Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #13633 Sitting 317 2020-04-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

SportMalta – European Week of Sport – assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea biex SportMalta setgħet organizzat l-attivitajiet kollha marbuta mal-European Week of Sport tas-snin 2017, 2018, u 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport kienet kif ġej: 2017 – €31,674.17 2018 – €143,991.80 2019 – €109, 115.36

Skema tal-pannelli tax-xemx – għaqdiet volontarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħabbru l-għaqdiet volontarji li kkwalifikaw għall-iskema tal-pannelli tax-xemx li tħabbret f'Settembru 2019 u li r-riżultati tagħha kellhom jitħabbru fil-bidu ta' din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess miexi u fil-jiem li ġejjin se jibdew jitqassmu l-panelli tax-xemx kif kien ippjanat.
Leg 13 PQ #13454 Sitting 310 2020-03-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Gozo Sports Board – membri b’remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies b'remunerazzjoni fuq il-Gozo Sports Bord u kemm hi r-remunerazzjoni ta' kull membru?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #13455 Sitting 310 2020-03-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Gozo Sports Board — audit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar audit tal-operat tal-Gozo Sports Board u jekk sar, x'sar minnu u jekk instabux xi irregolaritajiet? Jekk instabu, x'passi ttieħdu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #13456 Sitting 310 2020-03-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Board – membri b’remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies b'remunerazzjoni fuq il-Gozo Sports Bord u kemm hi r-remunerazzjoni ta' kull membru?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ħadd fuq il-Gozo Sports Bord li għandu remunerazzjoni.
Leg 13 PQ #13457 Sitting 310 2020-03-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Board — audit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar audit tal-operat tal-Gozo Sports Board u jekk sar, x'sar minnu u jekk instabux xi irregolaritajiet? Jekk instabu, x'passi ttieħdu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva kien hemm audit.

Awtorità tal-Artijiet – skema għal ksur ta’ kundizzjonijiet mill-kuntratt emfitewtiku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Awtorità tal-Artijiet għadhiex bil-ħsieb li tintroduċi skema għal min ikun kiser xi kundizzjoni mill-kuntratt emfitewtiku li jkun ġie mifdi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet m'għandhiex ħsieb li tintroduċi skema għal min ikun kiser xi kundizzjoni mill-kuntratt emfitewtiku li jkun ġie mifdi.
Leg 13 PQ #13181 Sitting 304 2020-03-03 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola Nazzjonali tal-Isport – nuqqas ta’ taħriġ fid-dixxiplina fl-għawm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni beħsiebu jieħu b’rabta ma’ rapporti li jista’ għandu dwar nuqqas ta’ taħriġ fid-dixxiplina tal-għawm fl-iskola nazzjonali tal-isport?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-taħriġ tal-isport huwa r-responsabbiltà tal-assoċjazzjoni ta’ kull sport. L-iskola għandha l-għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika wkoll. Għalhekk, l-assoċjazzjonijiet għandhom iżommu l-impenn tagħhom biex jassistu.
Leg 13 PQ #13182 Sitting 304 2020-03-03 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola Nazzjoanli tal-Isport – strateġija għad-dixxiplina fl-għawm

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-istrateġija għad-dixxiplina fl-għawm fl-iskola nazzjonali tal-isport?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-istrateġija tad-dixxiplini sportivi tiġi mill-assoċjazzjoni kkonċernata ta’ kull sport, f’dan il-każ l-A.S.A. Iżda meta assoċjazzjoni ma tkunx tista' tipprovdi coaches, fejn tkun tista’ l-Iskola tal-Isport tassisti permezz ta’ l-għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika li jkunu wkoll ikkwalifikati fl-isport speċifiku, f’dan il-każ l-għawm.

