Aġġornament ta’ Design guidelines on Fire Safety for buildings in Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23347 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dokument ‘Design guidelines on fire safety for buildings in Malta’ jiġi aġġornat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Kif tħabbar, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ffirmat diversi ftehimiet ma' stakeholders, fosthom id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, biex wara konsultazzjoni jiġu abbozzati u jidħlu fis-seħħ Kodiċi Nazzjonali tal-Bini u l-Kostruzzjoni, li jitratta wkoll dan l-aspett.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23346 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu introdotti regolamenti dwar il-fire safety fil-binjiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Kif tħabbar, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ffirmat diversi ftehimiet ma' stakeholders, fosthom id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, biex wara konsultazzjoni jiġu abbozzati u jidħlu fis-seħħ Kodiċi Nazzjonali tal-Bini u l-Kostruzzjoni, li jitratta wkoll dan l-aspett.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ċ-charging stations f’Ħal Qormi, u jekk iva, tista’ tgħid f’liema toroq ser jiġu installati u meta se jitlestew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer u dawn jnkludu 38 charging point li se jsiru f’Ħal Qormi. Minn dawn, diġà hemm il-permessi neċessarji għal 12-il charging point ġdid li x-xogħol fuqhom mistenni jibda fix-xhur li ġejjin.
Is-siti fejn huwa propost li jsiru ċ-charging points li se jiżdiedu f’Ħal Qormi jinsabu fi Triq tal-Ħlas, bejn Triuq il-Mejjilla u Triq il-Ħabbież, Triq il-25 ta’ Mejju 1743, Triq il-Ħelsien, Triq Alessandro, Triq San Franġisk, Triq l-Oratorju, Triq San Edwardu, Triq il-Wied, Triq Amleto Spiteri, Triq is-Sajf, Triq id-Deheb Fin, Triq Angelo Borg, Triq in-Naħal, Triq Valletta, Triq Lapsi, Triq il-Kus, Triq Pinto u Triq Fontanier.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ċ-charging stations fis-Siġġiewi, u jekk iva, tista’ tgħid f’liema toroq ser jiġu installati u meta se jitlestew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer u dawn jnkludu 22 charging point li se jsiru fis-Siġġiewi. Minn dawn, diġà hemm il-permessi neċessarji għal 18-il charging point ġdid li x-xogħol fuqhom mistenni jibda fix-xhur li ġejjin.
Is-siti fejn huwa propost li jsiru ċ-charging points li se jiżdiedu fis-Siġġiewi jinsabu fi Triq Pawlu VI, Triq S. Borg Olivier, Triq Lorenzo Gafa, Triq Ramija, Triq Dun Manwel Zammit, Triq Mattia Preti, Triq Blat il-Qamar, Triq id-Difa, Triq l-Imqabba, Għar Lapsi (public parking) u Triq Santa Magerita.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ċ-charging stations f’Ħal Luqa, u jekk iva, tista’ tgħid f’liema toroq ser jiġu installati u meta se jitlestew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer u dawn jnkludu 22 charging point li se jsiru f’Ħal Luqa. Minn dawn, diġà hemm il-permessi neċessarji għal 6 charging points ġodda li x-xogħol fuqhom mistenni jibda fix-xhur li ġejjin.
Is-siti fejn huwa propost li jsiru ċ-charging points li se jiżdiedu f’Ħal Luqa jinsabu fi Triq Sir Ugo Mifsud, Triq Ġużeppi Ellul, Triq Patri Schembri, Triq l-Iskola, Triq Valletta, Triq il-Mitħna Ta’ Caraffa, Triq il-Gudja, Triq San Vincenz De Paule, Triq id-Daqquqa Kaħla, Ħal Farruġ Family Park u Triq ir-Russett Abjad.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk f’Malta jinbiegħx petrol E5 u E10 – petrol imħallat b’5% u b’10% ethanol, u jekk le, tgħid jekk hemmx pjan biex dan jiġi introdott?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’Malta s’issa mhux jinbiegħ petrol E5 jew E10. Dan peress li kemm il-prezz huwa ogħla minn dak normali, kif ukoll minħabba l-fatt li l-miri speċifikati mill-Unjoni Ewropeja għar-rigward ta’ emissjonijiet imposti fuq il-pajjiżi membri qegħdin jintlaħqu bi prodotti oħrajn hekk kif permess mill-istess direttiva.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar f’liema skejjel f’Għawdex hemm installata sistema tal-pannelli tax-xemx, id-daqs tas-sistema f’kWp u kemm iġġenerat units ta’ enerġija sena għal sena minn mindu s-sistema ġiet installata sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tal-pannelli tax-xemx ġiet installata fl-iskejjel f’Għawdex, madwar għaxar snin ilu; proġett li kien sar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ skejjel madwar Għawdex fejn ġew installati il-pannelli u l-ammont ta’ enerġija li ġġeneraw fuq perjodu ta’ madwar għaxar snin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23346 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu introdotti regolamenti dwar il-fire safety fil-binjiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed preżentament taħdem b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, sabiex ikollha linji gwida fuq il-fire safety fil-binjiet finalizzati, liema linji gwida jkunu introdotti bħala regolamenti.
Aġġornament ta’ Design guidelines on Fire Safety for buildings in Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23347 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dokument ‘Design guidelines on fire safety for buildings in Malta’ jiġi aġġornat?
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22664 u 23419 u jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22731 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Sponsorships u Donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22732 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23016 u jgħid kemm saru settlements mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ma' individwi mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min kienu tali individwi? Jista’ jgħid ukoll min mill-MFSA ddeċieda li jagħmel tali settlements u x'kienu dawn is-settlements?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23048, tista' l-Ministru tgħid kemm tħallset kull xahar il-kumpanija msemmija fl-istess tweġiba, li tipprovdi servizz ta' customer care għall-ARMS Ltd, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22719 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti li turi lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, inkluż l-entitajiet kollha.
Dipartiment/Entità
Sponsorship / donazzjoni
Benefikant
2023/2024
Ammont (€)
Dipartiment tal-Akwakultura u s-Sajd
Donazzjoni minn bejgħ ta’ gambli kbar ikkonfiskati
The Malta Community Chest Fund Foundation
2023
€4,988
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22720 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22721 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.