Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett Disability Hub

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-Proġett Disability Hub u fejn wieħed għandu jmur sabiex jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal-liema Proġett ta’ Disability Hub qed jirreferi.
Leg 13 PQ #20965 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Carers barranin fid-djar Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hawn persuni ta’ nazzjonalità barranija li qed jaħdmu bħala carers f’pajjiżna? Minn liema nazzjonalità barranija ġejjin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minbarra l-1,997 Maltin u Għawdxin li qed jaħdmu bħala care worker (working with disabled in homes or hospitals), care worker personal (home-based) u care worker personal (institution-based) f’pajjizna sal-aħħar ta' Ottubru 2020, is-settur jimpjega wkoll numru ta’ barranin minn diversi pajjizi, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta' Counselling

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm koppji miżżewġin jew f'unjoni ċivili li qed jużaw is-servizzi ta' counseling f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: SENA MIŻŻEWĠIN KO-ABITANTI 2019 112 il-persuna li attendew għar rashom u mhux mar-raġel / mara. 8 persuni li attendew mingħajr is-sieħeb / sieħba. 2019 - 2 persuni li attendew bħal koppja (1) waħda. 2020 156 il-persuna li attendew għar rashom u mhux mar-raġel / mara. 21 persuna li attendew mingħajr is-sieħeb / sieħba. 2020 72 persuna miżżewgin li attendew bħala 36 koppja. 4 persuni li attendw bħala żewġ (2) koppji.

Kunsilli Lokali — Korsijiet ta' Taħriġ lill-kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux korsijiet ta' taħriġ lill-kunsilliera lokali f'dawn l-aħħar tliet snin? Jekk iva, x'kienu t-temi ta' kull kors? X'kienet l-attendenza ta' kull kors ta' taħriġ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minkejja li mhux ir-remit tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li tagħti taħriġ lill-Kunsilliera, f’Settembru 2019 ġie organizzat seminar ta’ ġurnata għall-Kunsillieri Lokali mid-Diviżjoni, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali, u l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar ‘Good Governance and Finance’. Għal dan is-seminar kien hemm ukoll kelliema miċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy (CIPFA) mir-Renju Unit. Għal dan is-seminar kien hemm 169 parteċipant.

Każijiet ta' Abbuż fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati każijiet ta' abbuż fuq l-anzjani lill-pulizija fis-snin 2019 u 2020? X'tip ta' rapporti ġew irrapurtati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li reati kriminali, u n-natura tagħhom, fuq anzjani (60 sena ‘l fuq) huma skont hawn taħt. Tip ta’ rapport 2019 2020 Feriti fuq il-persuni 82 78 Vjolenza domestika 145 183 Serq b’armi 4 4 Mugging 8 4 Snatch and grab 23 11 Total 262 280
Leg 13 PQ #20513 Sitting 449 2021-04-19 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Persuni b'Diżabilità fis-settur pubbliku

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18530, jista' l-Ministru jindika fejn qegħdin jaħdmu l-1,239 persuna b'diżabilità fis-settur pubbliku

Response (CARUANA, CLYDE)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija 18530, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li l-persuni inkwistjoni huma mferrxin fid-diversi dipartimenti u entitajiet tas-Servizz Pubbliku. Mhux ġust li jingħata t-tagħrif speċifiku kif qed jiġi mitlub.

Testijiet tad-demm lill-anzjani u persuni b'diżabilità fi djarhom

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru testijiet tad-demm għall-anzjani u l-persuni b’diżabilità li jgħixu fid-djarhom u li minħabba xi problem ta’ saħħa ma jkunux jistgħu joħorġu minn darhom f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Carers għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx lista ta’ carers li jieħdu ħsieb persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità? Jek iva, qegħdin jingħataw korsijiet ta’ taħriġ biex iwettqu x-xogħol tagħhom b’mod sodisfaċenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għandna careworkers li jassistu professjonisti li jaħdmu ma' persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-kommunita’. Dawn il-careworkers jaħdmu taħt superviżjoni. Apparti minn hekk, b’mod regolari dawn il-careworkers jiġu mistiedna u jkollhom opportunitajiet biex jattendu sessjonijiet ta’ Continuous Professional Development (CPD) kull xahar, u jattendu seminars u konferenzi, flimkien ma’ professjonisti oħra. Bħala taħriġ, il-carewokers għandhom induction training minn professjonisti meta dawn jibdew jaħdmu fil-komunita', numru ta' careworkers ikollhom taħriġ biex imexxu sessjonijiet individwali, kif ukoll fi grupp, taħriġ u sessjonijiet ta' Telehealth waqt il-pandemija u dan l-aħħar attendew taħriġ ta' Mental Health First Aid offrut online mir-Richmond Foundation.

