Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5745 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett tal-Bajja tal-Għadira

Question

B'referenza għall-artiklu li deher fin-newsportal ta' The Times of Malta nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju dwar il-proġett marbut mal-Bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-operaturi tal-kjosks eżistenti, u jekk le, hemmx il-ħsieb li dawn ikunu kkonsultati? Jista’ jgħid ukoll kif dan il-proġett ser jaffetwa lill-kjosks?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5619.
Leg 13 PQ #5571 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Marsa FC – proċess tal-għoti tal-art għall-grawnd

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ għoti ta’ art għall-grawnd tal-futbol lill-Marsa F.C.?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-trasferiment tal-art lill-Marsa Football Club ser ikun qed jitressaq b’mozzjoni quddiem il-Kamra fil-jiem li ġejjin.

Siġġiewi – Pjazza San Ġwann – stallazzjoni ta’ waqfa ġdida

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra l-installazzjoni ta' waqfa ġdida fl-istess rotta bin-numru 62 fi Pjazza San Ġwann is-Siġġiewi sabiex tkun ta' servizz aħjar għar-residenti li joqogħodu fiż-żona hekk imsejħa Ta' Fonzu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.

Ċertifikati għar-rekwiżiti dwar il-bini għall-użu tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn iċ-ċertifikat għar-rekwiżiti dwar il-bini għall-użu tal-enerġija (EPC) qiegħed jintalab ukoll f'każijiet ta' kirjiet qosra (short-let), u mhux f'każijiet ta' bejgħ jew bini ġdid biss?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttiva Ewropea 2010/31/EU dwar ir-Rendiment tal-Enerġija fil-Bini ma tagħmilx distinzzjoni jekk post jinkeriex għal żmien qasir jew fit-tul, għaldaqstant jintalab iċ-Ċertifikat dwar ir-Rendiment tal-Enerġija dejjem.
Leg 13 PQ #5618 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Korsa tal-Marsa – Request for Proposals

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Request for Proposals ppubblikata għall-Korsa tal-Marsa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tar-Request for Proposals qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Is-Siġġiewi – Triq Salvu Curso u Trejqet l-Anġli – ħajt ta’ lqugħ

Question

Jista' l-Ministru jara li jittella' ħajt bħala miżura ta' sigurtà biex iservi ta' lqugħ fil-kantuniera ta' bejn Triq Salvu Curso u Trejqet l-Anġli fis-Siġġiewi għaliex diġà seħħ inċident fejn waqgħet karozza ġo għalqa?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Leg 13 PQ #5410 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Negozjati għall-konċessjoni tal-korsa tal-Marsa

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4633 jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx mitmuma n-negozjati għall-konċessjoni tal-Korsa tal-Marsa lill-kumpanija privata interessata, negozjati li suppost kellhom jiġu konklużi sal-aħħar ta' Marzu 2018? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess kemm jekk ġew u anke jekk ma ġewx konklużi n-negozjati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-Onorevoli interpellant japprezza li n-negozjati tal-proċess għall-proġett bħal dan huwa wieħed kumpless u jeħtieġ isir b'attenzjoni kbira. Nikkonferma li n-negozjati huma fi stadju avvanzat imma sabiex jiġu konklużi, dak li ġie maqbul fid-draft tal-konċessjoni irid jgħaddi mill-proċeduri u proċess tal-Gvern, li għadu qed isir.

Awtorità tal-Artijiet – ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5088 kif ġiet mistoqsija, u minflok ma jagħti kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-Awtorità tal-Artijiet, jgħid kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda mal-Awtorità tal-Artijiet minn Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jgħid għal kull wieħed f’liema lokalità hu residenti?

Response (BORG, IAN)

