Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali – Involviment tal-Anzjani fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jindika dawk il-Kunsilli Lokali li fil-preżent qed jinvolvu lill-anzjani tal-lokalità tagħhom biex jipparteċipaw aktar għall-benefiċċju tar-residenti fejn joqogħdu? Kif qegħdin il-Kunsilli Lokali jinvolvuhom l-anzjani?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li peress li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li tali informazzjoni tingħata mill-Kunsilli Lokali rispettivi, din l-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.

Is-Servizz Bronja

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk is-Servizz bl-isem ta’ Bronja għadux jingħata lill-anzjani sabiex ma jħossuhomx waħedhom? Jekk iva, kemm hemm volontiera li jċemplu regolarment lil dawn l-anzjani kuljum? Kif tista’ persuna anzjana tagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Respite — Servizz għall-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani li qegħdin joffru s-servizz ta’ Respite? Fiex jikkonsisti dan is-servizz u jekk dan is-servizz huwiex bi ħlas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Djar Residenzjali tal-Anzjani fejn bħalissa hemm klijenti li qed jiġu offruti s-servizz ta’ Respite huma St.Thomas Community Living, Casa Leone, Residenza San Ġużepp u Dar l-Annunzjata. Dan is-servizz jagħti sapport u mistrieħ lil min ikun qed jieħu ħsieb anzjani dipendenti fil-komunità. Dan is-servizz jikkonsisti fi dħul ġo Dar Residenzjali għal perjodu ta’ tlett ġimgħat. Is-servizz jista’ jingħata sa tliet darbiet kull sena u huwa bla ħlas. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed tinkludi sodod għas-servizz ta’ Respite ma’ kull ftehim ta’ xiri ta’ sodod li jsir ġdid. B’hekk jekk ikun hemm bżonn, ikunu jistgħu jintużaw għal dan is-servizz. L-informazzjoni tar-residenzi kollha li magħhom sar dan il-ftehim ser jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

inċidenti fatali

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijaijiet ta’ inċidenti fatali matul 2018 sad-data li fiha tkun mwieġba din il-mistoqsija fejn il-Pulizija innotaw li l-vittmi mietu minħabba li ma kienux lebsin is-seat belt’

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ mwiet li seħħew konsegwenza ta’ nċidenti tat-traffiku fatali mis-sena 2018 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2021, kien ta’wieħed u ħamsin (51), kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Infurmat illi mir-records tal-pulizija ma jirrizultax kemm min dawn il-vittmi mietu minħabba li ma kienux lebsin is-seat belt. Informazzjoni dwar il-konsegwenza ta’ mwiet f’incidenti fatali, tkun fil-konkluzzjonijiet ta’ nkjesti Maġisterjali, relatati ma dawn il-każijiet. Sena Ammont ta’ persuni li mietu f’incidenti fatali 2018 18 2019 16 2020 12 2021 (sa Ottubru) 5 Total 51

Benefiċċji Soċjali — abbużi

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm instabu każijiet ta’ abbuż minn benefiċċji soċjali s-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Family Resource Centres — professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm professjonisti (u xi professjoni jħaddnu) li huma impjegati fil-Family Resource Centres sabiex jgħinu l-klijenti li jżuru dawn iċ-Ċentri? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu mis-servizz tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Family Resources Centres, li issa ħadu l-isem ta’ Ċentri tal-Familja fil-Komunità, hemm impjegati total ta’ 52 professjonist/a li huma mqassma hekk kif indikat fit-tabella hawn taħt. Lokalità Ħaddiema Soċjali Social Welfare Professionals Valletta 5 2 Birgu 3 5 Sta Lucija 0 1 Xgħajra 3 2 Zejtun PFI 2 0 Kirkop 0 4 Marsaskala 0 1 Qormi 1 3 Qawra 7 4 Mosta 3 0 Imsida 4 2 Hemm ukoll 36 professjonisti addizjonali li joffru servizzi terapewtiċi mal-familja u trobbija tal-ulied lil familiji referuti minn dawn iċ-centri. Dawn ġejjien mill-professjonijiet diversi hekk kif indikat hawn taħt: Family Therapists 5 Trainee Family Therapists 2 Psychotherapists 8 Trainee Psychotherapists 3 Counsellors 7 Parenting Coaches 11 Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ servizz tal-komunita’ jista’ jasal wasla sa’ l-eqreb Ċentru tal-Familja fil-Komunità.

