Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFSA — Executive Committee - Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lagħat tal-Executive Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) kien hemm preżenti membri tal-pubbliku mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema laqgħat ta' liema dati, kien hemm preżenti persuni oħra minbarra dawk li jiffurmaw parti mill-Executive Committee, min kienu u kif għamlu t-talba biex ikunu preżenti? Jista' jgħid ukoll jekk dawn setgħux jitkellmu waqt il-laqgħat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat E\ekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), huwa kumitat intern li jiltaqa’ b’mod regolari biex jiddiskuti u jieħu d-deċizjonijiet finali fuq affarijiet relatati mal-funzjonament tal-Awtorità, kif stabbilit fil-liġi. F’kull laqgħa tal-Kumitat Ezekuttiv, jattendu membri addizzjonali mill-Awtorità, fejn u kif ikun meħtieġ. Dawn jiġu mistiedna biex jipprovdu prezentazzjonijiet, aġġornamenti jew kontribuzzjonijiet fuq suġġetti speċifiċi, skont il-ħtiġijiet tal-Kumitat.

Ir-Rabat, Malta — Triq il-Fidloqqom - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fi Triq il-Fidloqqom, fir-Rabat, Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Fidloqqom jagħmlu parti minn sensiela ta’ xogħol f’toroq fir-Rabat li huma mistennija li jkunu lesti fl-ewwel kwart ta’ din is-sena.

Enemalta — Customer care

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22625 u tgħid min jipprovdi s-servizz ta' customer care għall-Enemalta? Tista’ tgħid ukoll kemm jiswa s-servizz għal kull jum, għal kull xahar u għal kull sena, kif ingħata u meta jiskadi l-kuntratt eżistenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà tajtu għall-mistoqsija parlamentari 23049.

Water Services Corporation — Brand manager

Question

Tista' l-Ministru tgħid min hu l-brand manager tal-Water Services Corporation, kif intgħażel, meta u kemm huwa l-pakkett finanzjarju tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-persuna nkarigata mill-branding fost ħidmiet oħra hija Pablo Micallef li ġie ngaġġat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2018 permezz ta’ sejħa pubblika għall-impjieg. Is-salarju tiegħu huwa skont il-ftehim kollettiv maqbul mal-Union tal-Professjonisti fi ħdan l-istess Korporazzjoni.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - Speed cameras - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22634 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta' taħrikiet relatati ma’ Speed cameras li ngħataw fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi, bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Sena/ Xahar Triq l-Imdina (QRM3 - to Żebbuġ) Triq l-Imdina (QRM4 - to Marsa) 2020 Jannar 216 121 Frar 179 126 Marzu 229 108 April 255 187 Mejju 232 164 Ġunju 205 143 Lulju 220 158 Awwissu 158 168 Settembru 212 97 Ottubru 154 - Novembru 56 104 Diċembru 115 115 2021 Jannar 149 110 Frar 159 86 Marzu 155 98 April 106 90 Mejju 23 105 Ġunju 66 107 Lulju 103 104 Awwissu 97 69 Settembru 40 102 Ottubru 76 73 Novembru 55 86 Diċembru 95 60 2022 Jannar 85 84 Frar 78 90 Marzu 103 78 April 120 116 Mejju 106 75 Ġunju 83 48 Lulju 127 46 Awwissu 134 56 Settembru 176 49 Ottubru 178 25 Novembru 154 61 Diċembru 50 52 2023 Jannar 128 50 Frar 108 34 Marzu 113 31 April 101 111 Mejju 54 90 Ġunju - 91 Lulju 81 106 Awwissu 13 56 Settembru 78 35 Ottubru 92 17 Novembru 101 28 Diċembru 133 59 2024 Jannar 118 68 Frar 96 55 Marzu 119 80 April 118 86 Mejju 152 89 Ġunju 152 83 Lulju 182 100 Awwissu 185 100 Settmbru 175 23 Ottubru 230 4

Siġġiewi — Speed cameras - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22633 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fil-bypass tas-Siġġiewi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ taħrikiet relatati mal-ispeed camera li ngħataw fil-bypass tas-Siġġiewi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar, kienu kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. PQ 23046 - Speed Camera Tickets maħruġa minn Jannar 2020 sa 31 ta’ Ottubru 2024 – Siġġiewi bypass SIĠĠIEWI Sena / Xahar Triq Mons Mikiel Azzopardi 2020 Jannar 319 Frar 314 Marzu 264 April 185 Mejju 189 Gunju 249 Lulju 331 Awwissu 324 Settembru 158 Ottubru 72 Novembru 110 Dicembru 148 2021 Jannar 124 Frar 134 Marzu 209 April 187 May 237 Gunju 202 Lulju 184 Awwissu 179 Settembru 175 Ottubru 197 Novembru 162 Dicembru 244 2022 Jannar 157 Frar 108 Marzu 160 April 173 Mejju 118 Gunju 141 Lulju 189 Awwissu 229 Settembru 170 Ottubru 206 Novembru 81 Dicembru 164 2023 Jannar 131 Frar 112 Marzu 84 April 126 Mejju 108 Gunju 51 Lulju 12 Awwissu 0 Settembru 29 Ottubru 46 Novembru 49 Dicembru 7 2024 Jannar 11 Frar 70 Marzu 120 April 93 Mejju 139 Gunju 180 Lulju 86 Awwissu 190 Settembru 147 Ottubru 112

Enemalta — Sistemi fotovoltajiċi - Kumpens għall-elettriku ġġenerat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22632 u tagħti ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta kellha tħallas fl-aħħar ta' Ottubru 2024 bħala kumpens għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajiċi lill-familji li bdew joperaw fid-djar privati u kif ukoll lil stabbilimenti kummerċjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li sal-aħħar ta’ Ottubru 2024 l-ammont ta’ flus għall-elettriku ġġenerat minn sistemi fotovoltajiċi kien ta’ ftit aktar minn €5,250,000.

