Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negożji Żgħar — Sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

It-tagħrif jingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #12372 Sitting 288 2020-01-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

l-Informazzjoni għadha qed tinġabar
Leg 13 PQ #12181 Sitting 282 2019-11-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

SportMalta – konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti mqabbda minn SportMalta u jgħid kemm tħallsu mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #12204 Sitting 282 2019-11-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Malta Sports Scholarships – sportivi li ngħataw scholarship

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-isportivi li ngħataw scholarship taħt il-Malta Sports Scholarships? Jista’ jgħidilna kemm-il sportiv ma kwalifikax għal din l-assistenza?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-2012 sal-2019 ibbenefikaw 31 atleta fuq Training Programme u 85 applikant fuq korsijiet akkademiċi. Infurmat ukoll li għal dawn l-aħħar snin kull min applika taħt din l-iskema u kien eliġibbli, ibbenefika mill-Malta Sports Scholarships.

Dipartiment tal-Veterinarju — klieb abbandunati li qatlu qtates

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12132 u jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Veterinarju sabiex jinqabdu klieb abbandunati li ntlemħu joqtlu qtates f'numru ta' lokalitajiet, fosthom ukoll fis-Siġġiewi? Jekk ma ttieħdux passi, kif beħsiebu l-Ministru jindirizza din il-kwistjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali fi ħdan d-Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti qed jagħmel sorveljanza fl-inħawi tal-Madliena, Baħar iċ-Ċagħaq, il-Magħtab u s-Siġġiewi. Qegħdin jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex dawn il-klieb jkunu jistgħu jinqabdu.

L-Imqabba – Triq l-Imqabba (Ta’ Kandja) – pjanijiet biex jitnaqqas it-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11975 u jgħid xi pjanijiet għandu biex jitnaqqas it-traffiku fi Triq l-Imqabba fiż-żona magħrufa Ta' Kandja fil-limiti tas-Siġġiewi u tal-Imqabba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Aktar kmieni din is-sena, il-periti u t-tekniċi tal-aġenzija Infrastructure Malta qiesu l-qagħda, s-sigurezza u l-effiċjenza tat-triq indikata u bdew ifasslu pjanijiet ħalli fiż-żmien li ġej din il-konnessjoni bejn is-Siġġiewi, l-Imqabba u Ħal Luqa tiġi mtejba wkoll.

Ħaż-Żebbuġ – Triq is-Siġġiewi – junction tar-roundabout — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11976 u jgħid xi pjanijiet għandu biex titjieb il-junction tar-roundabout li tgħaqqad Triq is-Siġġiewi ma' Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10146 li ngħatat f’Seduta 231.

Kura tal-prostata – mediċini provduti bla ħlas

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, wara li ħabbar li l-kura tal-prostata se tibda tingħata b'xejn, x'mediċini ser ikunu provduti bla ħlas fil-formularju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diversi mediċini ġew approvati għall- Benign Prostatic Hypertrophy. Tnejn diġa qed jingħataw b’xejn li huma Doxazocin u Finasteride. Ninfurmah ukoll li nbeda l-proċess biex jiddaħħlu wkoll l-alpha 1 adrenorecoptor antagonists u 5 alpha reductase antagonists li għalihom pre¿entament hemm sejħa miftuħa għall-offerti.

Dipartiment tal-Veterinarju – klieb abbandunati li qatlu qtates

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Veterinarju sabiex jinqabdu klieb abbandunati li ntlemħu joqtlu qtates f'numru ta' lokalitajiet, fosthom ukoll fis-Siġġiewi? Jekk ma ttieħdux passi, kif beħsiebu l-Ministru jindirizza din il-kwistjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