Support Line 179

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu n-numru totali ta’ telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 imqassma skont il-problema ppreżentata matul is-sena l-oħra?’

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. GENUINE CALLS TO SUPPORT LINE 179 in 2020. PRESENTING PROBLEM Number Abuse of an adult 42 Abuse of elderly persons 69 Adoption related 4 Aggressive\violent behavior 85 Alcohol 91 Bereavement 50 Bullying 32 Care of significant others 6 Child abuse – at risk 151 Child abuse – emotional 72 Child abuse – neglect 160 Child abuse – physical 105 Child abuse – sexual 15 Child abuse - internet - Child access 63 Child care 41 Communication issues in romantic relationship 13 Crime (adult) 10 Cyber-bullying 34 Delinquency (youth) 13 Disability related issues 57 Divorce 4 Domestic violence – at risk 208 Domestic violence – emotional 439 Domestic violence – financial 17 Domestic violence – neglect 4 Domestic violence – physical 353 Domestic violence – sexual 8 Drugs (prescription medication) 11 Drugs (illicit substances) 182 Eating disorder 4 Elderly needs 477 Employment problems 38 Financial problems 90 Foster placement 21 Gambling 22 Harassment 20 Homeless 645 Housing problems 54 Illegal content 10 Infidelity in romantic relationship 7 Information - internet 24 Information - services 463 Language or cultural barriers 2 Legal issues 189 Listening 1098 Loneliness 2626 Marital separation 176 Mental health 1505 Non-person directed behaviours 50 Oppositional defiant disorder 0 Parent child attachment issues 134 Parenting skills 24 Personal hygiene issues 1 Physical health 106 Pregnancy related issues 11 Relationship problems 5 with reconstituted family Relationship problem 56 with extended family Relationship problem 476 with nuclear family Residential care 34 Romantic relationship conflicts 216 Running away 21 School related problems 13 Self-injury behaviours 89 Sexting 1 Sexual assault/rape 6 Sexuality related issues 17 Social security benefits issues 68 Stereotyped behaviours 0 Technology addiction 3 Undocumented migration issues 2 Unemployment 17 Usury 15 Unspecified behavioural problems - Other 2722 None specified 9 Grand Total 13906

Awtorità tad-Djar — sheltered housing

Question

‘Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex proġetti bħal sheltered housing sabiex jgħinu lill-anzjani fil-komunità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha proġett ta’ Intergenarational Living ġewwa Triq il-Punent, Valletta. Dan qed isir b’kallobarazzjoni mas-Selesjani ta’ Dun Gwann Bosco. Il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ l-anzjani wasal fl-aħħar stadju.