Minn Ġunju 2017, daħlu 132 ħaddiema ġodda fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet (8 minn dawn ġew detailed minn dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern). L-Awtorità tal-Artijiet ġiet stabbilita bil-għan li tiżgura l-aħjar użu tal-art kollha tal-Gvern, filwaqt li ssaħħaħ it-trasparenza u r-responsabilitajiet biex ittejjeb ir-riżorsi kollha tal-art u tal-proprjetà għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna. Dan permezz ta' użu komprensiv u sostenibbli tal-art u tal-proprjetà. L-Awtorità hi fid-dmir li tipprovdi sistema ta' ġestjoni tal-art effettiva u affidabbli, inkluż il-ħruġ ta' titli tal-art u demarkazzjoni ġeo-spazjali tal-art. It-tranżizzjoni minn dipartiment tal-Gvern, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern (GPD), għal entità indipendenti ġdida kienet waħda ta’ sfida. L-ewwel sfida għall-management il-ġdid kien li jerġa' jikseb il-fiduċja u s-sens ta' orgolju fil-ħaddiema li kienu jagħmlu parti mill-GPD. In-nuqqas ta' riżorsi, umani u oħrajn, kien evidenti u jinħass minn kulħadd. Saret reviżjoni u analiżi tal-istruttura tal-organizazzjoni u ġiet stabbilita struttura ġdida biex tiġi implimentata. Riżultat ta’ dan, ġew imwaqqfa erba’ direttorati ġodda flimkien ma’ Direttorat għall-Verifika Interna u Investigazzjonijiet, li huwa stabbilit mill-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet, u l-Uffiċċju Konġunt. Fl-2017, l-Awtorità nediet sistema ġdida ta' applikazzjoni onlajn biex tipproċessa applikazzjonijiet ġodda filwaqt li fl-istess ħin numru ta’ uffiċjali ġew skjerati biex jindirizzaw ix-xogħol pendenti akkumulat fuq għadd ta' snin. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, ġew proċessati madwar 2,000 applikazzjoni li l-maġġoranza tagħhom għaddew għall-iskrutinju tal-Bord tal-Awtorità. Fl-2017, l-Awtorità rċeviet aktar minn 400 applikazzjoni onlajn. Sabiex timmaniġġa dawn l-applikazzjonijiet ġew maħtura case officers bl-intenzjoni li dawn jiżdiedu fin-numru sabiex ilaħħqu aktar mad-domanda li dejjem tiżdied. Dan peress li issa huwa iktar faċli li wieħed jikkomunika mal-Awtorità u li l-applikazzjonijiet qed jiġu mmaniġġati b'mod aktar effiċjenti. Il-maniġment ħa nota wkoll tan-numru ta' lmenti li jirċievi u għal dan il-għan żied in-numru ta' uffiċjali ta’ infurzar fi ħdan it-tim. Għalkemm ħafna mill-uffiċjali ngħaqqdu fl-aħħar parti tas-sena, dan fisser li n-numru ta' azzjonijiet meħuda żdied sostanzjalment u qed ikomplu jiżdiedu. L-Awtorità qed tikkollabora wkoll ma' entitajiet oħra biex twettaq l-operazzjonijiet tagħha biex tiżgura li ż-żjarat fis-siti jkopru l-aspetti kollha tal-proċeduri ta' infurzar. L-Awtorità ħadet ħsieb ukoll li ssaħħaħ id-dipartiment tal-Customer Care billi żieded uffiċjali oħra biex jindirizzaw in-numru ta’ nies li jżuru dawn l-uffiċini kif ukoll dawk li jikkomunikaw permezz tat-telefon, l-email u fuq il-web u l-midja soċjali. Ta’ min isemmi li dan in-numru qiegħed dejjem jikber u matul is-sena li għaddiet ġew indirizzati aktar minn 16,800 każ individwali. F’konformità mal-miżuri tal-Gvern biex issir simplifikażżjoni tal-proċessi fi ħdan l-istrutturi u titnaqqas il-burokrazija, l-Awrotità tal-Artijiet bdiet proġett ġdid ta’ scanning ta’ dokumenti sabiex dawn jiġu diġitalizzati. Hemm aktar minn 250,000 file li jammontaw għal aktar minn 25 miljun document li diġà bdew jiġu analizzati u proċessati flimkien ma’ files u dokumenti ġodda li qed jiġu ġġenerati. L-Awtorità daħlet fi ftehim ma' MaltaPost biex twettaq parti minn dan il-proċess u l-bqija se jsir internament bl-użu tal-persunal tal-Awtorità.
Leg 13 PQ #5387 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Is-Siġġiewi — Skola Primarja – turf sintetiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Ministeru tiegħu beħsiebu jagħmel it-tiswijiet tat-turf sintetiku fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, hekk kif l-istat ħażin li jinsab fih qed iwassal biex iweġġgħu t-tfal waqt li jkunu qegħdin jilagħbu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' tiswija fuq it-turf sintetiku fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi mistennija jsiru matul din l-aħħar ġimgħa ta’ April.

