Kunsilli Lokali – Involviment tal-Anzjani fil-komunità
Question
Jista’ l-Ministru jindika dawk il-Kunsilli Lokali li fil-preżent qed jinvolvu lill-anzjani tal-lokalità tagħhom biex jipparteċipaw aktar għall-benefiċċju tar-residenti fejn joqogħdu? Kif qegħdin il-Kunsilli Lokali jinvolvuhom l-anzjani?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li peress li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li tali informazzjoni tingħata mill-Kunsilli Lokali rispettivi, din l-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika jekk is-Servizz bl-isem ta’ Bronja għadux jingħata lill-anzjani sabiex ma jħossuhomx waħedhom? Jekk iva, kemm hemm volontiera li jċemplu regolarment lil dawn l-anzjani kuljum? Kif tista’ persuna anzjana tagħmel użu minn dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani li qegħdin joffru s-servizz ta’ Respite? Fiex jikkonsisti dan is-servizz u jekk dan is-servizz huwiex bi ħlas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Djar Residenzjali tal-Anzjani fejn bħalissa hemm klijenti li qed jiġu offruti s-servizz ta’ Respite huma St.Thomas Community Living, Casa Leone, Residenza San Ġużepp u Dar l-Annunzjata. Dan is-servizz jagħti sapport u mistrieħ lil min ikun qed jieħu ħsieb anzjani dipendenti fil-komunità. Dan is-servizz jikkonsisti fi dħul ġo Dar Residenzjali għal perjodu ta’ tlett ġimgħat. Is-servizz jista’ jingħata sa tliet darbiet kull sena u huwa bla ħlas.
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed tinkludi sodod għas-servizz ta’ Respite ma’ kull ftehim ta’ xiri ta’ sodod li jsir ġdid. B’hekk jekk ikun hemm bżonn, ikunu jistgħu jintużaw għal dan is-servizz. L-informazzjoni tar-residenzi kollha li magħhom sar dan il-ftehim ser jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijaijiet ta’ inċidenti fatali matul 2018 sad-data li fiha tkun mwieġba din il-mistoqsija fejn il-Pulizija innotaw li l-vittmi mietu minħabba li ma kienux lebsin is-seat belt’
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ammont ta’ mwiet li seħħew konsegwenza ta’ nċidenti tat-traffiku fatali mis-sena 2018 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2021, kien ta’wieħed u ħamsin (51), kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Infurmat illi mir-records tal-pulizija ma jirrizultax kemm min dawn il-vittmi mietu minħabba li ma kienux lebsin is-seat belt. Informazzjoni dwar il-konsegwenza ta’ mwiet f’incidenti fatali, tkun fil-konkluzzjonijiet ta’ nkjesti Maġisterjali, relatati ma dawn il-każijiet.
Sena
Ammont ta’ persuni li mietu
f’incidenti fatali
2018
18
2019
16
2020
12
2021 (sa Ottubru)
5
Total
51
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm professjonisti (u xi professjoni jħaddnu) li huma impjegati fil-Family Resource Centres sabiex jgħinu l-klijenti li jżuru dawn iċ-Ċentri? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu mis-servizz tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Family Resources Centres, li issa ħadu l-isem ta’ Ċentri tal-Familja fil-Komunità, hemm impjegati total ta’ 52 professjonist/a li huma mqassma hekk kif indikat fit-tabella hawn taħt.
Lokalità
Ħaddiema Soċjali
Social Welfare Professionals
Valletta
5
2
Birgu
3
5
Sta Lucija
0
1
Xgħajra
3
2
Zejtun PFI
2
0
Kirkop
0
4
Marsaskala
0
1
Qormi
1
3
Qawra
7
4
Mosta
3
0
Imsida
4
2
Hemm ukoll 36 professjonisti addizjonali li joffru servizzi terapewtiċi mal-familja u trobbija tal-ulied lil familiji referuti minn dawn iċ-centri. Dawn ġejjien mill-professjonijiet diversi hekk kif indikat hawn taħt:
Family Therapists
5
Trainee Family Therapists
2
Psychotherapists
8
Trainee Psychotherapists
3
Counsellors
7
Parenting Coaches
11
Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ servizz tal-komunita’ jista’ jasal wasla sa’ l-eqreb Ċentru tal-Familja fil-Komunità.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu n-numru totali ta’ telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 imqassma skont il-problema ppreżentata matul is-sena l-oħra?’
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
GENUINE CALLS TO SUPPORT LINE 179 in 2020.