Kummissjoni Nazzjonali Familja

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Familja għadux jiffunzjona? Jekk iva, x’inhu l-irwol tiegħu? Min huma l-membri ta’ din il-Kummissjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Kummissjoni imsemmija ma taqax taħt il-portofall tal-Ministeru tiegħi. Madanakollu, il-Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Dritijiet tat-Tfal għandu taħt ir-responsabilita’ tiegħu l-Kumitat għat-Tisħiħ tal-Familja, bl-irwol primarju tiegħu ikun li jagħti pariri dwar il-politika tal-familja.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewetiċi u fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jindika xi proġetti/inizjattivi twettqu mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità minn mindu twaqqfet sal-ġurnata li tkun imwieġba din il-mistoqsija sabiex jiġu megħjuna persuni vulnerabbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-isfond tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali (2014-2024), l-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità (ACTS) fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandha bħala għan ewlieni l-ħidma multi-dixxiplinarja fil-kommunità favur tisħiħ ta’ żvilupp soċjali ħolistiku. L-Aġenzija għandha numru ta’ Ċentri għall-Familji fil-Komunità madwar Malta, speċifikament fil-Qawra, fil-Mosta, fl-Imsida, fil-Belt Valletta, fil-Birgu, f’Sta Luċija, f’Ħal-Qormi, f’Ħal-Kirkop u f’Marsaskala*. F’Għawdex, hemm ċentri simili fix-Xewkija, Ir-Rabat u Marsalforn. Minn dawn iċ-ċentri, l-aġenzija toffri is-servizz ta’ social work u social mentoring li huma mibnija fuq il-prinċipji ta’ żvilupp tal-komunità. Hemm ukoll numru ta’ outposts fejn professjonisti jiltaqgħu mall-membri tal-komunità, darba f’ġimgħa bħall-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Ħal-Safi u Birkirkara. Permezz ta’ din il-ħidma, is-servizzi jistinkaw biex jintlaħaq l-għan prinċipali li l-familji u komunitajiet ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar mibnija fuq is-sisien ta’ żvilupp soċjali sostenibbli. Il-qofol tal-ħidma soċjali fil-komunità jintlaħaq billi jiġu indirizzati problemi soċjali li jkunu qed itaqqlu l-ħajja ta’ tfal, familji u individwi oħra fil-komunità. Is-servizzi huma mibnija fuq filosofija iffukata fuq il-klijent fil-kuntest tal-komunità li jgħix fiha. Għaldaqstant, minn kull ċentru issir ħidma favur tisħiħ tan-networks soċjali u billi jsir użu minn servizzi u riżorsi li jeżistu fil-komunità bħala mezz effettiv kif jinstabu soluzzjonijiet li jkunu addatati għall-kommunitajiet rispettivi. Permezz tal-community development work jinbnew ukoll partnerships mar-residenti u gruppi importanti għall-komunità filwaqt li jħaddnu u jixprunaw kull opportunità mibnija fuq ġustizzja soċjali, ugwaljanza u inklużjoni. Is-servizz ta’ ħarsien soċjali mill-professjonisti isir permezz ta’ pjan ta’ kura bi qbil bejn il-partijiet nvoluti. Dan iservi bħala pjan ċar ta’ x’inhu mistenni minn kulhadd filwaqt li jpoġġi miri speċifici ta’ fejn wieħed irid jasal hekk kif ikun indikat mill-eżerċizzju tal-assesjar. Il-pjan ta’ kura jkun iffirmat kemm mill-klijent u l-professjonisti, u jkun marbut b’data ta’ tlestija. Kopja tal-pjan tingħata lill-klijent. Is-servizzi tal-Aġenzija huma mibnija fuq perspettivi innovattivi u multi-dixxiplinarji. Fejn il-bżonnijiet jirrikjedu għajnuna speċjaliżżata, issir riferuta għas-servizz konċernat. Is-social workers u l-mentors jagħmlu żjarat fid-djar, jiltaqgħu ma’ professjonisti oħra relevanti għall-każ, kif ukoll jattendu għall-case conferences skont il-bżonn. Ikun hemm drabi fejn il-klijenti jiġu akkumpanjati għal xi visti li jkunu importanti bħal sptar jew laqgħat tal-iskola. Kull servizz huwa marbut ma’ kejl tal-eżitu sistematiku (outcome measrues) li jwassal għal evalwazzjoni ta’ kemm is-servizz qed ikun effettiv u relevanti għall-familja jew klijent partikolari, kif ukoll ikun indikattivi ta’ x’hemm bżonn issir ’il quddiem.

