
2015
499
759
2016
549
825
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu il pazjenti li ħadu servizz mid-Dipartiment tal-Kura Primarja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2016 kien hemm 1,525,652 –il persuna li ħadet servizz mid-dipartiment tal-Kura Primarja filwaqt li minn Jannar sa Awwissu tal-2017 kien hemm 2,429,380. Dawn il-figuri jinkludu s-servizzi li jingħataw miċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ, child screening ġewwa l-iskejjel, l-Occupational Health Unit, in-National Screening Unit u z-zjarat ta’ l-Speech Language fl-iskejjel u fid-djar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mill-Malta Residence and Visa Programme sal-aħħar ta’ Lulju? F’liema kont tal-Gvern qegħdin jidhru dawn il-flejjes?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sa l-ahhar ta’ Gunju 2017, l-Agenzija ta’ Residenzi b’Investiment, għamlet profitt ta’ € 1,243,815. Dawn ġew depozitati f’kont kurrenti tal-Agenzija.
Malta Residence and Visa Programme — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ġiet sottomessa taħt l-iskema tal-Malta Residence and Visa Programme minn meta din bdiet titħaddem?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru t’applikazzjonijiet sottomessi mill-bidu tal-Programm s’issa hu dak ta’ 200. Tajjeb li wiehed isemmi li l-applikazzjonijiet fethu f’Ġunju ta’ l-2016.
Malta Residence and Visa Programme — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju mill-iskema Malta Residence and Visa Programme waslu dawn l-applikazzjonijiet:
a) applikazzjonijiet li ġew approvati;
b) applikazzjonijiet li ġew irrifjutati; u
ċ) applikazzjonijiet li għadhom għaddejjin due diligence?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hawn taħt jinsab it-tagħrif mitlub:
Applikazzjonijiet Approvati:
Applikazzjonijiet li ġew pprovati u hadu ċ-ċertifikat tar-Residenza:
Applikazzjonijiet li ġew approvati u għadhom iridu jigu sottomessi l "Final Proofs"
43
36
Applikazzjonijiet Rifjutati:
3
Applikazzjonijiet fi stadju tad-
Due Diligence
118
Malta Residence and Visa Programme – applikazzjonijiet approvati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk l-applikanti taħt l-Malta Residence and Visa Programme li ġew approvati:
a) xtraw proprjetà, skont kif inhu obbligat fil-Liġi;jew
b) krew proprjetà,skont kif inhu obbligat fil-Liġi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn dawk l-applikanti li ġew approvati kien hemm 3 li xtraw propjeta filwaqt li 40 ohra krew propjeta hekk kif inhu mitlub fil-Liġi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u x’tip ta’ lmenti rċeviet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA) mingħand il-konsumaturi fl-ewwel sitt xhur tal-2017 u kemm kien iż-żmien biex dawn jiġu indirizzati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena l-MCA rċeviet 102 ilment. Qabel tibda l-investigazzjoni tagħha, l-Awtorità tassigura li l-ilmenti jkunu tressqu quddiem l-operatur ikkonċernat iżda ma jkunux ġew riżolti għas-sodisfazzjon tal-klijent. Qiegħed nipprovdi żewg tabelli li jagħtu tagħrif statistiku dwar it-tip ta’ lmenti rċeviet l-Awtorità (‘Tabella A’) u n-numru ta’ ġranet li ħadet l- Awtorità sabiex tagħlaq dawn l-ilmenti (‘Tabella B’).
95% tal-ilmenti ġew investigati u magħluqa f’inqas minn għoxrin ġurnata ta’ xogħol. It-tip ta’ azzjoni li l-MCA ħadet biex tindirizza dawn l-ilmenti tvarja skont is-setgħat legali mogħtija lilha li huma prinċiparjament limitati għal xi aspetti kuntrattwali speċifiċi, trasparenza ta’ informazzjoni, kwalità tas-servizz, u kontijiet.