PRESENTING PROBLEM
Number
Abuse of an adult
42
Abuse of elderly persons
69
Adoption related
4
Aggressive\violent behavior
85
Alcohol
91
Bereavement
50
Bullying
32
Care of significant others
6
Child abuse – at risk
151
Child abuse – emotional
72
Child abuse – neglect
160
Child abuse – physical
105
Child abuse – sexual
15
Child abuse - internet
-
Child access
63
Child care
41
Communication issues in romantic relationship
13
Crime (adult)
10
Cyber-bullying
34
Delinquency (youth)
13
Disability related issues
57
Divorce
4
Domestic violence – at risk
208
Domestic violence – emotional
439
Domestic violence – financial
17
Domestic violence – neglect
4
Domestic violence – physical
353
Domestic violence – sexual
8
Drugs (prescription medication)
11
Drugs (illicit substances)
182
Eating disorder
4
Elderly needs
477
Employment problems
38
Financial problems
90
Foster placement
21
Gambling
22
Harassment
20
Homeless
645
Housing problems
54
Illegal content
10
Infidelity in romantic relationship
7
Information - internet
24
Information - services
463
Language or cultural barriers
2
Legal issues
189
Listening
1098
Loneliness
2626
Marital separation
176
Mental health
1505
Non-person directed behaviours
50
Oppositional defiant disorder
0
Parent child attachment issues
134
Parenting skills
24
Personal hygiene issues
1
Physical health
106
Pregnancy related issues
11
Relationship problems
5
with reconstituted family
Relationship problem
56
with extended family
Relationship problem
476
with nuclear family
Residential care
34
Romantic relationship conflicts
216
Running away
21
School related problems
13
Self-injury behaviours
89
Sexting
1
Sexual assault/rape
6
Sexuality related issues
17
Social security benefits issues
68
Stereotyped behaviours
0
Technology addiction
3
Undocumented migration issues
2
Unemployment
17
Usury
15
Unspecified behavioural problems
-
Other
2722
None specified
9
Grand Total
13906
‘Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex proġetti bħal sheltered housing sabiex jgħinu lill-anzjani fil-komunità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha proġett ta’ Intergenarational Living ġewwa Triq il-Punent, Valletta. Dan qed isir b’kallobarazzjoni mas-Selesjani ta’ Dun Gwann Bosco. Il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ l-anzjani wasal fl-aħħar stadju.
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Familja għadux jiffunzjona? Jekk iva, x’inhu l-irwol tiegħu? Min huma l-membri ta’ din il-Kummissjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Kummissjoni imsemmija ma taqax taħt il-portofall tal-Ministeru tiegħi.
Madanakollu, il-Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Dritijiet tat-Tfal għandu taħt ir-responsabilita’ tiegħu l-Kumitat għat-Tisħiħ tal-Familja, bl-irwol primarju tiegħu ikun li jagħti pariri dwar il-politika tal-familja.
Aġenzija għas-Servizzi Terapewetiċi u fil-Komunità
Question
Jista’ l-Ministru jindika xi proġetti/inizjattivi twettqu mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità minn mindu twaqqfet sal-ġurnata li tkun imwieġba din il-mistoqsija sabiex jiġu megħjuna persuni vulnerabbli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-isfond tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali (2014-2024), l-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità (ACTS) fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandha bħala għan ewlieni l-ħidma multi-dixxiplinarja fil-kommunità favur tisħiħ ta’ żvilupp soċjali ħolistiku.
L-Aġenzija għandha numru ta’ Ċentri għall-Familji fil-Komunità madwar Malta, speċifikament fil-Qawra, fil-Mosta, fl-Imsida, fil-Belt Valletta, fil-Birgu, f’Sta Luċija, f’Ħal-Qormi, f’Ħal-Kirkop u f’Marsaskala*. F’Għawdex, hemm ċentri simili fix-Xewkija, Ir-Rabat u Marsalforn. Minn dawn iċ-ċentri, l-aġenzija toffri is-servizz ta’ social work u social mentoring li huma mibnija fuq il-prinċipji ta’ żvilupp tal-komunità. Hemm ukoll numru ta’ outposts fejn professjonisti jiltaqgħu mall-membri tal-komunità, darba f’ġimgħa bħall-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Ħal-Safi u Birkirkara.
Permezz ta’ din il-ħidma, is-servizzi jistinkaw biex jintlaħaq l-għan prinċipali li l-familji u komunitajiet ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar mibnija fuq is-sisien ta’ żvilupp soċjali sostenibbli. Il-qofol tal-ħidma soċjali fil-komunità jintlaħaq billi jiġu indirizzati problemi soċjali li jkunu qed itaqqlu l-ħajja ta’ tfal, familji u individwi oħra fil-komunità. Is-servizzi huma mibnija fuq filosofija iffukata fuq il-klijent fil-kuntest tal-komunità li jgħix fiha. Għaldaqstant, minn kull ċentru issir ħidma favur tisħiħ tan-networks soċjali u billi jsir użu minn servizzi u riżorsi li jeżistu fil-komunità bħala mezz effettiv kif jinstabu soluzzjonijiet li jkunu addatati għall-kommunitajiet rispettivi. Permezz tal-community development work jinbnew ukoll partnerships mar-residenti u gruppi importanti għall-komunità filwaqt li jħaddnu u jixprunaw kull opportunità mibnija fuq ġustizzja soċjali, ugwaljanza u inklużjoni.