Każijiet ta' Abbuż sesswali fuq it-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sentenza tista’ tingħata mill-qrati f’każijiet ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal? Hemm il-ħsieb li jiġu introdotti livelli ta’ pieni ogħla sabiex jiġu protetti l-vittmi tfal?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onorevoli Interpellant japprezza illi l-mistoqsija in kwistjoni hija waħda relattivament vaga minħabba li hemm diversi forom ta’ abbuzi sesswali fuq tfal. Jekk wieħed jieħu r-reat ta’ korruzzjoni ta’ minorenni fl-inqas forma tiegħu, il-piena stabilita hija dik ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn tlett snin, jiġifieri tista tibda minn ġurnata priġunerija u togħla sa tlett snin. F’kaz illi reat hu wieħed ta’ stupru li hu ferm iktar gravi, il-piena tista tvarja bejn sebà snin u għoxrin sena f’każ li l-ġudikant iħoss li ċ-ċirkostanzi aggravanti marbuta mal-kaz għandhom iżiedu l-piena bi grad. Din tista wkoll tvarja għal bejn tmien snin u tletin sena jekk il-ġudikant iħoss li l-piena għandha tizdied b’żewġ gradi. Dwar jekk hemmx il-ħsieb li jiġu introdotti livelli ta’ pieni ogħla sabiex jiġu protetti l-vittmi tfal, nissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-ministeru konċernat. Żgur li jekk ikun hemm dibattitu f’dan is-sens l-entitajiet li huma parti mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jkunu jistgħu jikkontribwixxu fid-dawl tal-expertise li għandhom.

Kunsilli Lokali – Proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9856, jista’ l-Ministru jagħti risposta u jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm matul is-snin imsemmija u liema kunsilli lokali ibbenefikaw minnhom u kemm flus ibbenefikaw?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin imsemmija kien hemm 46 Kunsill Lokali li bbenefikaw minn 89 proġett relatati ma Fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-valur totali tal-proġetti huwa ta €15,935,830.21. €13,949,421.61 kienu ffinanzjati mill-imsemmijja fondi. Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Separazzjonijiet u divorzji

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13443, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni/familji li għamlu użu minn dawn is-servizzi s-sena l-oħra: a. Terapija tal-Familja; b. Korsijiet dwar trobbija pożittiva; u c. Korsijiet tal-Co-parenting?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija diġa’ġiet imwieġba. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 16662.

Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità: Użu ta’ lift

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12218, jista’ l-Ministru jwieġeb issa din il-mistoqsija dwar jekk id-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità kollha għandhomx lift sabiex ir-residenti jkollhom aċċessibiltà biex joħorġu fil-komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Mental Health Community Services

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bħalissa hemmx persuni fil-lista ta’ stennija biex jiġu megħjuna minn psikologu jew assistent psikologu fil-Mental Health Community Services? Ġeneralment dawn il-persuni kemm idumu jistennew sabiex jiġu moqdija minn dawn il-professjonisti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16665.

Iż-Żejtun – Hub tal-Posta fi Triq id-Duluri — trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħafna ilmenti li qed ikun hemm minn residenti ta’ Triq id-Duluri ġewwa ż-Żejtun in konnessjoni mal-hub tal-posta ġewwa din it-triq, peress li dawn l-ilmenti qed ikunu ta’ spiss u b’mod frekwenti minħabba l-istorbju li jirriżulta minħabba l-ħidma kontinwa u ma taqta’ xejn 24 siegħa kuljum li ssir ġewwa dan il-hub tal-Posta li hemm f’din it-triq? Filwaqt li wieħed jifhem in-neċessità li jkun hemm din l-attività kontinwa lejl u nhar minħabba n-natura tax-xogħol, wieħed ma għandux jinsa li din hija żona residenzjali u mhux industrijali u għaldaqstant l-interessi tar-residenti għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet min-naħa tal-awtoritajiet sabiex jibdew it-taħditiet mal-management tal-kumpanija li tmexxi s-servizzi postali f’Malta bl-iskop li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-problema? Jista’, permezz tal-awtoritajiet konċernti flimkien mal-management tal-kumpanija postali, jistudjaw u jesploraw il-possibilità u l-fiżibiltà li dan il-hub jiġi mmexxi għal xi żona industrijali li tinsab fil-viċin bħaż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun u ġaladarba jidher li diġà ġie deċiż li s-servizz tal-counter se jimxi għal pjazza ewlenija taż-Żejtun fejn qabel kien hemm il-fergħa tal-Mid-Med Bank?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat.

