Awtorità tal-Ippjanar — persuni - prattiċi ta' korruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il impjegat fl-Awtorità tal-Ippjanar inqabad fi prattiċi ta' korruzzjoni bejn Jannar 2014 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ġie trasferit f'awtorità, aġenzija jew dipartiment ieħor? Jistax jgħid ukoll f'liema awtorità, aġenzija jew dipartiment ġiet trasferita l-persuna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda impjegat fl-Awtorità tal-Ippjanar li nqabad fi prattiċi ta' korruzzjoni bejn Jannar 2014 u llum.
Awtorità tal-Ippjanar — Kap Eżekuttiv - ħaddiema - sigħat ta' overtime u ħlasijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' overtime u ħlasijiet saru minn kull ħaddiem fl-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2015 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm imqabbad mal-Awtorità tal-Ippjanar? Jistax jagħti l-ismijiet tagħhom u kemm tħallsu għal kull xahar minn Jannar 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar — skema ta' inġustizzji - ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm skema tal-inġustizzji għall-ħaddiema tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jekk iva, jistax jgħid kemm-il għotja ngħatat lil kull ħaddiem, u min kienu l-ħaddiema?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi Frar 2014, twaqqfu numru ta’ Grievances Units sabiex jilqgħu u jistħarrġu talbiet li jiġu mressqa quddiemhom minn uffiċjali jew impjegati pubbliċi li jħossu li saret xi inġustizzja magħhom, sabiex imbagħad, f’każ ta’ talbiet ġustifikati, jagħmlu rakkomandazzjonijiet intiżi biex jissewwew dawk l-inġustizzji. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Grievance Unit tal-OPM, għaxar ħaddiema tal-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar ingħataw kumpens finanzjarju li jammonta għal €128, 494.58 (mija u tmienja u għoxrin elf, erba’ mija u erbgħa u disgħin ewro u tmienja u ħamsin ċenteżmu tal-ewro).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-somma lill-ex-ħaddiema tal-Korpi, fosthom Dirgħajn il-Maltin, kenitx marbuta ma' applikazzjoni? Dawk il-ħaddiema li ma kenux konxji tal-applikazzjoni, mhumiex se jingħataw il-kumpens bħall-kollegi tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema li qed issir referenza għaliha, kienet immirata għal ex-ħaddiema tal-Korpi. Din kienet miftuħa u setgħu japplikaw għaliha permezz ta’ applikazzjoni.
L-iskema flimkien mal-applikazzjoni ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern, nhar it-2 ta’ Mejju 2017. Saret anke` konferenza tal-aħbarijiet ftit jiem qabel il-publikazzjoni tal-iskema. Barra minn hekk, uffiċċjali mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tkellmu u spjegaw l-iskema u x’kien hemm bżonn biex wieħed japplika f’interventi kontinwi fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju, kif ukoll ġiet ippubliċizzata fl-aħbarijiet lokali għal informazzjoni tal-pubbliku. Kopja tal-applikazzjoni setgħet tinkiseb mill-uffiċċji distrettwali madwar Malta u Għawdex, kif ukoll aċċessibli online mis-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali.
Minħabba domanda qawwija għal-iskema, fid-19 ta’ Mejju 2017 ġie iġġubikat avviż ieħor fil-Gazzetta tal-Gvern u fuq il-Media Lokali, fejn kien ġie mgħarraf li d-data tal-għeluq ġiet estiża mid-9 ta’ Ġunju għat-28 ta’ Lulju 2017. Dan it-tagħrif kien dejjem disponibbli għal pubbliku permezz tal-media lokali.
Nixtieq ninforma lill-interpellant li jekk kien hemm x’uħud li ma laħqux applikaw ser ikollhom l-opportunita’ li japplikaw meta sejħiet simili jinħarġu fil-futur u jekk ikunu eliġibbli jirċievu b’lura l-ħlasijiet dovuti lilhom għal din is-sena.