Is-servizz ta’ ħarsien soċjali mill-professjonisti isir permezz ta’ pjan ta’ kura bi qbil bejn il-partijiet nvoluti. Dan iservi bħala pjan ċar ta’ x’inhu mistenni minn kulhadd filwaqt li jpoġġi miri speċifici ta’ fejn wieħed irid jasal hekk kif ikun indikat mill-eżerċizzju tal-assesjar. Il-pjan ta’ kura jkun iffirmat kemm mill-klijent u l-professjonisti, u jkun marbut b’data ta’ tlestija. Kopja tal-pjan tingħata lill-klijent.
Is-servizzi tal-Aġenzija huma mibnija fuq perspettivi innovattivi u multi-dixxiplinarji. Fejn il-bżonnijiet jirrikjedu għajnuna speċjaliżżata, issir riferuta għas-servizz konċernat. Is-social workers u l-mentors jagħmlu żjarat fid-djar, jiltaqgħu ma’ professjonisti oħra relevanti għall-każ, kif ukoll jattendu għall-case conferences skont il-bżonn. Ikun hemm drabi fejn il-klijenti jiġu akkumpanjati għal xi visti li jkunu importanti bħal sptar jew laqgħat tal-iskola.
Kull servizz huwa marbut ma’ kejl tal-eżitu sistematiku (outcome measrues) li jwassal għal evalwazzjoni ta’ kemm is-servizz qed ikun effettiv u relevanti għall-familja jew klijent partikolari, kif ukoll ikun indikattivi ta’ x’hemm bżonn issir ’il quddiem.
Assessjar ta’ familji vulnerabbli: It-Tielet Distrett
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21551, jista’ l-Ministru jindika x’tip ta’ għajnuniet ingħataw il-132 familja li ġew assessjati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bi tkomplija għat-tweġiba li għadni kif tajtu għall-Interpellanza preċedenti, jiġifieri Mistoqsija Numru 22003, il-familji li qed jirreferi għalihom, jirċievu programm ta’ għajnuna partikolari skont is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet partikolari ta’ kull familja.
F’kelma waħda l-pjan ta’ kura (care plan) ikun imfassal skont il-ħtiġijiet ta’ kull familja hekk kif jirriżulta mill-assessment li jkun sar u l-outcome measures li jiġu maqbula għal kull familja.
Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbużi fiżiċi u sesswali fuq it-tfal (Non Accidental Injuries) lill-pulizija f’dawn l-aħħar tliet snin? X’azzjonijiet ittieħdu kontra l-aggressuri u x’kienu s-sentenzi mogħtija f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fit-tabella hawn taħt jidhru in-numru ta’ rapporti fis-sistema elettronika tal-Pulizija dwar kazi li jinvolvu feriti fuq il-persuna u vjolenza domestika fejn persuni taħt it-18 il-sena rregistrati bħala vittmi fil-perjodu ndikat. Fir-rigward ta’ l-ewwel żewġ offiżi, għalkemm il-persuni minuri huma reġistrati bħala vittma fir-rapport, jista jagħti il-kaz illi l-imsemmi abbuż fiżiku jkun sar fuq terzi persuni oħra, li wkoll jistgħu jkunu mnizzla bħala vittma fl-istess rapport, liema rapport jista jinkludi iktar min vittma waħda. Dwar il-kazijiet ta’ offizi sesswali indikati fl-istess tabella dawn juru in-numru effettiv ta’ vittmi taħt it-18 il-sena. Rigward is-sentenzi li ingħataw nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Rapporti ta’ kazijiet li jinvolvu vittmi taħt it-18 il-sena
Incident irrapurtat
2018
2019
2020
2021*
Total
Feriti fuq il-persuna
80
84
58
30
252
Vjolenza domestika
53
62
54
25
194
Offizi sesswali
25
22
30
18
95
Total
158
168
142
73
541
*sa Ġunju
Jista’ l-Ministru jindika s-servizzi mogħtija mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fejn qegħdin jingħataw dawn is-servizzi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li servizzi mogħtija bħala parti mill-Garanzija għaz-zgħazagħ huma:
Ø NEET Activation Scheme II – 80 siegħa ta’ taħrig (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-parteċipant) flimkien ma’ 240 siegħa ta’ esperjenza ta’ xogħol jew kontinwazzjoni ta’ studju. L-parteċipanti jingħataw ukoll għajnuna ta’ mentoring u job coaching matul l-iskema. Wara l-esperjenza ta’ xogħol parteċipant jista wkoll jipparteċipa fl-iskema ta’
Traineeship
u wara jipparteċipa fl-iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E).
