Jista' l-Ministru jara li jiġu installati parati ġodda f'Għar Lapsi hekk kif uħud minnhom tkissru u s-sajjieda qed isibuha diffiċli jtellgħu l-bċejjeċ tagħhom mill-baħar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari numru 8211 tat-12-il Leġiżlatura.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu s-Segretarju tal-Kunsill tal-Marsa Racing Club għas-sena 2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Istatut u Regolamenti tal-Marsa Racing Club (1987), Sezzjoni A. Statut, Artiklu 7, is-Segretarju jinħatar kif ikkwotat hawn taħt:
· Il-Kumitat ikun kompost minn tmien (8) membri li tlieta (3) minnhom jiġu eletti mill-membri ta’ l-Għaqda tas-Sidien u Ġerrejja taż-żwiemel permezz ta’ votazzjoni sigrieta. Il-Kumitat jinħatar minn sena għal sena u minn fost dawn it-tmien membri għandhom jinħatru s-Segretarju
u t-Teżorier. Iċ-Chairman jiġi maħtur mill-Ministru.
Mill-informazzjoni li għandi, s’issa s-Segretarju għadu ma ġiex maħtur minn fost il-membri.
Awtorità għat-Trasport f’Malta — Tbattil ta’ effluent f’bowsers
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Awtorità għat-Trasport f’Malta torbotx lil dawk li għandhom liċenzja biex iġorru turisti/passiġġieri bil-baħar sabiex l-effluent jitbattal f’bowsers mal-wasla tagħhom lura max-xatt? Jista’ jgħid x’verifiki jsiru biex dan ma jintremix max-xatt bil-lejl?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, l-bastimenti kummerċjali li jġorru l-passiġġieri fosthom turisti għandhom obbligi skont il-liġi li ma jiddisponux mill-effluent fil-portijiet u viċin il-kosta. Barra minn hekk l-Awtorità ħejjiet dokument li jissejjaħ Code of Practice for the Safety of Commercial Vessels, li għandu s-saħħa ta’ liġi, li fih diversi miżuri li għandhom jittieħdu mis-sid jew mill-operatur u l-kaptan tal-bastiment u li fosthom hemm ukoll prekawzjonijiet biex jitnaqqas kull tip ta’ tniġġiż.
L-Ispetturi tal-Port jagħmlu diversi spezzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-bastiment u fost oħrajn jivverifikaw kif jiġi dispost l-effluent minn dawk il-bastimenti li għandhom holding tank. Il-bastimenti li jġorru massa kbira ta’ passiġġieri bħal tal-Gozo Channel ikollhom id-discharge valve issiġġillat biex jiġi aċċertat li l-effluent ma jintremiex il-baħar. Dawn il-bastimenti/operaturi għandhom arranġamenti skont il-liġi biex jbattlu l-effluent ġo bowsers sabiex jittieħed ġo faċilità approvata li tirċievi dan il-materjal jew jiġi dispost fis-sistema tad-drenaġġ prinċipali wara li jinħareġ permess mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Awtorità għat-Trasport f’Malta – Spezzjonijiet fuq rimi ta’ effluent
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il spezzjoni saret mill-uffiċjali tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta sabiex jispezzjonaw kif qed jintrema l-effluent mill-bċejjeċ tal-baħar b’liċenzja li jġorru l-passiġġieri u t-turisti f’dawn l-aħħar ħames snin sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, li f’dawn l-aħħar ħames (5) snin saru mal-mija u ħamsin (150) spezzjoni relatati mas-sigurtà tal-bastiment mill-Ispetturi tal-Port. Waqt dawn l-ispezzjonijiet jiġi ċċekkjat u vverifikat il-mod kif l-effluent jiġi dispost.
L-Awtorità tinvestiga kull rapport ta’ tniġġiż b’mod serju ħafna u tieħu azzjoni immedjata, kemm ta’ infurzar kif ukoll legali, jekk jirriżulta li kien hemm xi ksur ta’ xi liġi jew xi direttiva tal-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma ħatarx il-Kunsill tal-Marsa Racing club għas-sena 2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Kunsill inħatar b'seħħ mill-1 ta' Jannar, 2019 u ġie mħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta' Jannar, 2019.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8595 u ċjoè: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra d-dati li fihom daħal it-tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma daħal l-ebda tanker tal-LNG biex jimla’ fil-Port ta’ Marsaxlokk. Madankollu qed nagħti informazzjoni dwar il-kunsinni ta’ LNG li daħlu fil-Port ta’ Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-Power Station tal-gass.
Kunsinna
Data
1
11 ta’ Jannar 2017
2
2 ta’ Frar 2017
3
24 ta’ Marzu 2017
4
10 ta’ Mejju 2017
5
3 ta’ Lulju 2017
6
24 t’ Awissu 2017
7
5 t’ Ottubru 2017
8
22 t’ Ottubru 2017
9
11 ta’ Jannar 2018
10
22 ta’ Marzu 2018
11
16 ta’ Ġunju 2018
12
3 ta’ Lulju 2018
13
7 t’ Awissu 2018
14
30 ta’ Settembru 2018
15
24 t’ Ottubru 2018
16
4 ta’ Diċembru 2018
17
1 ta’ Frar 2019
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Nikol Azzopardi fis-Siġġiewi ser tingħata t-tarmak għall-ewwel darba hekk kif is-sitwazzjoni fiż-żminijiet tax-xitwa hija ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Fil-fatt, f’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. It-triq indikata hija fost il-120 li tħabbru pubblikament fix-xhur li għaddew, u li ser jinbnew din is-sena. Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid din is-sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Tajjeb jiġi ċċarat li l-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ asfaltar. Il-bini mill-ġdid ta’ kull triq jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.