Jista’ l-Ministru jindika meta hemm il-ħsieb li toħroġ is-sejħa għal-Learning Support Assistants u x’inhuma r-rekwiżiti biex persuna tkun eleġibbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm żewġ sejħiet għal-Learning Support Assistants li dalwaqt ser joħorġu kif ġej:
1. Is-sejħa ta’
Learning Support Assistant I
ħierġa dalwaqt (Novembru/Diċembru 2017)
Rekwiżiti tal-eliġibbilt
à
(i) profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingli¿a;
(ii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta (
Certificate
), f’Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 30 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti), fl-Edukazzjoni Inklussiva.
2. Is-sejħa ta’
Learning Support Assistant II
ħierġa dalwaqt (Diċembru/Jannar 2017)
Rekwiżiti tal-eliġibbilt
à
(i) profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża;
(ii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta (
Diploma
), f’Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti), fl-Edukazzjoni Inklussiva.
Infurmat ukoll li s-sejħa ta’ Learning Support Assistant Supplimentari ħarġet u tibqa’ miftuħa sad-29 ta’ Diċembru 2017.
Rekwiżiti tal-eliġibbilt
à
(i) profiċjenti, kemm fil-lingwa Maltija u kif ukoll fil-lingwa Ingliża;
U
(ii) fil-pussess ta’ kwalunkwe kwalifka rikonoxxuta f’livell 6 tal-MQF, (dment li fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru ta’ 2003 ’il quddiem, din għandha tkun suġġetta għal minimu ta’ 180 kredtu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti);
JEW
(iii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta f’livell 5 tal-MQF, (dment li fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru ta’ 2003 ’il quddiem, din għandha tkun suġġetta għal minimu ta’ 30 kredtu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti) fl-Edukazzjoni Inklussiva;
U
(a) kwalifika li turi li għaddew
(almenu fi Grad 1-5, Grad C jew komparabbli) f’erba’ (4) suġġetti
f’livell 3 tal-MQF, u li jridu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, il-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor;
JEW
(b) Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew il-kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’erba’ (4) suġġetti
li jkunu jinkludu
il-Malti, il-lingwa Ingliża, u l-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor bħala suġġetti separati fi ħdan il-programm ta’ studju;
JEW
(iv) fil-pussess ta’ Kwalifika sħiħa rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF, fil-
Health & Social Care, Children’s Play Learning & Development, Children’s Care Learning & Development,
;
U
(a) kwalifika li turi li għaddew
(almenu fi Grad 1-5, Grad C jew komparabbli) f’erba’ (4) suġġetti
f’livell 3 tal-MQF, u li jridu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, il-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor;
JEW
(b) Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew il-kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’erba’ (4) suġġetti
li jkunu jinkludu
l-Malti, il-lingwa Ingliża, u l-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor bħala suġetti separati fi ħdan il-programm ta’ studju;
JEW
(v) fil-pussess ta’ kwalunkwe suġġett f’Livell Avvanzat (l-anqas grad E), tal-MQF Livell 4;
U
(a) kwalifika li turi li għaddew
(almenu fi Grad 1-5, Grad C jew komparabbli) f’erba’ (4) suġġetti
f’livell 3 tal-MQF, u li jridu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, il-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor;
JEW
(b) Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew il-kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’erba’ (4) suġġetti
li jkunu jinkludu
l-Malti, il-lingwa Ingliża, u l-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor bħala suġetti separati fi ħdan il-programm ta’ studju.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 741 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-karigi l-ġodda fl-Awtorità tal-Artijiet li ġew assenjati lill-ħaddiema li kienu fid-Dipartiment tal-Artijiet?
Peress li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima (MSDEC) ikkummissjona, skont il-website tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a) lill-istess kumpanija biex tagħmel studju biex tassessja environmentally-friendly options li jgħinu fit-tnaqqis ta’ landfilling rates ġewwa Magħtab Environmental Complex u jesplora l-viabilità li jkun ġenerat renewable energy minn thermal degradation tal-iskart, u peress li din il-kumpanija lestiet dan l-istudju flimkien mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (b), jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan hu wieħed minn tliet rapporti li tħejjew mis-sena 2008 ’l hawn minn esperti mqabbda apposta biex jipproponu u janalizzaw soluzzjonijiet differenti fl-immaniġġar tal-iskart, imma fl-istess ħin ikunu ambjentalment aċċettabbli. L-istess tliet rapporti ngħataw lill-Kumitat, li għadu kif ġie appuntat apposta biex janalizza u jikkonverġi l-istudji differenti li saru u jipproponi l-aħjar teknoloġija li tista’ tiġi wżata, ħalli pajjiżna ma jibqax dipendenti mill-miżbliet, iżda jkollna impjant modern li minnu wkoll inkunu nistgħu niġġeneraw l-enerġija. L-Oppożizzjoni faċilment setgħet kellha aċċess għal dan ir-rapport li kieku pparteċipat f’dan il-Kumitat imsemmi. Minflok, iżda, għażlet li tibqa’ tippersisti fin-negattività kemm taħt il-Kap-uxxenti u issa anke taħt il-Kap ġdid.
