Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega liema miżuri ttieħdu sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-membri tal-pubbliku, il-membri tal-istaff u l-membri tal-Ġudikatura, fid-dawl tal-fatt li qed ikun hemm diversi inċidenti fejn ta’ spiss qed jinstabu diversi individwi pożittivi għall-virus tal-COVID-19 fil-Qrati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kKmra kopja tal-linji gwida tas-Sovintendenza tas-Saħħa Pubblika dwar l-operat sikur tal-qrati tagħna li ġew komunikati fil-bidu ta’ Ġunju 2020 u li fuqhom tfasslu l-protokolli tat-tmexxija mill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati. Matul dawn l-erba’ xhur saru laqgħat ta’ kjarifika fuq punti u pariri tekniċi mas-Sovrintendenza, liema laqgħat kienu jinkludu il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Prim Imħallef, l-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati u l-Kamra tal-Avukati.
Wied il-Għajn — Torri ta’ San Tumas - Mużew tas-Sibi u Piraterija
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf dwar il-progress o meno fil-proġett tat-twettiq tal-Mużew tas-Sibi u Piraterija li suppost kellu jsir fit-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali, illi l-gwardjani tat-Torri huma Fondazzjoni Wirt Artna.
Ir-restawr, għal kemm għadu fil-fa¿i inizjali tiegħu, diġa beda skond il-permess PA3604/15, u qed ikun iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-I¿vilupp Reġjonali, flimkien ma’ fondi oħra mill-Awtorita Nazzjonali għat-Turi¿mu, u l-istess Fondazzjoni Wirt Artna.
Il-Fondazzjoni organizzat numru ta’ avvenimenti u open days fit-Torri ta’ San Tumas qabel faqqgħet il-pandemija. Dawn l-avvenimenti jgħinu biex l-NGO tiġġenera l-fondi li jiffinanzjaw l-operat tagħha ta’ restawr.
Il-Fondazzjoni Wirt Artna għandha taħt il-gwardja tagħha, diversi siti ta’ mportanza storika, fosthom Bieb is-Sultan, is-Saluting Battery u l-Forti Rinella. Dan il-portafoll ta’ suċċessi jserrħilna moħħna li, meta jkun lest, il-Mu¿ew tas-Sibi u Piraterija ser ikun addizzjoni importanti għall-patrimonju Malti.
Jista’ l-Ministru jgħarraf dwar jekk hemmx xi ħsieb o meno min-naħa ta’ Heritage Malta, sabiex jibda xi forma ta’ programm ta’ restawr ġewwa l-Forti Delimara u dan in vista tad-deġenerazzjoni rapida li qed tiffaċċja din il-Forti hekk important u ta’ valur storiku tant kbir?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati għal proġetti fil-qasam tal-għajnuna għan-negozji ta' daqs żgħar u medju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tal-għajnuna għan-negozji ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) permezz tal-programm ERDF Business Enhance, fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi x’intefaq f’issa f’dan il-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati għal proġetti fil-qasam tat-taħriġ għall-ħaddiema u l-ħolqien tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tat-taħriġ għall-ħaddiema u l-ħolqien tax-xogħol, fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti ewlenin li ibbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus ri-allokati għal infieq urġenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li l-Kummissjoni Ewropeja ippermettiet lill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej biex jigu ri-allokati fuq infieq urġenti konness mal-miżuri meħuda minħabba l-Pandemija Covid-19. Jista’ l-Ministru jgħarraf ukoll lil din il-Kamra fuq liema oqsma l-aktar li ġew minfuqa dawn il-fondi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
ħaddiema mgħejuna bil-Wage supplement minħabba Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati li fl-aħħar ta’ Settembru 2020 kienu għadhom qed jiġu mgħejjuna jibqgħu fl-impjieg tagħhom permezz tal-wage supplement mogħti mill-Gvern minħabba l-pandemija Covid-19?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tinghata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ kumpaniji u negozji li fl-aħħar ta’ Settembru 2020 kienu qed jirċievu xi forma ta’ għajnuna mill-Gvern minħabba l-Pandemija Covid-19 u taħt liema forom differenti kienet qed tingħata din l-għajnuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tinghata f’xi seduta oħra.
Iż-Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - tarmak
Question
Jista Ministru jgħid meta sar l-aħħar wiċċ bit-tarmak ta' Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed inwettquh b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq. Triq il-President Anton Buttigieg hija fost it-toroq lokali li Infrastructure Malta inkludiet fl-ewwel listi ta’ toroq li jeħtieġ jinbnew mill-ġdid mill-aktar fis. Fil-fatt, diġa intgħa¿lu l-kuntratturi li se jibnu din it-triq mill-ġdid, b’bankini ġodda, servizzi ġodda tad-distribuzzjoni taħt l-art u ħafna titjib ieħor fl-aħjar interess tar-residenti u l-komunità kummerċjali f’din it-triq, kif ukoll ta’ dawk kollha li jgħaddu minnha ta’ kuljum b’mezzi differenti. Filwaqt li bħalissa għaddejja bil-bini mill-ġdid t’aktar minn 50 triq residenzjali differenti madwar il-pajji¿, il-bini mill-ġdid ta’ Triq Anton Buttigieg huwa ppjanat li jkun fost l-ewwel xogħlijiet li se jsiru fl-ewwel xahrejn tas-sena d-dieħla.