Assessjar ta’ familji vulnerabbli: It-Tielet Distrett

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21551, jista’ l-Ministru jindika x’tip ta’ għajnuniet ingħataw il-132 familja li ġew assessjati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bi tkomplija għat-tweġiba li għadni kif tajtu għall-Interpellanza preċedenti, jiġifieri Mistoqsija Numru 22003, il-familji li qed jirreferi għalihom, jirċievu programm ta’ għajnuna partikolari skont is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet partikolari ta’ kull familja. F’kelma waħda l-pjan ta’ kura (care plan) ikun imfassal skont il-ħtiġijiet ta’ kull familja hekk kif jirriżulta mill-assessment li jkun sar u l-outcome measures li jiġu maqbula għal kull familja.

Abbużi fiżiċi u sesswali fuq it-Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbużi fiżiċi u sesswali fuq it-tfal (Non Accidental Injuries) lill-pulizija f’dawn l-aħħar tliet snin? X’azzjonijiet ittieħdu kontra l-aggressuri u x’kienu s-sentenzi mogħtija f’kull każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fit-tabella hawn taħt jidhru in-numru ta’ rapporti fis-sistema elettronika tal-Pulizija dwar kazi li jinvolvu feriti fuq il-persuna u vjolenza domestika fejn persuni taħt it-18 il-sena rregistrati bħala vittmi fil-perjodu ndikat. Fir-rigward ta’ l-ewwel żewġ offiżi, għalkemm il-persuni minuri huma reġistrati bħala vittma fir-rapport, jista jagħti il-kaz illi l-imsemmi abbuż fiżiku jkun sar fuq terzi persuni oħra, li wkoll jistgħu jkunu mnizzla bħala vittma fl-istess rapport, liema rapport jista jinkludi iktar min vittma waħda. Dwar il-kazijiet ta’ offizi sesswali indikati fl-istess tabella dawn juru in-numru effettiv ta’ vittmi taħt it-18 il-sena. Rigward is-sentenzi li ingħataw nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Rapporti ta’ kazijiet li jinvolvu vittmi taħt it-18 il-sena Incident irrapurtat 2018 2019 2020 2021* Total Feriti fuq il-persuna 80 84 58 30 252 Vjolenza domestika 53 62 54 25 194 Offizi sesswali 25 22 30 18 95 Total 158 168 142 73 541 *sa Ġunju
Leg 13 PQ #22006 Sitting 487 2021-07-12 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Garanzija għaż-Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jindika s-servizzi mogħtija mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fejn qegħdin jingħataw dawn is-servizzi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li servizzi mogħtija bħala parti mill-Garanzija għaz-zgħazagħ huma: Ø NEET Activation Scheme II – 80 siegħa ta’ taħrig (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-parteċipant) flimkien ma’ 240 siegħa ta’ esperjenza ta’ xogħol jew kontinwazzjoni ta’ studju. L-parteċipanti jingħataw ukoll għajnuna ta’ mentoring u job coaching matul l-iskema. Wara l-esperjenza ta’ xogħol parteċipant jista wkoll jipparteċipa fl-iskema ta’ Traineeship u wara jipparteċipa fl-iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E). Ø ICT Courses – 60 siegħa ta’ taħrig fuq l-informatika fl-livelli differenti (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-parteċipant). Ø SEC Revision Classes (fis-sajf biss) – parteċipanti li japplikaw jingħataw 5 gimgħat ta’ klassijiet ta’ revizjoni bi preparazzjoni għar- resits (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-parteċipant). Ø MCAST Preventive Classes (fis-sajf biss) - student li japplikaw jingħataw 5 gimgħat ta’ klassijiet ta’ revizjoni bi preparazzjoni għar-resits marbutin mal-kors li jkunu qed jattendu fl-MCAST (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-istudent).