Antenni tal-5G f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx installati antenni tal-5G f'Malta, u jekk iva fejn? Jekk le, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb jiġu installati, meta se jibda x-xogħol u fejn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Att li jirregola il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399), liema Att ittraspona Direttivi Ewropej dwar is-settur tal-komunikazzjoni elettronika, l-uzu tal-frekwenzi hekk kif liċenzjati mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) huwa fuq bazi newtrali, sew għat-teknoloġija kif ukoll għas-servizz. Għaldaqstant l-operaturi kummerċjali ta’ netwerks mingħajr fili huma fil-libertà li jippjanaw l-investimenti u l-infrastruttura tagħhom, inkluz dik tat-teknoloġija 5G, sakemm dawn jibqgħu konformi mal-parametri tal-imsemmija liċenzji. Sa issa l-ebda operatur kummerċjali lokali jew entità oħra ma irreġistrat domanda formali mal-MCA għall-uzu ta’ dawk il-frekwenzi identifikati u armonizzati mill-Unjoni Ewropea, li huma intizi skond l-istess deċizjonijiet li jiffaċilitaw l-introduzzjoni tat-teknoloġija 5G fl-Istati Membri.

Antenni tal-5G — studju dwar ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju f'Malta sabiex jkun investigat jekk is-sistema tal-antenni tal-5G jistgħux jikkaġunaw ħsara lill-bniedem? Jekk le, x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex jittieħdu s-salvagwardji neċessarji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Antenni tal-5G — studji

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarx xi studju f'Malta sabiex jkun investigat jekk is-sistema tal-antenni tal-5G jistgħux jikkaġunaw ħsara lill-bniedem? Jekk le, x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex jittieħdu s-salvagwardji neċessarji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret review tal-letteratura li tinkludi l-valutazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija internazzjonali għar-riċerka dwar il-Kanċer (IARC). Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ġew ippreżentati fil-Kumitat Parlamentari tas-Saħħa f'Novembru 2019.