Minn informazzjoni li għandna, jidher li l-aħħar xogħlijiet sostanzjali f’din it-triq saru lejn l-aħħar tas-snin 80 u l-bidu tas-snin 90. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, f’din it-triq saru biss xogħlijiet ta’ tiswijiet żgħar skont il-ħtieġa, sabiex jitneħħew perikli għall-pubbliku.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Iż-Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta jikkunsidra li jsir wiċċ ġdid bit-tarmak kif xieraq lit-Triq President Anton Buttigieg iż-Żejtun, hekk kif l-istat tat-triq huwa wieħed xejn tajjeb anzi perikoluż hekk kif is-sewwieqa jipprovaw jiskartaw il-ħofor li nħolqu bil-patching ħażin li sar u li l-eluf ta' sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq kuljum jipprovaw jevitaw sabiex ma jagħmlux ħsara lill-vetturi tagħhom sahansitra jaqsmu fuq il-lane l-oħra? Infakkar li din it-triq isservi lir-residenti taż-Żejtun, maġġoranza tar-residenti ta' Marsaskala, it-800 student tal-Kulleġġ St Thomas More u dawk li jqassmu x-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti infrastrutturali fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li bbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — fondi allokali għal proġetti fil-qasam edukattiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam edukattiv fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li bbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati għal proġetti fil-Qasam tas-Saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tas-saħħa fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li ibbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati fil-qasam tal-ħarsien tal-wirt storiku u l-patrimonju Malti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tal-ħarsien tal-wirt storiku u l-patrimonju Malti fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li ibbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.
Kunsilli Lokali – Proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9856, jista’ l-Ministru issa jagħtina risposta u jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kiem hemm matul is-snin imsemmija u liema kunsilli lokali ibbenefikaw minnhom u kemm flus ibbenefikaw?’
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi din l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13443, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni/familji li għamlu użu minn dawn is-servizzi is-sena l-oħra:
a. Terapija tal-Familja
b. Korsijiet dwar trobbija pożittiva
c. Korsijiet tal-Co-parenting?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul l-2019, l-Aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali offrew servizzi ta’ terapija, korsijiet ta’ trobbija pożittiva hekk kif indikat hawn taħt:
Is-Servizzi Psikoloġiċi fi ħdan l-Aġenzija Sedqa ħadmu ma’ 170 każ fejn ġiet offruta terapija tal-familja lill-individwi u familji li ppreżentaw problemi varji li kienu qed ixekkluhom fil-ħajja preżenti tagħhom. Is-servizz ukoll iffaċilita’ 10 gruppi ta’ Trobbija Pożittiva fejn 196 ġenitur jew persuni oħra nvoluti fit-trobbija tat-tfal attendew il-kors ta’ ħames ġimgħat b’suċċess.
Dawn il-korsijiet saru fi skejjel tal-gvern, indipendenti u tal-knisja, fil-komunita’, f’Ghawdex u kif ukoll fi djar residenzjali u mas-soċji tal-Mużew tal-Bniet.
Barra minn hekk, is-Servizz ukoll iffaċilita’ b’success 4 gruppi ta’ co-parenting ta’ 7 ġimgħat kull wieħed għal ġenituri li sseparaw jew kienu għaddejjin minn separazzjoni. Sar screening lil 49 ġenitur li għamlu talba għas-servizz u minn dawn 30 ġenitur temmew il-kors b’success.
Il-Home Based Therapy Services (HBTS) tal-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità, joffru servizzi ta’ Psikoterapija, Terapija tal-Familja, u Counselling. Dawn is-servizzi huma offruti kemm lill-individwi kif ukoll lill-familji fid-djar rispettivi tagħhom jew inkella fil-komunita’. L-għan tas-servizz huwa li jiġu ppreservati il-familji (family preservation) fejn hemm ulied taħt it tmintax-il sena, li tissaħħaħ il-familja biex jiġu żgurati il-benessere u s-sigurtà tat-tfal u li l-ġenituri jew gwardjani jsibu l-appoġġ sabiex jikkonsolidaw ir-relazzjonijiet mal-ulied. Fl-2019, l-HBTS ħadmu ma’ 277 każ fejn giet offruta terapija tal-familja. Minn dawn il-każijiet ibbenifikaw 701 individwu *.
Il-Programm tal-‘Incredible Years’, li hu programm għall-ġenituri u l-ulied, li jaħdem abbażi ta’ evidenza u li huwa l-programm indikat fil-policy għat-Trobbija Pożittiva, fil-prevenzjoni u t-trattament ta’ mġieba problematika fit-tfal u difikultajiet fit-trobbija. Fis-sena 2019 l-Incredible Years ħadem ma’ 104 każ u ma 103 individwu *. Dan il-programm jingħata fi gruppi kif ukoll fid-djar tal-familiji rispettivi.