Ħal Qormi – Policlinic – rranġar ta’ lift

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jara li l-lift fil-policlinic ta’ Ħal Qormi jitranġa għaliex pazjenti b’nuqqas ta’ mobilità qed ikollhom diffikultà biex jaċċessaw il-binja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed isir ix-xogħol ta’ procurement għas-servizz ta’ tiswija tal-lift imsemmi minnu.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Precincts Management Unit – ħlas ta’ allowance addizzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jingħataw allowance addizzjonali fil-Precincts Management Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-Precincts Management Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol hemm erbatax (14)-il persuna li jingħataw allowance addizzjonali.

Awtorità tal-Artijiet – ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda mal-Awtorità tal-Artijiet minn Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid għal kull wieħed, f’liema lokalitajiet huma residenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-Awtorità tal-Artijiet għandha 235 ħaddiem, li sal-ġurnata li qed nirrispondi din id-domanda parlamentari, jinsabu reġistrati fit-tali lokalitajiet: Lokalita TOTAL Lokalita TOTAL Lokalita TOTAL Lokalita TOTAL Attard 4 Kercem, Gozo 1 Naxxar 7 Sliema 3 Birkirkara 9 Kirkop 4 Paola 4 St. Lucia 1 Birzebbugia 4 Lija 2 Pembroke 1 St. Venera 2 Burmarrad 1 Limiti tar Rabat 1 Pieta 4 Swieqi 2 Buskett 1 Luqa 7 Qala, Gozo 2 Tarxien 3 Cospicua 5 Marsa 3 Qawra 2 Valletta 3 Dingli 8 Marsascala 13 Qormi 7 Victoria 1 Fgura 6 Mellieha 1 Qrendi 2 Vittoriosa 1 Ghajnsielem 1 Mgarr 4 Rabat 5 Xemxija 1 Ghaxaq 3 Mosta 14 Rabat, Gozo 1 Xghajra 3 Gudja 5 Mqabba 2 San Giljan 2 Zabbar 12 Gzira 4 Msida 4 San Gwann 3 Zebbug 18 Hamrun 2 Mtarfa 5 San Pawl 4 Zebbug, Gozo 1 Iklin 1 Munxar, Gozo 1 Senglea 1 Zejtun 5 Kalkara 5 M'Xlokk 1 Siggiewi 4 Zurrieq 8

Università ta’ Malta – modernizzar tat-track u l-ground tal-ġiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-track u l-ground tal-ġiri li jinsabu fl-Università ta’ Malta jiġu modernizzati, fi sfond ta’ proġett ikbar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Università għandha pjanijiet imminenti biex tagħmel upgrading tal-faċilitajiet sportivi inkluż il-football pitch u l-athletics track.

Regolamenti kontra overcrowding fi stabbilimenti ta’ divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'regolamenti jeżistu kontra l-overcrowding fi stabbilimenti ta' divertiment? Jista’ jgħid ukoll x'ħidma qed issir mill-pulizija f'Paceville biex jiġi evitat li l-istabilimenti jippermettu overcrowding?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi ma jeżistux regolamenti speċifiċi fuq overcrowding fi stabbilimenti ta' divertiment. Infurmat illi l-Pulizija ġewwa Paceville tagħmel rondi regolari fl-istabbilimenti, fejn l-aċċess u l-ammont ta' persuni li jidħlu huwa kontrollat mis-sidien. Madankollu, jekk ikun hemm xi rapporti fuq din il-materja, il-Pulizija tindaga aktar, bl-assistenza ta’ Awtorità kompetenti. Il-Ministeru flimkien mal-Protezzjoni Ċivili qed iħejji Abbozz ta’ Liġi biex tagħti lill-Protezzjoni Ċivili l-għodda legali biex jinfurzaw azzjonijiet f’każi simili.