Iż-Żejtun – Hub tal-Posta fi Triq id-Duluri — trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħafna ilmenti li qed ikun hemm minn residenti ta’ Triq id-Duluri ġewwa ż-Żejtun in konnessjoni mal-hub tal-posta ġewwa din it-triq, peress li dawn l-ilmenti qed ikunu ta’ spiss u b’mod frekwenti minħabba l-istorbju li jirriżulta minħabba l-ħidma kontinwa u ma taqta’ xejn 24 siegħa kuljum li ssir ġewwa dan il-hub tal-Posta li hemm f’din it-triq? Filwaqt li wieħed jifhem in-neċessità li jkun hemm din l-attività kontinwa lejl u nhar minħabba n-natura tax-xogħol, wieħed ma għandux jinsa li din hija żona residenzjali u mhux industrijali u għaldaqstant l-interessi tar-residenti għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet min-naħa tal-awtoritajiet sabiex jibdew it-taħditiet mal-management tal-kumpanija li tmexxi s-servizzi postali f’Malta bl-iskop li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-problema? Jista’, permezz tal-awtoritajiet konċernati flimkien mal-management tal-kumpanija postali jistudjaw u jesploraw il-possibilità u l-fiżibiltà li dan il-hub jiġi mmexxi għal xi żona industrijali li tinsab fil-viċin bħaż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun u ġaladarba jidher li diġà ġie deċiż li s-servizz tal-counter se jimxi għal pjazza ewlenija taż-Żejtun fejn qabel kien hemm il-fergħa tal-Mid-Med Bank?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Iż-Żejtun – Hub tal-Posta fi Triq id-Duluri — trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħafna ilmenti li qed ikun hemm minn residenti ta’ Triq id-Duluri ġewwa ż-Żejtun in konnessjoni mal-hub tal-posta ġewwa din it-triq, peress li dawn l-ilmenti qed ikunu ta’ spiss u b’mod frekwenti minħabba l-istorbju li jirriżulta minħabba l-ħidma kontinwa u ma taqta’ xejn 24 siegħa kuljum li ssir ġewwa dan il-hub tal-Posta li hemm f’din it-triq? Filwaqt li wieħed jifhem in-neċessità li jkun hemm din l-attività kontinwa lejl u nhar minħabba n-natura tax-xogħol, wieħed ma għandux jinsa li din hija żona residenzjali u mhux industrijali u għaldaqstant l-interessi tar-residenti għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet min-naħa tal-awtoritajiet sabiex jibdew it-taħditiet mal-management tal-kumpanija li tmexxi s-servizzi postali f’Malta bl-iskop li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-problema? Jista’, permezz tal-awtoritajiet konċernati flimkien mal-management tal-kumpanija postali jistudjaw u jesploraw il-possibilità u l-fiżibiltà li dan il-hub jiġi mmexxi għal xi żona industrijali li tinsab fil-viċin bħaż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun u ġaladarba jidher li diġà ġie deċiż li s-servizz tal-counter se jimxi għal pjazza ewlenija taż-Żejtun fejn qabel kien hemm il-fergħa tal-Mid-Med Bank?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Birżebbuġa – Fortizza ta’ Bengħajsa — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-Awtoritajiet għandhomx ippjanat li jieħdu lura f’idejhom il-pussess tal-Fortizza ta’ Bengħajsa ġewwa Birżebbuġa u jibdew jieħdu ħsieb u jirrestawraw din il-binja militari tal-perjodu tal-Imperu Ingliż hekk importanti u dan peress li din hija binja militari u rridu li nippreservawha u nipproteġġuha għall-ġenerazzjoni futuri?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Tas-Silġ – Fortizza — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-Awtoritajiet għandhomx ippjanati li jagħmlu xogħol ta’ restawr u manutenzjoni fuq il-ħitan ta’ barra u s-swar tal-fortizza ta’ Tas-Silġ li hemm ġewwa ż-żona ta’ Tas-Silġ ġewwa Delimara, Marsaxlokk? Peress li hu ovvju li l-NGO li hemm tokkupa dan il-post bħalissa, li xogħolha hu li tieħu ħsieb u tikkura l-annimali, ma għandix il-finanzi u r-riżorsi sabiex tara li dawn ix-xogħlijiet ta’ tiswijiet u restawr taħt meħtieġ isiru, għaldaqsant jista’ jara li l-Awtoritajiet konċernati jaraw li jieħdu ħsieb li dawn it-tiswijiet u dan ix-xogħol ta’ restawr isir mill-aktar fis