Incredible Years Programme – korsijiet għat-trobbija pożittiva

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew organizzati korsijiet ta’ trobbija pożittiva bbażat fuq il-programm Incredible Years Programme matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul dawn l-aħħar 3 snin ġew organizzati 11 - il kors ta’ trobbija pożittiva bbażat fuq il-programm Incredible Years Programme.

Manuals lill-ġenituri għat-trobbija ta’ uliedhom

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21094, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manuals li jingħataw lill-ġenituri sabiex ikollhom iktar għodod biex jgħinuhom fit-trobbija ta’ uliedhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

It-Tielet Distrett – familji vulnerabbli — assessjar

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jindika kemm sar assessjar ta’ familji vulnerabbli li joqogħdu fit-Tielet Distrett? X’għandhom jagħmlu dawk il-familji li jixtiequ l-għajnuna u li joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif ġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari 21329, l-għadd ta’ familji li ġew assessjati huwa ta’ 132. Kif diġa’ weġibt fit-tweġiba tiegħi għal mistoqsija numru 21328, min joqgħod f’ dawn il-lokalitajiet jista’ jirrikori: 1. M’Scala Area Office, Indirizz: 59, Sunset, Triq il-Kappara, Marsascala Numri tat-telefon : 21522372 jew 9904 3256 jew 2. HBTS South Indirizz: 126/128, Fgura Local Council, Hompesch Road, il-Fgura Numri tat-Telefon: 2334 5226 jew 9910 3453 inkella 9910 3884
Leg 13 PQ #21552 Sitting 470 2021-06-03 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skema 9 – pakkett tal-ikel lil studenti

Question

Tista’ l-Ministru tindika min huma dawk l-istudenti li jistgħu japplikaw sabiex jibdew jirċievu pakkett tal-ikel skont l-Iskema 9? X’għandhom jagħmlu l-ġenituri tagħhom biex dawn l-istudenti jibdew jirċievu dan is-servizz mingħajr ħlas?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġenituri tal-istudenti li huma eliġibbli għal Skema 9 m'għandhomx għalfejn japplikaw għax dawn jirċievu ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u l-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Servizz Star 25

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4978, tista’ l-Ministru tindika kemm hawn klijenti li qed jagħmu użu mis-servizz Star 25? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz tant importanti?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li fid-data ta’ din it-tweġiba, 29 persuna b’diżabilità huma reġistrati mas-servizz Star 25. Studenti li jattendu Resource Centres jistgħu jiġu referuti lejn dan is-servizz wara li jsir il-proċess tal-assessjar neċessarju. Familjari ta’ persuni b’diżabilità li jixtiequ jibdew jaċċessaw dan is-servizz jistgħu wkoll iċemplu fuq il-Helpline tal-Aġenzija Freephone 153 sabiex professjonisti jkunu jistgħu jagħmlu l-assessjar meħtieġ. Persuni li jkunu diġà qed jirċievu servizz ta’ matul il-jum mill-Aġenzija Sapport jistgħu wkoll jibdew jagħmlu użu mis-servizz ta’ Star 25 jekk il-bżonnijiet tagħhom jinbidlu u għaldaqstant ikun ġie deċiż li dan is-servizz ikun ta’ aktar benefiċċju. Il-proċeduri kollha msemmija hawn fuq isiru bi qbil mal-familji involuti.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – ċentri ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tindika jekk u meta se jinfetħu aktar Ċentri ta’ Matul il-Jum sabiex jiġu megħjuna aktar persuni b’diżabilità u min jieħu ħsiebhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Aġenzija Sapport għandha pjan li jiġu żviluppati u eventwalment jinfetħu żewġ (2) ċentri ta’ matul il-jum ġodda, wieħed f’Ħal Tarxien u ieħor f’Wied il-Għajn. Dan minbarra li fil-preżent l-Aġenzija tmexxi 11-il Ċentru f’Malta u Għawdex waqt li żewġ Ċentri oħra f’Malta jitmexxew bi qbil ma’ entitajiet oħra.