Infatti l-Awtorità irċeviet numru ta’ każijiet fejn ma setgħatx tintervejni, minkejja li dawn kienu jirrigwardjaw xi servizz tal-komunikazzjoni elettronika fosthom każijiet ta’ reklamar qarrieqi u prattiċi kummerċjali inġusti. F’dawn il-każijiet l-Awtorità iggwidat lill-konsumaturi x’għandhom jagħmlu biex jieħdu xi tip ta’ rimedju.
Minbarra dawn l-ilmenti, l-Awtorità rċeviet ukoll 235 talba għall-informazzjoni rigward servizzi ta’ komunikazzjoni.
Tabella A
Tip ta’ Ilment
Total
Bdil ta’ servizz minn ma' operatur għal ieħor
9
Kuntrattwali
5
Provvista tas-servizz / kwalità tas-servizz
51
Kontijiet u Tariffi
27
Tabella B
Riżultat
Ħin meħud biex jinagħlqu l-każijiet
Inqas minn 2 ġimgħat
Bejn 2 u 4 ġimgħat
Iktar
minn 4 ġimgħat
Total
Ġiet provduta informazzjoni lill-klijent
80
17
5
102
Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni – inizjattivi dwar il-Coding
Question
Il-Coding hu meqjus bħala suġġett li jgħin tfal minn età żgħira f’kull livell tal-ħajja edukattiva. Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-inizjattivi li qed tagħmel l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA) f’dan ir-rigward?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-MCA ila għal dawn l-aħħar tliet snin tiżviluppa inizjattivi biex titrawwem kuxjenza favur l-użu tal-coding fost tfal ta’ etajiet u ħiliet differenti. Il-coding huwa għodda importanti ħafna li permezz tagħha isaħħaħ il-kapaċità ta’ persuna li issib soluzzjonijiet għal problema billi tanalizzha l-istess problema b’mod stutturat skond prinċipji hekk magħrufa bħala computational thinking.
Din il-ħidma taf l-orġini tagħha tliet snin ilu meta l-MCA issieħbet ma’ Coderdojo, fondazzjoni internazzjonali bil-bażi tagħha fl-Irlanda li tippromovi l-coding fost it-tfal u żagħżagħ. Bħala parti minn din l-assoċjazzjoni, sar proġett pilota li kien jinkludi sensiela ta’sessjonjiet ta’ taħriġ lil tfal li jattendu l-Kulleġġ San Ġorġ Preca kif ukoll żgħażagħ li jattendu Umberto Collosso. Dan il-proġett tmexxa mill-MCA bil-kollaborazjoni ma’ intrapriżi privati fil-qasam tal-ICT.
Wara din l-esperjenza, permezz tal-għajnuna tal-Ministeru tal-Edukazzjoni ġie svillupat sillabu li jinkludi attivitajiet mifruxa fuq sena skolastika. F’Ġunju ta’ din is-sena ġiet fit-tmiemha l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-program li kien offrut fi tliet kulleġġi, tnejn f’Malta (St. Thomas Moore taż-¯ejtun u ta’ Ħal Tarxien) u ieħor ġewwa Għawdex (Gozo College Middle School). Matul l-istess perijodu kien għaddej ukoll program ieħor għal tfal fi skejjel tal-Knisja, fejn studenti fil-livell primarju ingħataw sessjonijiet qosra kemm fil-coding kif ukoll f’ Robotics minn uffiċjali tal-istess Awtorità.
F’Diċembru 2016, l-MCA flimkien mad-Dipartiment tal-eLearning niedew ukoll inizjattiva nazzjonali li fiha ipparteċipaw, ‘l fuq minn erbgħin skola madwar Malta u Għawdex, li ipparteċipaw f’numru t’attivitajiet. F’dawn l-attivitajiet, kien hemm madwar 9000 studenti u edukaturi li ħadmu fuq il-prinċipji bażiċi tal-coding sabiex jipparteċipaw flimkien mal-kumplament tad-dinja, fl-Hour of Code inizzjattiva li l-għan tagħha huwa li tgħarraf dwar il-coding u tippromwovi l-opportunitajiet li ġġib magħha x-xjenza tal-kompjuter. Malta ġiet minn ta’ quddiem fid-dinja f’dik li hi parteċipazzjoni f’din l-attività.