Bħala parti mill-proġett, Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew din il-ġimgħa se jinkludu t-tqegħid ta’ 32 kilometru ta’ pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni.
L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Ħal Qormi – Triq Amleto Spiteri – żvilupp ta’ żona
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hijiex lesta tikkunsidra l-iżvilupp taż-żona mmarkata bi kwadru fir-ritratt li qed jingħata separatament u li tinsab fiż-żona tal-iżvilupp fi Triq Amleto Spiteri Ħal Qormi?
Response (BORG, IAN)
Is-sit inidkat huwa zoned bħala ‘Valley Watercourse Areas’ u kopert bil-policy CG30 tal-Pjan Lokali ta’ Ħal Qormi tal-2006. Il-policy CG30 tindika li mhux permess żvilupp f’dawn iż-żoni.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra d-dati li fihom daħal it-tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Awtorità tal-Artijiet – talba għal rikonoxximent ta’ proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal rikonoxximent ta' proprjetà daħlet quddiem l-Awtorità tal-Artijiet, sa minn mindu twaqqfet l-Awtorità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, u jagħti għal kull talba x-xahar li fih ġiet sottomessa? Jista’ jgħid ukoll għal kull każ jekk it-talba ġietx milqugħa, rifjutata u/jew għadha qed tinħadem?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-erbgha domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Awtorità tal-Artijiet – applikazzjoni għal skema ta’ qbiela
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni taħt l-iskema tal-qbiela għad hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-erba' domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha postijiet vakanti l-Awtorità tal-Artijiet, maqsuma skont kull lokalità?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-erba' domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Awtorità tal-Artijiet – rapporti ta’ illegalità fuq tables and chairs
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' illegalità rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet fuq tables and chairs mill-ġurnata li twaqqfet l-Awtorità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-erba' domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-periti li tqabbdu sabiex jagħmlu valutazzjonijiet għal kull transazzjoni li mistennija tidħol jew li daħlet għaliha l-Awtorità tal-Artijiet minn mindu twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jsemmi liema kienu dawn il-proprjetajiet u d-data li fiha ġew inkarigati bix-xogħol il-periti rispettivi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-erbgha domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet li għadhom ma tħallsux
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet li għadhom ma tħallsux l-ammont imwiegħed lilhom għas-sena 2018 sabiex ikunu jistgħu jgħaddu l-flus lil dawk il-klabbs li huma affiljati magħhom u li jikkompetu barra minn Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet kollha li għamlu t-talba għal rimbursar ta’ flus imwegħdin minn SportMalta u li preżentaw id-dokumentazzjoni neċessarja kollha biex iseħħ tali pagament, kollha ġew proċessati.
Għotja ta’ darba għall-persuni li għamlu xi żmien jaħdmu f’Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8369 u jgħid jekk sarux pagamenti lil dawk il-ħaddiema li applikaw għall-għotja ta' darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta' Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, din l-għotja bdiet tingħata lill-benefiċċjarji eleġibbli mis-sena 2017, liema pagamenti saru bejn Ottubru u Diċembru tal-2017.
F’Novembru u Diċembru 2018, tħallas pagament ieħor wara li kienet saret sejħa oħra fil-Gazetta tal-Gvern għall-applikazzjonijiet f’April 2018.
Il-pagamenti saru lil dawk eleġibbli, li daħlu uffiċjalment fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 u li qabel din id-data għamlu xi żmien iservu f’dipartimenti tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjali pubbliċi. Fil-każ ta’ dawk il-persuni li laħqu mietu l-pagamenti saru lill-werrieta tagħhom.
Għotja ta’ darba għall-persuni li għamlu xi żmien jaħdmu f’Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux pagamenti lil dawk il-ħaddiema li applikaw għall-għotja ta' darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta' Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal rinnovament ta’ djar fl-Isla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar għal rinnovament ta’ djar fl-Isla f’dawn l-aħħar ħames snin bejn is-sena 2014 u l-2018 sal-jum li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minn dawn ġew approvati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7823, L-Awtorità tal-Ippjanar ma rċeviet ebda applikazzjoni ġewwa l-Isla fejn id-deskrizzjoni tal-iżvilupp propost kienet tinkludi l-kliem renovation, rinovar/zjoni, rinnovar/zjoni mill-1 ta’ Jannar 2014 sa llum. Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ma tikkategorizzax l-applikazjonijiet f'mod li wieħed ikun jaf jekk applikazjonijiet għal tibdil jew żidiet ikunux ser iwasslu għal rinnovament tal-propjetà. Wieħed irid iżomm f'moħħu ukoll li diversi xogħolijiet ta' rinnovazjoni ma jirrikjedux permess formali minn għand l-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba t-tanker tal-gass f’Delimara ġie mimli mill-ġdid minn mindu bdiet taħdem il-power station tal-Electrogas sal-jum li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li minn meta wasal l-LNG Tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk sal-lum, kien hemm total ta’ ħmistax-il transfer ta’ LNG.