Arms Ltd — Customer care

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22626 u tgħid min jipprovdi s-servizz ta' customer care għall-Arms Ltd? Tista’ tgħid ukoll kemm jiswa s-servizz għal kull jum, għal kull xahar u għal kull sena, kif ingħata u meta jiskadi l-kuntratt eżistenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li s-servizz ta’ customer care għal ARMS Ltd. jiġi pprovdut mill-kumpanija Centrecom Ltd. Il-kuntratt, li ngħata permezz ta’ negotiated procedure, beda fl-1 t’April 2022 għal perjodu t’erba’ snin. Il-kumplament tal-informazzjoni tinsab fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — Customer care

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22625 u tgħid min jipprovdi s-servizz ta' customer care għall-Enemalta? Tista’ tgħid ukoll kemm jiswa s-servizz għal kull jum, għal kull xahar u għal kull sena, kif ingħata u meta jiskadi l-kuntratt eżistenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ customer care għall-Enemalta qed jiġi pprovdut mill-Aġenzija servizz.gov. Lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2024, il-ftehim ma’ servizz.gov ġie estiż bl-istess termini u kundizzjonijiet sakemm jintlaħaq ftehim ġdid. L-ispiża għal dan is-servizz tvarja minn €26.56 għal €31.06 s-siegħa skont il-ħin u l-ġranet meta jingħata s-servizz.

Nuqqas ta' provvista tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm nuqqas ta' provvista tal-elettriku mhux ippjanat fl-2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll f'liema dati u f'liema lokalitajiet kienu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli. Kif spjegajt diversi drabi, l-Enemalta kontinwament għaddejja b’investimenti u xogħlijiet qawwija biex issaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni tagħha biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun moqdi dejjem aħjar.

MFSA — Gradi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-gradi kollha li hemm fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u x’inhuma l-pagi u l-perkaċċi assoċjati ma’ kull grad skont il-każ

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

FIAU — Gradi

Question

Jista’ l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-gradi kollha li hemm fil-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u x’inhuma l-pagi u l-perkaċċi assoċjati ma’ kull grad skont il-każ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Qormi, Triq l-Imdina — Dar Pinto - Zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi introdotta zebra crossing quddiem id-Dar tal-Anzjani Dar Pinto fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi minħabba li din tintuża ħafna mill-qraba tar-residenti fl-istess dar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa’ hemm zebra crossing biswit id-Dar tal-Anzjani Dar Pinto.

Mediterranean Film Festival — Spokesperson

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-ispokesperson tal-Mediterranean Film Festival, kif intgħażel, u kemm huwa l-pakkett finanzjarju tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispokesperson tal-Mediterranean Film Festival huwa Pablo Micallef li ngħata pakkett finanzjarju ta’ Eur11,500 VAT eskluża.

Ta’ Sannat, Triq il-Paranji – Servizz tal-elettriku u ilma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi problema hemm sabiex il-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab fi Triq il-Paranji, Ta’ Sannat Għawdex, tingħata s-servizz tal-elettriku u tal-ilma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fil-blokka indikata mill-Onor. Interpellant hemm servizzi tal-elettriku u tal-ilma.

Is-Siġġiewi — Ċentru tas-Saħħa ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-kawża tal-ilma jqattar mis-soqfa fil-bramel mal-art fiċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid fi Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi, nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru 2024?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li skont ir-rapport tal-perit responsabbli mill-binja, il-kawża tal-ilma jqattar mis-soqfa, fiċ-Ċentru tas-Saħħa fi Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi, ġiet investigata nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru 2024 u diġà beda x-xogħol fuq il-post.

Is-Siġġiewi — Ċentru tas-Saħħa ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-kawża tal-ilma jqattar mis-soqfa fil-bramel mal-art fiċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid fi Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi, nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirrferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22967.

Is-Siġġiewi — Triq ta' Kilpa - Triq Bur il-Kbir u Triq l-Imqabba - Twessiegħ tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Infrastructure Malta fir-rigward tat-twessiegħ ta' Triq ta' Kilpa - Triq Bur il-Kbir u Triq l-Imqabba, fis-Siġġiewi b'rabta wkoll mal-mozzjoni approvata unanimament mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta tilqa’ l-mozzjoni approvata fi ħdan il-Kunsill rispettiv, hekk kif fl-imgħoddi diġà għamlet proġetti u interventi simili biex ittejjeb l-użu ta’ diversi rotot bħal Triq Ħal Farruġ, Luqa, Triq it-Tiġrija, Rabat u Triq tal-Girgenti, Siġġiewi/Dingli. Din il-mozzjoni tifforma parti minn din l-inizjattiva, u se tkun qed tikkumplimenta l-proġetti kompluti u msemmija.

MFSA — Settlements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru settlements mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ma' individwi mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min kienu tali individwi? Jista’ jgħid ukoll min mill-MFSA ddeċieda li jagħmel tali settlements u x'kienu dawn is-settlements?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.