Ø ICT Courses – 60 siegħa ta’ taħrig fuq l-informatika fl-livelli differenti (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-parteċipant).
Ø SEC Revision Classes (fis-sajf biss) – parteċipanti li japplikaw jingħataw 5 gimgħat ta’ klassijiet ta’ revizjoni bi preparazzjoni għar-
resits
(onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-parteċipant).
Ø MCAST Preventive Classes (fis-sajf biss) - student li japplikaw jingħataw 5 gimgħat ta’ klassijiet ta’ revizjoni bi preparazzjoni għar-resits marbutin mal-kors li jkunu qed jattendu fl-MCAST (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-istudent).
Incredible Years Programme – korsijiet għat-trobbija pożittiva
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew organizzati korsijiet ta’ trobbija pożittiva bbażat fuq il-programm Incredible Years Programme matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul dawn l-aħħar 3 snin ġew organizzati 11 - il kors ta’ trobbija pożittiva bbażat fuq il-programm Incredible Years Programme.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21094, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manuals li jingħataw lill-ġenituri sabiex ikollhom iktar għodod biex jgħinuhom fit-trobbija ta’ uliedhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
It-Tielet Distrett – familji vulnerabbli — assessjar
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jindika kemm sar assessjar ta’ familji vulnerabbli li joqogħdu fit-Tielet Distrett? X’għandhom jagħmlu dawk il-familji li jixtiequ l-għajnuna u li joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif ġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari 21329, l-għadd ta’ familji li ġew assessjati huwa ta’ 132.
Kif diġa’ weġibt fit-tweġiba tiegħi għal mistoqsija numru 21328, min joqgħod f’ dawn il-lokalitajiet jista’ jirrikori:
1. M’Scala Area Office,
Indirizz: 59, Sunset, Triq il-Kappara, Marsascala
Numri tat-telefon : 21522372 jew 9904 3256
jew
2. HBTS South
Indirizz:
126/128, Fgura Local Council, Hompesch Road, il-Fgura
Numri tat-Telefon:
2334 5226 jew 9910 3453 inkella 9910 3884
Tista’ l-Ministru tindika min huma dawk l-istudenti li jistgħu japplikaw sabiex jibdew jirċievu pakkett tal-ikel skont l-Iskema 9? X’għandhom jagħmlu l-ġenituri tagħhom biex dawn l-istudenti jibdew jirċievu dan is-servizz mingħajr ħlas?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġenituri tal-istudenti li huma eliġibbli għal Skema 9 m'għandhomx għalfejn japplikaw għax dawn jirċievu ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u l-Ministeru għall-Edukazzjoni.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4978, tista’ l-Ministru tindika kemm hawn klijenti li qed jagħmu użu mis-servizz Star 25? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz tant importanti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li fid-data ta’ din it-tweġiba, 29 persuna b’diżabilità huma reġistrati mas-servizz Star 25. Studenti li jattendu Resource Centres jistgħu jiġu referuti lejn dan is-servizz wara li jsir il-proċess tal-assessjar neċessarju. Familjari ta’ persuni b’diżabilità li jixtiequ jibdew jaċċessaw dan is-servizz jistgħu wkoll iċemplu fuq il-Helpline tal-Aġenzija Freephone 153 sabiex professjonisti jkunu jistgħu jagħmlu l-assessjar meħtieġ. Persuni li jkunu diġà qed jirċievu servizz ta’ matul il-jum mill-Aġenzija Sapport jistgħu wkoll jibdew jagħmlu użu mis-servizz ta’ Star 25 jekk il-bżonnijiet tagħhom jinbidlu u għaldaqstant ikun ġie deċiż li dan is-servizz ikun ta’ aktar benefiċċju. Il-proċeduri kollha msemmija hawn fuq isiru bi qbil mal-familji involuti.
Tista’ l-Ministru tindika jekk u meta se jinfetħu aktar Ċentri ta’ Matul il-Jum sabiex jiġu megħjuna aktar persuni b’diżabilità u min jieħu ħsiebhom?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Aġenzija Sapport għandha pjan li jiġu żviluppati u eventwalment jinfetħu żewġ (2) ċentri ta’ matul il-jum ġodda, wieħed f’Ħal Tarxien u ieħor f’Wied il-Għajn. Dan minbarra li fil-preżent l-Aġenzija tmexxi 11-il Ċentru f’Malta u Għawdex waqt li żewġ Ċentri oħra f’Malta jitmexxew bi qbil ma’ entitajiet oħra.