L-MCA tieħu sehem ukoll b’ mod attiv biex tippromwovi il-coding f’numru ta’ inizjattivi u avvenimenti oħra li jsiru matul is-sena fosthom il-Code Week li issir f’Ottubru u il- Malta Robotics Olympiad li din is-sena saret f’ Marzu.
Waqt Skola Sajf din is-sena, ġew organizzati sensiela oħra ta’ sessjonijiet tal-coding li fijhom studenti qed jitħarrġu f’lingwi bażiċi tal-coding, bħal Scratch. Dawn saru b’ kollaborazzjoni bejn l-MCA u l-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Skejjel – ingaġġ ta’ staff fil-qasam ta’ appoġġ lill-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm staff addizzjonali ġie ingaġġat f’dawn l-aħħar ħames snin fil-qasam tal-appoġġ lill-istudenti fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm staff addizzjonali ġie ingaġġat f'dawn l-aħħar ħames snin fil-qasam tas-sapport lill-istudenti fl-iskejjel qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni b’diżabilità fis-suq tax-xogħol — statistika
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ persuni b’diżabilità fis-suq tax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ persuni b‘diżabilità li kienu qegħdin jaħdmu fl-aħħar ħames snin, hu kif se nsemmi:
Persuni b’diżabilit
à jaħdmu
2012
1,750
2013
1,877
2014
2,113
2015
2,466
2016
2,764
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għas-sena 2017 tinġabar fl-aħħar tas-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Żwiġijiet biċ-Ċivil f’dawn l-aħħar erba’ snin bejn:
a) Maltin;
b) Malti u barranija;
ċ) Maltija u barrani; u
d) barranin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hawn taħt jinsab it-tagħrif mitlub:
Żwiġijiet biċ-Ċivil
Koppji Maltin
Malti ma' Barranija
Maltija ma' Barrani
Barranin
2013
208
142
74
634
2014
208
151
70
793
2015
290
161
78
749
2016
287
158
88
913
01/01/2017 – 20/08/2017
165
92
59
536
Passaporti kkonsenjati lil Maltin minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu kkonsenjati passaporti ġodda u passaporti mġeddin lil ċittadini ta’ Malta minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta sena b’sena u pajjiż b’pajjiż bejn l-2011 u l-2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passaporti ma għadhomx aktar jiġġeddu iżda meta jiskadu, jinbidlu u jinħareġ dejjem passaport ġdid. Il-figuri għas-snin imsemmija huma kif ġej: fl-2011 ħarġu 2,963 passaport, fl-2012 ħarġu 3,078, fl-2013 ħarġu 3,422, fl-2014 ħarġu 3,866 u fl-2015 ħarġu 3,572 passaport. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza minn individwi ta’ nazzjonalità Ingliża
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ta’ persuni ta’ nazzjonalità Ingliża li applikaw għaċ-ċittadinanza f’dawn l-aħħar erba’ snin? X’wassal għal din iż-żieda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin kienet irreġistrata żieda fin-numru ta’ persuni illi japplikaw għaċ-ċittadinanza Maltija. Is-segwenti hija l-istatistika tal-Ingliżi illi applikaw għaċ-ċittadinanza Maltija mill-2013 sal-lum.