Benefiċċju għal persuna waħidha meta tagħmel adozzjoni
Question
Jista l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi benefiċċju għal persuna waħidha meta tagħmel adozzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuna waħedha li tifforma familja għal rasha li taddotta, għandha dritt għall-Allowance għat-Tfal fejn ir-rata tiddependi fuq id-dħul totali annwali tagħha, jista’ jkollha dritt ukoll għal kreditu tal-kontribuzzjoni jekk minħabba l-addozzjoni tieqaf mix-xogħol, dan dejjem sakemm it-tifel/tifla adottati jkunu għadhon taħt l-età ta’ 6 snin, u jista’ jkollha dritt ukoll għall-In Work Benefit fuq id-dħul, annwali tagħha, skont il-parametri tal-iskema, li jkun ġej minn xogħol biss.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li, jekk il-persuna waħedha ma tkunx taħdem, u tikkwalifika mit-test tal-mezzi bħala Għajnuna Soċjali, it-tifel/tifla adottati jitqisu bħala parti mill-familja u titħallas skont il-kompożizzjoni ta’ dik il-familja.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 761 u ċjoe: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li ħarġu għall-karigi ta' Senior Manager fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nħarġet l-ebda sejħa għall-kariga ta’ Senior Manager fi ħdan l-Awtorità ta’ l-Artijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 762 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li nħatret Assistant Principal f’kariga ta’ Senior Manager fl-Awtorità tal-Artijiet mingħajr interview u mingħajr sejħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma kien l-ebda Assistant Principal li laħaq bħala Senior Manager.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 763 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fis-salarji ta’ dawk kollha li nħatru Senior Managers fl-Awtorità tal-Artijiet meta kkumparat mas-salarju li kellhom qabel? Jista’ jagħti dan għal kull każ rispettivament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ż-żidiet fil-pagi għal dawk li għamlu ċaqliq laterali u fl-istruttura l-ġdida qed jaqdu l-irwol ta’ Senior Manager, raw żidiet fis-salarju ta’ €77 f’każ wieħed, €1,136 fi tliet każi oħra, €6,148 f’każ ieħor u €568 f’każ ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 764 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm mid-Diretturi fid-Dipartiment tal-Artijiet nħatru bħala Senior Manager fl-Awtorità tal-Artijiet, u għal kull każ, jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post ta’ Senior Manager fi ħdan l-istruttura tal-Awtorità tal-Artijiet, hija bbażata fuq dik ta’ skala ta’ Direttur tal-Gvern. Kien hemm Direttur wieħed, u għaldaqstant ingħata l-iskala ta’ Senior Manager bħala ċaqliqa laterali.
Awtorità tal-Artijiet – kariga ta’ Media Coordinator
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 765 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għal kariga ta’ Media Coordinator fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma teżisti l-ebda kariga ta’ “Media Co-ordinator”.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 766 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tas-sejħa għall-kariga ta’ Human Resources Manager fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ħarget l-ebda sejħa għall-kariga ta’ Human Resources Manager. Bħalissa qed isir użu minn uffiċjal misluf minn entita’ oħra Governattiva, sakemm din l-Awtorita’ ġdida toħroġ diversi sejħiet għal karigi fi ħdana”
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 741 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-karigi l-ġodda fl-Awtorità tal-Artijiet li ġew assenjati lill-ħaddiema li kienu fid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda kariga ġdida assenjata lill-ħaddiema li kienu fid-Dipartiment tal-Artijiet. Sar ezerċizzju ta’ assimilazzjoni fl-istruttura tal-gradi tal-awtorità.