*Dan in-numru jeskludi każijiet ta’ individwu/i li reġgħu infetħu tul l-istess sena u meta każ jiġi referut pero’ għal raġunijiet varji ma jkunx infetaħ, għaldaqstant ma sarx programm ma’ l-individwu/i.
Aktar informazzjoni fuq l-istatistika ndikata hawn fuq jinstab fis-sit elettroniku tal-Fondazzjoni Għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, permezz ta’ din il-ħolqa hawn taħt:
https://fsws.gov.mt/en/fsws/Documents/FSWS%20Publications/ACTS%20Yearly%20statistical%20report%202019%20(online%20version).pdf
Minn naħa tal-Aġenzija Sapport, ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Aġenzija toffri workshops u ttella gruppi ta’ sostenn immirati għal ġenituri ta’ tfal b’diżabilità u lill-aħwa adulti. Matul l-2019 kien hemm 20 ġenitur u 15 aħwa adulti li attendew għal dawn is-sessjonijiet.
Minbarra din l-ħidma mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u l-Aġenzija Sapport, ngħarraf lill-Onor Interpellant li , l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali qed iwassal kampanja dwar trobbija pożittiva, immexxija mill-Positive Parenting Taskforce. Din il-kampanja ta’ għarfien tinkludi interventi fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju, kif ukoll informazzjoni fuq il-pjattaforma online, kemm permezz ta’ sit uffiċjali kif ukoll permezz ta’ paġna ta’ Facebook; liema siti soċjali qed ikunu segwiti minn terapista professjonali.
Jista’ l-Ministru jindika dettalji dwar il-lista ta’ stennija għas-servizzi kollha mogħtija mill-Aġenzija Sapport?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-lista ta’ stennija tass-servizzi tal-Aġenzija Sapport hija kif elenkat fit-tabella t’hawn taħt:
Servizz
Lista ta’ Stennija
Sharing Lives
0
People Assistance Schemes:
Empowerment Scheme
Eżenzjoni mill-ħlas tal-Liċenzja tat-Triqtal-Vetturi
Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni fuq Vetturi
7
Independent Community Living Monitoring Service (ICLM):
Direct Payment
Independent Community Living
Personal Assistance Fund
29
Servizzi fil-Komunità
48
Servizzi ta’ Matul il-Jum
99
Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC)
113
Servizz ta’ Assessjar u Interventi ta’ Ħidma Soċjali
221
Servizzi Residenzjali / NGOs
283
ACTU
151
Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali
0
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, persuna tista’ tkun qed tapplika għal aktar aktar minn servizz wieħed fl-istess ħin u għalhekk l-istess persuna jista’ jagħti l-kas li tkun qiegħda f’lista differenti ta’ stennija, skont is-servizz/i li tkun applikat għalih/għalihom.
Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilita’: Użu ta’ lift
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12218, jista’ l-Ministru jwieġeb issa din il-mistoqsija dwar jekk id-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilita’ kollha għandhomx lift sabiex ir-residenti jkollhom aċċessibiltà biex joħorġu fil-komunità?’
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, 5 mid-Djar Residenzjali operati mill-Aġenzija Sapport għandhom lift. Oħrajn huma fuq pjan wieħed jew m’għandhomx lift. Meta jsir l-assessjar tal-persuni b’diżabilità qabel ma jmorru jgħixu f’dawn id-djar, jiġi stabbilit xi bżonnijiet għandhom sabiex ikunu akkomodati f’dar li tilħaq il-bżonnijiet kollha tagħhom. Il-persuni b’diżabilità kollha li jgħixu fir-residenzi mmexxija mill-Aġenzija Sapport jistgħu joħorġu fil-komunità bla xkiel. Kull dar għandha l-faċilitatjiet kollha neċessarji aċċessibbli għall-użu tal-persuni b’diżabilità li jgħixu fihom.
Dan minbarra li l-binjiet tal-Aġenzija huma kollha aċċessibbli skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Dan jgħodd għar-residenzi, ċentri ta’ matul il-jum kif ukoll uffiċini tal-Aġenzija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx bħalissa persuni fil-lista ta’ stennija biex jiġu megħjuna minn psikologu jew assistent psikologu fil-Mental Health Community Services? Ġeneralment kemm idumu dawn il-persuni jistennew sabiex jiġu moqdija minn dawn il-professjonisti?’
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-qasam tal-Mental Health Community Services għall-adulti ma hemmx lista ta' stennija biex wieħed jirċievi s-servizz ta' psikologu jew assistent psikologu. Ġeneralment il-persuni jingħataw appuntament fi żmien ġimgħa wara li l-psikologu jew assistent psikologu jirċievi r-referral u mbagħad ikollhom l-ewwel laqgħa ma' dawn il-professjonosti fi żmien ġimgħatejn.
Jista’ l-Ministru jindika kemm saru toroq minn Infrastructure Malta lill-Kunsilli Lokali fl-irħula u bliet? Kif dan jikkumpara maż-żmien preċedenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.