possibbli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Qrati – persuni bil-COVID-19 — miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jispjega liema miżuri ttieħdu sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-membri tal-pubbliku, il-membri tal-istaff u l-membri tal-Ġudikatura, fid-dawl tal-fatt li qed ikun hemm diversi inċidenti fejn ta’ spiss qed jinstabu diversi individwi pożittivi għall-virus tal-COVID-19 fil-Qrati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor Membru Parlamentari ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li ma naqbilx li hija xi ħaġa frekwenti li jinstabu persuni bil- Covid 19, fir-rigward tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati ħadet dawn il-mizuri: · Moniteraġġ tat-temperatura korporja lil kull min jidħol fil-Qorti; · Użu ta’ maskri/ viżors fil-bini tal-Qorti; · Distribuzzjoni ta’ hand sanitizer fil-bini tal-Qorti (70% alcohol); · Miżuri ta’ distanza soċjali fil-bini tal-Qorti u tabelli mal-binja kollha tal-Qorti li jfakkru l-imjegati u lill-pubbliku li jridu jżommu d-distanzi ta' żewġt metri; · Iffumigar regolari tal-bini tal-Qorti; · Ġiet allokati arja separata ġol-Qorti fejn isiru il-ġuramenti mill-pubbliku bl-għajnuna tal-Prokuraturi Legali u din saret b'skop li nqassqu l-influss tan-nies fir-Reġistru tal-Qorti; · Bi qbil mal-membri tal-Ġudikatura, mal-Kamra tal-Avukati u anke mal-Kamra tal-Prokuraturi Legali, il-kawzi qed jiġu kollha skedati bil-ħin, biex ma jkunx hemm massa ta’ nies li jidħlu l-Qorti fl-istess ħin u l-ammont ta nies fil-bini jkun mqassam aħjar matul il-ħin tal-ġurnata. · Is-seduti tad-Distretti/Sommarji li huma dawk li l-aktar jiġbdu nies lejn il-Qorti qed jiġu skedati f’ħinijiet differenti u ma jkunx hemm aktar minn seduta waħda filgħodu u mhux aktar minn tnejn wara nofs in-nhar f’jum wieħed; · Il-pubbliku jitħalla jidhol fil-bini tal-Qorti sa mhux aktar minn kwarta qabel il-ħin tas-seduta; · Żdiedu r-riżorsi ( equipment u nies) fl-entratura prinċipali tal-Qorti biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija waqt il-dħul fil-Qorti filwaqt li nissalvagwardjaw is-sigurta`; · Ġie nstallat il-Perspex fir-Reġistri kollha tal-Qorti u kif ukoll fl-Awli u mal-pedani tax-xhieda; · Isir sanitizzar fl-Awli bejn każ u ieħor, flimkien ma, sanitizzar regolari ta’ kull oġġett li jista’ juża jew imiss persuna; · Titjieb bis-sistema ta’ ventilazzjoni ġewwa il-Qorti permezz ta’ mezzi disponibbli eżempju; ftuħ ta’bibien u twieqi u ventilazzjoni li tiċċirkola aktar meta ikun hemm użu ta’ ACs; · żdied walk through fis- security system biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija; · żdied l-ammont ta’ personnel tas- security biex jiġi rrispettat is-distanza soċjali; · Ġiet introdotta information desk li fiha il-pubbliku jiġi iċċekjat fuq ħinijiet qabel jidħol il-Qorti; · Ġiet żvilluppata sistema ta’ moniteraġġ biex is-seduti jiġu kkordinati bħala ħinijiet; · Issir ronda mis- security biex jiġi assigurat li tinżamm id-distanza soċjali; · Moniteraġġ fuq l-ammont ta’ nies li jidħlu fir-Reġistri biex tinżamm id-distanza soċjali; · M’għandhomx jintlibsu t-togi mill-Avukati fl-Awli; · Fil-kawżi Ċivili l-partijiet ma għandhomx jattendu l-Qorti jekk m’hemmx bżonn il-presenza tagħhom waqt is-smiegħ tal-kawża għalhekk għandhom jivverifikaw dan mal-Avukati tagħhom qabel id-data tas-seduta; · Fil-kawzi Ċivili partijiet li jkollhom il-kawża għad-deċizzjoni mhumiex meħtieġa jattendu l-Qorti filwaqt li d-deċizzjonijiet ser jittellaw onlajn fuq is-sistema tal-Qorti immedjatament li jingħataw; · Fejn hu possibbli l-impjegati jaħdmu “remotely”. · Numru ta’ Awli ġew attrezzati b’teknologija biex fejn hu possibli jsiru seduti virtwali. · Saru laqgħat mal-Kamra tal-Avukati u mal-Kamra tal-Prokuraturi Legali ħalli kemm jista jkun l-atti jiġu preżentati onlajn; · Sa fejn hu possibli l-Uffiċjali tal-Aġenzija m’għandhomx imorru fiżikament f’sezzjoni differenti u jużaw kemm jista jkun il-mezz tat-telefon.