Stabbilimenti f’Paceville – prekawzjonijiet mill-Pulizija biex jiġi evitat l-overcrowding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux prekawzjonijiet mill-pulizija biex jiġi evitat overcrowding fl-istabbilimenti f'Paceville s-Sibt, 31 ta' Marzu, u jekk iva, jista’ jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi kif diġà ngħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5134, il-Pulizija tagħmel rondi regolari fi stabbilimenti ġewwa Paceville, u dan sar ukoll fil-31 ta’ Marzu 2018.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4594 u ċjoè: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ħaddiem iddaħħal jaħdem mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda u jagħti l-grad u t-titlu li ngħata kull ħaddiem? Jista’ jgħid ukoll f'liema sezzjoni tal-FMS qiegħed jaħdem bħalissa, kull ħaddiem ingaġġat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2014 sal-lum ġew ingaġġati 218 mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Minn dawn ġew terminati 53 ħaddiem. Dawn il-ħaddiema jokkupaw diversi karigi kif ukoll jagħtu s-servizzi tagħhom f’dipartimenti u entitajiet differenti fid-dipartiment tas-Saħħa dejjem skond l-esiġenzi tas-servizz u fl-aqwa interess għal-pazjenti tagħna.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ħaddiem iddaħħal jaħdem mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda u jagħti l-grad u t-titlu li ngħata kull ħaddiem? Jista’ jgħid ukoll f'liema sezzjoni tal-FMS qiegħed jaħdem bħalissa, kull ħaddiem ingaġġat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Privatizzazzjoni tal-kumpless tal-Korsa tal-Marsa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4519, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid min huma l-konsulenti tekniċi u esperti ta' dan l-isport li qegħdin jieħdu sehem f'dawn in-negozjati għall-privatizzazzjoni tal-Korsa tal-Marsa? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' ħlas qegħdin jieħdu dawn il-konsulenti biex jieħdu sehem f'dan il-proċess u x'tip ta' konsultazzjoni qegħdin jagħmlu ma' dawk kollha involuti f'dan l-isport qabel ma jiġi ffirmat dan il-ftehim ta' konċessjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħatar Negotiation Team biex imexxi l-proċess tan-negozjati. In-negotation team jikkonsisti minn Dr. Emanuel Camilleri, Chairman Privatisation Unit; is-Sur Renzo Farrugia, Senior Manager MIMCOL u s-Sur Brandon Lowell, Manager MIMCOL. Dan in-negotation team huwa flessibbli fis-sens li membri oħra temporanji xi kultant jagħtu pariri tekniċi waqt in-negozjati bħal pereżempju, is-Sur Edwin Borg (Chairman tal-Marsa Racing Club). Barra minn hekk, meta kien hemm bżonn in-negotation team ikkonsulta ma’ Malta Racing Club u mal-Malta Polo Club mingħajr l-ebda ħlas. Dan in-negotiation team qed jingħata kunsulenza legali minn Abela Advocates li ġew maħtura wara sejħa pubblika għal servizzi legali u li offrew l-irħas offerta. Barra minn hekk, il-Perit William Lewis li kien il-perit ta’ SportMalta, jagħti pariri tekniċi marbutin ma’ arkitettura u disinn tal-kumpless kif proposti mill-Proponent. L-uffiċjali kollha barra Abela Advocates u l-Perit Lewis mhumiex imħallsa addizzjonali rigward ix-xogħol li qed isir fin-Negotiation Team għax huwa parti mis-salarju li qed jitħallsu biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom fil-kariga li għandhom bħala uffiċjali pubbliċi. Ir-rata applikabbli għal konsulenza teknika hija ta’ €35 fis-siegħa filwaqt li r-rata tal-konsulenza legali hija ta’ €37.50 fis-siegħa.

Privatizzazzjoni tal-kumpless tal-Korsa tal-Marsa

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4519, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi deadline meta għandhom jiġu mitmuma n-negozjati għall-konċessjoni tal-korsa tal-Marsa lill-kumpanija privata interessata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huwa fl-interess tal-Gvern u tal-Isport innifsu illi dawn in-negozjati jiġu konklużi kmieni kemm jista’ jkun, possibilment sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Wara, il-ftehim irid jgħaddi mill-qafas tal-proċeduri normali tal-Gvern.

Awtorità tal-Artijiet – ħaddiema bit-telework jew reduced hours

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fuq telework jew reduced hours fl-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ jagħti l-grad għal kull ħaddiem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella li ssegwi; Lands Authority Number of Employees Grade Telework 2 Employees Managerial 2 Employees Senior Executive Officers 4 Employees Senior Professional Officers 2 Employees Executive Officers 1 Employees Professional Officer Reduced Hours 3 Employees Clerical Officers 2 Employees Exuctive Officers 2 Employees Senior Executive Officers 1 Employee Courier 1 Employee Senior Professional Officers 1 Employee Professional Officer