2013 – 203
2014 – 152
2015 – 198
2016 – 392
Jannar sa Lulju 2017 – 419
Matul is-sena li għaddiet, l-applikazzjonijiet tal-Ingliżi għaċ-ċittadinanza Maltija meta mqabblin mas-snin preċedenti irduppjaw, u dan in-numru kompla jiżdied matul is-sena kurrenti. Għalkemm l-applikanti ma jintalbux jagħtu r-raġuni għaliex ikunu qegħdin japplikaw għaċ-ċittadinanza Maltija, ninnutaw illi l-applikazzjonijiet żdiedu drastikament wara r-referendum tal-Brexit.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħlitx fis-seħħ l-emenda fil-Liġi li tippermetti biex dawk il-persuni barranin li joffru kontribut siewi – fosthom xjenzati, riċerkaturi, atleti, persuni fl-isports, artisti u persuni fil-qasam tal-kultura, japplikaw għaċ-Ċittadinanza Maltija? Jekk le, f’liema stadju waslet din il-proposta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Att XXIV tal-2017 li jemenda l-Att dwar ic-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) – artiklu 10(9)(c) - sabiex ikun possibbli li persuna li tkun wettqet servizzi eċċezzjonali ghar-Repubblika ta’ Malta jew lill-umanita, tingħata iċ-ċittadinanza Maltija jew li l-akkwist taċ-ċittadinanza hi ta’ interess eċċezzjonali għar-Repubblika ta’ Malta, ġie fis-sehh fl-1 ta’ Awwissu ta’ din is-sena. F’dan ir-rigward jehtieġ li jigu ppubblikati Regolamenti permezz ta’ Avviz Legali sabiex ikunu jistghu jigu implimentati il-provvedimenti ta’ dan l-Att. Ninforma lill-Onor Interpellant illi f’dan l-istadju qeghdin isiru l-ahhar preparamenti sabiex jidhlu fis-sehh dawn ir-regolamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assistiti klijenti mill-Business Care Unit fid-Dipartiment tal-Kummerċ bejn l-2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Life Sciences Park Malta – spazju meħud minn intrapriżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu spazji minn intrapriżi fil-Life Sciences Park Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 40 tenant ġewwa il-Life Sciences Park li jokkupaw 80% mill-Life Sciences Park u id-Digital Hub huwa mimli kollu.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif marret l-introduzzjoni tas-suġġett tal-Etika fis-sena skolastika li għaddiet u xi pjanijiet hemm għal quddiem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Matul is-snin li fihom ġie introdott is-suġġett tal-Etika, it-talba għalih żdiedet u din tista’ titqies bħala indikazzjoni li qiegħed jintlaqa’ tajjeb ħafna mill-kommunitajiet tal-iskejjel. Fil-fatt infirex f’aktar skejjel kif muri fit-tabella hawn taħt, li tispeċifika fejn qed jiġi offrut is-suġġett bħalissa u n-numru ta’ studenti li għażluh.
Kulleġġ
Skola Medja/Sekondarja
Primarja
Numru ta’
studenti
Għawdex
Skola Medja Victoria
Victoria
27
8
Maria Reġina
Sekondarja Mosta
Naxxar Medja
Mosta A
Mellieħa
San Pawl il-Baħar
60
21
25
245
San Benedittu
Medja Kirkop
Sekondarja Kirkop
B’Buġia
Safi
Żurrieq
8
20
6
6
7
Santa Klara
Skola Medja u Sekondarja
Pembroke
San Ġiljan
Sliema
Gżira
191
25
14
257
18
San Ġorġ Preca
Sekondarja Ħamrun
Medja Blata l-Bajda
23
10
San Injazju
Sekondarja Ħandaq
4
San Nikola
Skola Medja Rabat
Sekondarja Swatar l/o Dingli
Rabat
Dingli
12
9
Santa Tereża
Birkirkara
Lija
Msida
16
10
17
San Tumas More
Medja u Sekondarja Żejtun
55
Wara analiżi ta’ fejn tinstab l-akbar neċessità u fil-waqt li ġiet ikkunsidrata d-disponibiltà ta’ għalliema mħarrġa fis-suġġett, fis-sena skolastika 2017-2018 is-suġġett tal-Etika se jiddaħħal f’dawn l-iskejjel ukoll:
Kulleġġ Maria Reġina, Primarja Naxxar u Għargħur,
Kulleġġ Santa Klara, Primarja San Ġwann,
Kulleġġ Santa Tereża, Primarja Sta Venera u Skola B'Kara Medja
Kulleġġ San Tumas More, Primarja Wied il-Għajn,
National Sports School,
Kulleġġ San Injazju, Skola Ħandaq Medja.