Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed jaħdmu bħala Health and Safety Officers fuq proġetti ta’ kostruzzjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk hux kollha għandhom il-kwalifiki neċessarji li jirrenduhom ‘persuni kompetenti’ skont ir-rekwiżiti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 424.36?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni — Responsibility Form - Kontrolli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kontrolli tuża l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni sabiex tikkonferma li min jiffirma Sezzjoni 1.14 (Project Supervisor as per Legal Notice 88 of 2018 appointed by developer) tar-Responsibility Form maħruġa mill-istess Awtorità jkun persuna kompetenti skont kif titlob il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 424.36?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni — Competent Persons Register - Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed joffru s-servizz ta’ Health and Safety Officers fuq proġetti ta’ kostruzzjoni u ffirmaw sezzjoni 1.14 tar-Responsibility Form maħruġa mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni minkejja li mhumiex inklużi fil-lista ta’ Competent Persons Register 2024 maħruġ mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni hiex ser tibqa' taċċetta persuni li jippreżentaw ruħhom bħala Health and Safety Officers u jiffirmaw sezzjoni 1.14 tar-Responsibility Form bla ma jkunu inklużi fil-Competent Persons Register tal-OHSA?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22694 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-30 t’ Ottubru 2024.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22700 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 25591.
Tista’ l-Ministru tgħid meta s-servizz tan-New Water ser jitwassal is-Siġġiewi għal benefiċċju tal-bdiewa li jaħdmu l-għelieqi fl-inħawi tas-Siġġiewi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-proġett tan-New Water beda lejn l-aħħar tal-2017 u qed jinfirex b’ritmu mgħaġġel f’diversi nħawi madwar il-pajjiż. Bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bl-estensjoni tan-network tiegħu f’Għawdex, fit-tramuntana kif ukoll fin-nofsinhar ta’ Malta, b’investiment li jilħaq €68 miljun.
In-natura ta’ dan ix-xogħol, li tinvolvi skavar ta’ toroq biex jiġu mgħoddijin il-mejnijiet, tirrikjedi ammont ta’ żmien biex jiġi ppjanat u implimentat. Bħalissa għaddejjin l-istudji neċessarji biex dan is-servizz utli għall-bdiewa jitwassal ukoll lejn inħawi oħrajn, inkluż Ħal Kirkop, is-Siġġiewi u r-Rabat.
Sal-2027 dan l-ilma trattat se jkun milħuq mix-Xgħajra saż-Żurrieq u mill-Mellieħa sa Binġemma fil-każ ta’ Malta, kif ukoll mix-Xewkija sa San Lawrenz, f’Għawdex.Fil-frattemp il-bdiew jistgħu jippreżentaw crop plan lill-Ministeru għall-Agrikoltura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali biex jingħataw aċċess għad-dispensers l-iktar viċin għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u x’ħin fil-berġa fis-Siġġiewi wieħed jista' jagħmel testijiet tad-demm? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-waiting time minn meta wieħed iċempel sa meta jingħata l-appuntament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-teħid tad-demm għall-testijitet issir b’appuntament Is-sessjonijiet huma nhar ta’ Ġimgħa mis-7.30am sa 12.00pm. Meta wiehed iċempel jingħata appuntament minn ħmistax sa tlett ġimgħat wara, jiġifieri minn tnejn sa żewġ sessjonijiet biss wara.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) li tagħha hi responsabbli, hux qed jinvestiga ksur tal-liċenzja ta' bunkering ta’ kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qed tagħmel negozju ta’ bunkering f’Malta permezz ta’ kumpanija lokali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll? Tista’ tgħid ukoll jekk ordnatx indaġini fuq diversi allegazzjonijiet li għaddejjin b'konnessjoni ma’ dan l-allegat ksur ta' liċenzja u kundizzjonijiet konnessi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li wara investigazzjonijiet riċenti, r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ma sab l-ebda ksur ta’ liċenzja u kundizzjonijiet rispettivi.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22718 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22679 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra .
Attachments:PQ 24062 - Dec 2023.pdfPQ 24062 - Oct 2024.pdf
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22682 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22685 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni miġbura fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22687 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 24149.
Ministeru għall-Finanzi – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22691 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Is-Siġġiewi – Triq it-Tabib Nikola Zammit – Bus Shelter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi installat bus shelter fil-waqfa bl-isem ‘Monument’ li tinsab fi Triq it-Tabib Nikola Zammit fis Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ix-xufiera tal-Malta Public Transport iħallu l-magni tax-xarabank mixgħula meta jkunu weqfin fil-pjazza tas-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull karozza tal-linja hija mgħammra b’sistema li l-magni jintfew awtomatikament jekk il-vettura tkun ilha wieqfa għal aktar minn erba’ minuti.
Qabel ma l-karozza tal-linja terġa’ tibda t-traġitt tagħha, il-magna tiġi mixgħula sabiex is-sistemi essenzjali tal-vettura jkunu attivati u operattivi.
Jista’ l-Ministru jara li x-xufiera tax-xarabank tal-Malta Public Transport jitfu l-magni meta jkunu pparkjati jistennew lill-passiġġiera fil-pjazza tas-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23859, ninfurmah illi Transport Malta qed taħdem fuq pjan biex tirrevedi r-Rotta 62, sabiex tiġi mibdula b’mod li jelimina l-ħtieġa li l-karozzi tal-linja jibqgħu jistennew ġewwa l-pjazza tas-Siġġiewi.
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid jekk kienx hemm persuni li ġew impjegati direttament jew ingħataw xi forma ta’ kuntratt ta’ xogħol ma’ Esplora matul l-2024 u jekk kien hemm, min huma? Jista’ jgħid ukoll x’inhu xogħolhom u minn liema lokalità ġejjin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi — Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22673 u jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.