L-Imqabba – Triq l-Imqabba (Ta’ Kandja) – pjanijiet biex jitnaqqas it-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex jitnaqqas it-traffiku fi Triq l-Imqabba fiż-żona magħrufa Ta' Kandja fil-limiti tas-Siġġiewi u tal-Imqabba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaż-Żebbuġ – Triq is-Siġġiewi – junction tar-roundabout — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex titjieb il-junction tar-roundabout li tgħaqqad Triq is-Siġġiewi ma' Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #11815 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individwu – kumpens tal-inġustizzji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ingħatax xi kumpens tal-inġustizzji, u jekk iva, jista’ jgħid kemm kien dan il-kumpens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Is-Sur Mario Cutajar applika ghall-process tal-Grievances imniedi fl-2014 u l-kaz deher bhalma dehru ohrajn quddiem bord mahtur apposta. Dehru wkoll numru ta’ xhieda mghajjta mill-bord innifsu biex wasal ghall-konkluzzjoni tieghu u sab li l-“ilmenti (ta’ kif gie trattat taht l-Amministrazzjoni precedenti ghall-2013) tas-Sur Cutajar huma gustifikati u li dawn gabu umiljazzjoni u telf finanzjarju konsiderevoli.” L-ilmenti gustifikati u ppruvati kienu: Inghata skala tas-salarju 4 fl-2009 (wara li ghamel kaz separat u apparti minn dan quddiem l-Ombudsman fuq diskriminazzjoni kontrih) imma din inghatatlu fuq probation ta’ sena meta gie stabbilit bix-xhieda li qatt ma inghatat skala 4 taht probation la sa dakinhar u lanqas sa llum ghajr fil-kaz tas-Sur Cutajar; Instab li din l-iskala inghatatlu minghajr ma biss intalab il-kunsens tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku b’mod li taffettwatlu hazin id-dritt tieghu tal-pensjoni ghax gie stabbilit li la ma kienx hemm approvazzjoni tal-PSC din il-hatra ma kellix sahha; Gie kkonfermat li meta waslet biex tghaddi s-sena probation il-hatra tas-Sur Cutajar ma gietx approvata u allura kien se jitqieghed lura fl-iskala precedenti tas-salarju tieghu li kienet torbot ma hatra li kellu fl-1985 (25 sena qabel) li kieku ma kienx ghall-protesti li saru mal-awtoritajiet kompetenti mill-istess Mario Cutajar; Li meta ntemmlu l-kuntratt minn ma Heritage Malta (kaz iehor separat u apparti dan li l-Kummissjoni tal-Impjiegi sabet li s-Sur Cutajar sofra minn diskriminazzjoni politika meta ntemmlu dak il-kuntratt) huwa intbaghat fl-MITC fejn inghata xoghol ta’ tnax-il skala tas-salarju inqas milli kellu s-Sur Cutajar bl-ghan li jigi umiljat imbaghad tnehhilu kull xoghol ghal kollox; Li tqieghed f’ufficcju hdejn ohrajn li baqghu igawdu salarji gholja u beneficcji ohra u sahansitra l-uzu ta’ karozzi ta’ meta kienu jahdmu f’entitajiet pubblici, anki meta tnehhew mill-hatriet li kellhom u dan meta lis-Sur Cutajar tnehhewlu l-beneficcji kollha li kellu meta tnehha minn Heritage Malta – u dan biex ikompli jigi umiljat; Gie konfermat ukoll li bejn l-2008 u l-2012 is-Sur Cutajar applika ghal ghexieren ta’ Direttorati imma qatt ma inhatar imkien u meta kien jidher li seta’ jiehu xi hatra ta’ Direttur il-process kien jitwaqqaf. Il-Bord innota wara li ra r-rapporti maghmula mill-bord li jirrakomanda hatriet ta’ Diretturi: “Jirrizulta illi dawn il-kummenti ghandhom haga komuni f’kull kaz u cioe li minn banda jfahhru l-kwalitajiet tas-Sur Cutajar izda f’kull kaz isibu xi haga difettuza li timpedih mill-kariga. Kumment wiehed partikolari li jimpressjona huwa fil-kaz ta’ Director (Industrial and Employment Realtions) fejn jinghad ‘Mr Mario Cutajar appears to be somewhat out of touch with the current employment and industrial relations issues,’” u dan meta s-Sur Cutajar kien ghadu hiereg minn 15-il sena karriera trejdunjonistika. Il-kumpens kien jikkoncerna t-trattament u kien jammonta ghal sebghat elef ewro. Is-sur Cutajar ma nvolva ruhu fl-ebda stadju tal-process.
Leg 13 PQ #11816 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Individwu – kumpens tal-inġustizzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ingħatax xi kumpens tal-inġustizzji, u jekk iva, jista’ jgħid kemm kien dan il-kumpens?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Leg 13 PQ #11837 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Pixxina Nazzjonali — servizz ta' WIFI

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz tal-WIFI li hemm fil-pixxina nazzjonali għadux fis-seħħ? Jekk le, huwa minnu li ilu xhur ma jaħdimx?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn SportMalta li s-servizz tal-WIFI b'xejn fl-area ta’ stennija u l-madwar għadu fis-seħħ u qatt ma kien hemm interruzzjoni għal xi perjodu ta’ żmien.
Leg 13 PQ #11664 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Skema għal traħħis ta' taxxa għall-isportivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11443 u jgħid kemm-il plejer jew atleta professjonali qed jibbenefika mill-iskema ta’ traħħis ta’ taxxa ta’ 7% għall-isportivi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-2018 kien hemm 413-il persuna li l-emolumenti tagħhom, fuq bazi full-time jew part-time f’attività sportiva, reġistrati bħala plejer jew atleta jew bħala coach liċenzjat, ibbenefikaw mit-taxxa ta’ 7.5%.

Awtoritajiet tal-Artijiet — lista ta' avviżi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11436 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' avviżi li ġew ippubblikati fil-gazzetti mill-Awtorità tal-Artijiet, inkluż il-ħlas ta' kull avviż u fuq liema ġurnal ġew ippubblikati minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-Awtorità tal-Artijiet, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba.
Leg 13 PQ #11666 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa– xogħol ta’ privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tal-privatizzazzjoni tal-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li wara l-fażi inizjali ta’ dan il-proġett fejn il-parlament ta l-konċessjoni, għaddejja l-ħidma min-naħa tal-operatur b’rabta ma’ dak li huwa proċess tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #11667 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kordin – Rugby Pitch – xogħol wieqaf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħol fuq ir-rugby pitch f’Kordin ilu wieqaf xhur?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa għaddej ix-xogħol fil-proċess tal-permessi relatati ma’ dan il-proġett b’kordinament ma’ Ministeru ieħor.