Ħidma diplomatika mir-rappreżentanti diplomatiċi ta' Malta għall-pajjiżi Nordiċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-ħidma diplomatika mir-rappreżentanti diplomatiċi ta' Malta għall-pajjiżi nordiċi tal-Iżvezja, id-Danimarka, in-Norveġja u l-Finlandja mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' l-Ministru jinforma dwar l-inizjattivi li ttieħdu minn dawn ir-rappreżentanti matul dan il-perjodu biex jiġi promoss pajjiżna f'dawn l-erba' pajjiżi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma diplomatika mir-rappreżentanti diplomatiċi ta' Malta għall-pajjiżi nordiċi tal-Iżvezja, id-Danimarka, in-Norveġja u l-Finlandja mill-2018 hija kif gej: · Bilaterali Id-Danimarka: L-Ambaxxata għamlet it-tħejjijet neċessarji għall-preżentazzjoni tal-Kredenzjali lir-Reġina Margrethe tad-Danimarka mill-Ambaxxatrici Marlene Bonnici, f’Marzu tal-2019. L-Ambaxxata attendiet diversi Laqgħat ma’ numri ta’ uffiċjali Daniżi mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. L-Ambaxxata tat għajnuna diplomatika fil-każ ta’ żjarat minn membri tal-kabinett għall-avvenimenti li kienu qed iseħħu fid-Danimarka matul Awwissu 2018, Frar u Settembru 2019. L-Ambaxxata ħadmet ukoll biex tingħata sosten mid-Danimarka għad-diskussjoni ta’ proposta minn Malta u l-Iżvizzera waqt sessjoni tal-UNCITRAL fl-2018. L-Ambaxxata wettqet ukoll ħidma biex jiġi stabbilit arranġament reċiproku tas-sosten mid-Danimarka għall-kandidatura ta’ Malta fl-IMO (International Maritime Organisation). L-Ambaxxata pparteċipat f’diversi taħdidiet ma’ Uffiċjali Għolja fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Daniż dwar il-kandidatura ta’ Malta għal siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda 2023/2024. L-Ambaxxata ħadet ħsieb li tagħmel «Monitoring» tal-medja Daniża bħala parti mill-ħidma diplomatika ta rutina. L-Isvezja L-Ambaxxata għaddiet komunikazzjoni ta’ korrespondenza uffiċjali maħruġa mill-Kap tal-Istat tar-Republikka ta’ Malta kif ukoll membri tal-kabinet tar-Republikka ta’ Malta. Din ta’ l-aħħar tinkludi inviti għall-avvenimenti ta’ livell għoli li jkunu qed iseħħu f’Malta. L-Ambaxxata għaddiet ukoll komunikazzjoni ta’ korrespondenza uffiċjali indirizzati lill-Kap ta’ l-Istat tar-Republikka ta’ Malta kif ukoll membri tal-kabinet tar-Republikka ta’ Malta. Din ta’ l-aħħar tinkludi inviti għall-avvenimenti ta’ livell għoli li jkunu qed iseħħu fl-Isvezja. L-Ambaxxata tat għajnuna diplomatika fil każ ta’ żjara mill-President tar-Republikka ta’ Malta l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca f’avveniment li kien qed iseħħ fl-Isvezja f’Novembru 2018. L-Ambaxxata wettqet ħidma biex jiġi stabbilit arranġament reċiproku tas-sossten mill-Isvezja għall- kandidatura ta’ Malta fl-IMO (International Maritime Organisation). L-Ambaxxata wettqet ukoll ħidma għall-sossten min-Norveġja għad-diskussjoni ta’ proposta minn Malta u l-Isvizerra waqt sessjoni ftal-UNCITRAL li seħħet fl-2018. In-Norveġja L-Ambaxxata għaddiet komunikazzjoni ta’ korrespondenza uffiċjali maħruġa mill-Kap ta’ l-Istat tar-Republikka ta’ Malta kif ukoll membri tal-kabinett tar-Republikka ta’ Malta. Din ta’ l-aħħar tinkludi inviti għall-avvenimenti ta’ livell għoli li jkunu qed iseħħu f’Malta. L-Ambaxxata għaddiet ukoll komunikazzjoni ta’ korrespondenza uffiċjali indirizzati lill-Kap ta’ l-Istat tar-Republikka ta’ Malta kif ukoll membri tal-kabinet tar-Republikka ta’ Malta. L-Ambaxxata wettqet ukoll ħidma biex jiġi stabbilit arranġament reċiproku tas-sossten min-Norveġja għall- kandidatura ta’ Malta fl-IMO (International Maritime Organisation). L-Ambaxxata ħadmet ukoll għall-sossten min-Norveġja għad-diskussjoni ta’ proposta minn Malta u l-Isvizerra waqt sessjoni ftal-UNCITRAL li seħħet fl-2018. Il-Finlandja Fl-14 ta ’Diċembru 2018, il-PM Joseph Muscat kellhu laqgħa mall-Prim Ministru tal-Finlandja Juha Sipilä f’Malta. It-temi koperti waqt il- laqgħa kienu l-Brexit, l-affarijiet tal-UE u l-aġġornamenti politiċi fiż-żewġ pajjiżi. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ kellu laqgħa mal-Ambaxxatur Janne Taalas, fl-20 ta 'Ġunju 2019. F’Settembru 2019 il-Ministr għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ kellhu laqgħu mal-Ambaxxatru ġdida l-E.T. Pia Rantala-Engberg. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ħejja diversi preparamenti, sabiex l-Onor. Ministru Carmelo Abela jattendi l-laqgħa informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin (Gymnich) li sar fil-Finlandja bejn id-29 u t-30 t’Awwissu 2019. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ kellhu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Finlandja, Pekka Haavisto, bejn t’31 t’Awwissu u t-3 ta’ Settembru, fi Bled is-Slovenja. Matul il-laqgħa iż-żewġ Ministri dduskutew is-sitwazzjoni fl-Ewropa u fil-Mediterran. · Kummerċjali Id-Danimarka: Mil-lat kummerċjali, l-Ambaxxata ħejjiet għal-¯jara mill-Malta Enterprise fi Frar 2019 bil-għan li jigu stabbiliti kuntatti kummerċjali fid-Danimarka. L-Ambaxxata tat ukoll l-għajnuna lill-kumpaniji Maltin biex jesportaw lejn / isibu suq fid-Danimarka. L-Isvezja L-Ambaxxata għenet ukull fl-organizzazzjoni ta’ diversi żjarat mill-Malta Enterprise fi Frar 2019 bil-għan li jigu stabbiliti kuntatti kummerċjali fl-Isvezja. In-Norveġja L-Ambaxxata għenet ukull fl-organizzazzjoni ta’ diversi żjarat mill-Malta Enterprise fi Frar 2019 bil-għan li jigu stabbiliti kuntatti kummerċjali fin-Norveġja Il-Finlandja Id-dipartiment kummerċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ħejjew programm ta’ laqgħat bejt l-Ambaxxatur tal-Finlandja l-E.T. Pia Rantala-Engberg mal-Malta Enterprise u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta' Malta, li saru f 'Settembru 2019. · Konsolari Id-Danimarka: L-Ambaxxata wettqet ħidma biex jiġi identifikat Konslu Onorarju ġdid għar-reġjuni ta’ Zeeland (Copenhagen) fid-Danimarka. Il-Konslu Onorarju l-ġdida, Christina Charlotte Juel mistennija tibda il-ħidma tagħha fl-ewwel nofs tas-sena 2020. L-Ambaxxata għaddiet komunikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-ħruġ ta’ Dokumenti ta’ Identita’ ġodda (2018) u passporti ġodda (2019) indirizzata lill-awtorijiiet tad-Danimarka. L-Ambaxxata ġabret informazzjoni dwar visas, passaporti, ċittadinanza, kif ukoll għenet fit-tiġdid ta’numru ta’passaporti. L-Ambaxxata kontinwament tat l-għajnuna lil ċittadini Maltin u lill-familijari tagħħom fid-Danimarka, fl-2019 jinkludi każ ta’ mewt li attivat kordinazzjoni ma’diversi awtoritajiet Daniżi. L-Isvezja L-Ambaxxata provdiet informazzjoni dwar visas, passaporti, ċittadinanza. Tiġdid ta’ ta’ passaporti waqt dan il-perjodu. L-Ambaxxata assistiet fil-proċess ta’ applikazzjoni ta’ passaporti kif ukoll registrazzjoni ta’ twelid u żwieġ, lil-komunita’ Maltija fl-Isvezja. L-Ambaxxata tat l-għajnuna lil ċittadini Maltin fl-Isvezja kif ukoll individwi mogħtija dokumenti ta’ residenza maħuġin mill-awtoritajiet Maltin. In-Norveġja L-Ambaxxata assistiet fil-proċess tal-ħatra tal-Konslu Onorarju ġdid f’Osl, Bjørn Havnes għall-kontej ta’ Oslo, TeVe, Viken u Innlander fin-Norveġja li ġie konklus fil-bidu ta’ 2020. L-Ambaxxata provdiet u ġabret informazzjoni dwar visas, passaporti, ċittadinanza. Tiġdid ta’ passaporti saru waqt dan il-perjodu. L-Ambaxxata tat l-assistenza fil-proċess ta’ applikazzjoni ta’ passaporti kif ukoll registrazzjoni ta’ twelid u żwieġ, lil-komunita’ Maltija fin-Norveġja. L-Ambaxxata għenet ukoll lil ċittadini Maltin fin-Norveġja kif ukoll individwi mogħtija dokumenti ta’ residenza maħuġin mill-awtoritajiet Maltin. · Oħrajn Multilaterali: European Communications Office L-Ambaxxata għenet fil-prezentazzjoni tal-Istrument tal-adeżjoni ta’ Malta Fil-Konvenzjoni Ewropea tal-Kommunikazzjoni (April 2018). EU Id-Danimarka: L-Ambaxxata żammet Kuntatti ma’ uffiċjali Daniżi dwar pożizzjonijiet ta’ Malta f’diversi oqsma fosthom l-immigrazzjoni .

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Sponsorship

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12805, 12660, 12455 u 12371 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-medja tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozi Żgħar — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12660, 12455 u 12371 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #12855 Sitting 297 2020-02-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Klabb tan-Netball Ta’ Xbiex ASC – alternattiva għat-taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12771 u jagħti alternattiva għat-taħriġ lill-klabb Netball Ta’ Xbiex ASC minħabba li l-courts li jużaw għall-basketball u għan-netball li hemm fil-Marsa, se jitwaqqgħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm ikun qed jinbena l-kumpless tal-Marsa, il-courts ser ikunu disponibbli fil-kumpless ta` SportMalta f’Maria Assunta, il-Ħamrun.
Leg 13 PQ #12856 Sitting 297 2020-02-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12383, 12538 u 12772 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12539 u 12382 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12540 u 12381 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għas-Saħħa — sponsorships

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12380 u 12490 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.