Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – kirja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li Transport Malta teżenta lill-kerrejja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt mill-kirja għall-perjodu tal-COVID-19 hekk kif dawn kienu sfurzati jagħlqu minħabba li l-bejgħ waqaf għal kollox? Jikkunsidrax ukoll li japplika l-istess, għall-gabbani l-oħra li ffaċċjaw l-istess diffikultajiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #15381 Sitting 343 2020-06-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-Aħbarijiet — Spiża

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tas-setup tal-Konferenza tal-Aħbarijiet immexxija minnu nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020, bi break down tal-ispejjeż u min kien il-kuntrattur jew kuntratturi ingaġġati?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pipeline tal-gass – spiża finali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm mistennija tkun l-ispiża finali tal-pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja, inkluż l-istudji kollha u l-permessi neċessarji, billi jagħti break down tal-ispiża nnifisha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istima oriġinali tal-proġett tal-pipeline fuq livell preliminarju kienet ta’ madwar 400 miljun Euro. Fl-aħħar tas-sena 2019, il-kuntrattur inkarigat mid-disinn tal-proġett, wettaq studju fuq livell ta’ front-end engineering design (FEED) fuq kull aspett tal-proġett. Dan wassal biex l-istima oriġinali ġiet riveduta għal madwar 358 miljun Ewro. Hemm possibillta li l-pipeline ikun jista jissuplixi anki gassijiet rinnovabli fosthom biomethane u hydrogen. Hu stmat li sabiex il-pipeline ikun iddisinjat għal dawn it-tip ta’ gassijiet, l-istima tiżdied b’20 miljun Ewro. L-istudji kollha li twettqu sa mill-2013, inkluż dawk tal-permessi neċessarji, ġew parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja u l-valur totali ta’ dawn l-istudji jammonta għal madwar 8.3 miljun Ewro.

Superyacht – talba għal refueling

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15022 u jinforma lill-Kamra kemm-il talba għal refueling mal-moll minn superyacht ġiet irrifjutata minn Transport Malta mill-bidu ta’ Marzu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li matul-il-perjodu msemmi kien hemm talba wahda għal refueling mal-moll minn superyacht li Transport Malta irreferiet lil Port Health Medic hekk kif elenkat fit-Travel Ban Legal Notice u liema talba ġiet rifjutata.

Rotta tal-pipeline tal-gass – studji

Question

B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Ministru nhar it-Tlieta, 2 ta’ Ġunju 2020, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji abbinati mar-rotta tal-pipeline tal-gass?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudji sottomessi dwar ir-rotta magħżula għall-Istudju dwar l-Impatt Ambjentali lill-ERA, huma pubbliċi u kif ukoll disponnibli għall-pubbliku minn fuq il-website era.org.mt

Ix-Xgħajra – Drenaġġ mormi l-baħar mill-Impjant ta’ Tisfija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux infurmat bi drenaġġ mormi l-baħar mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Ta Barkat ix-Xgħajra sa minn Diċembru u jistax jgħidilna x’kienet ir-raġuni kawża ta’dan?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjant f’Ta’ Barkat jopera skont liċenzji approvati mill-awtoritajiet kompetenti. Dan l-impjant ġeneralment jopera skont id-designed capacity tiegħu. Mill-1 ta’ Diċembru 2019 sat-3 ta’ Ġunju 2020, irreġistra attivita online għal 94% fil-mija tal-ħin, meta kkomparat mad-designed capacity. Id- downtime ta’ 6% fil-mija tal-ħin irreġistrat huwa marbut ma’ preventive maintenance schedule u tindif neċessarju. F’dawn il-każi l-awtoritajiet kompetenti jkunu nfurmati skont proċessi stabiliti fil-liċenzja tal-operat. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem fuq pjan biex tkompli ttejjeb l-operat ta’ dan l-impjant għall-benefiċċju ta’ kull min hu nvolut.

Sistema biex tqabbad pulizija biex jagħlaq triq

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn is-sistema biex jitqabbad pulizija biex tingħalaq triq inbidlet, fejn jidher li m’għadux possibbli tqabbad pulizija kwalunke għajr dak li jkun indikat mid-detail officer tad-distrett, meta qabel kien possibbli li tqabbad pulizija dirett u tħallas ta’ xogħlu fl-għassa rispettiva?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi x-xogħol li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant normalment u skont il-liġi Sussidjarja 441.04, Regolamenti 8 (1) u (4), isir minn uffiċjali tal-komunità (LESA) jew minn uffiċjali tat-Transport Malta kemm-il darba li dawn ma jkunux disponibbli. Madankollu infurmat illi meta jintalbu pulizija biex jassistu tingħalaq triq, it-talba ssir mad-detail officer inkarigat mit-tqassim tax-xogħol fid-distrett partikolari wara illi l-individwu jew kuntrattur jipproduċi l-permess maħruġ mill-Kunsill Lokali rispettiv. Dan jieħu ħsieb jiġbor il-ħlas tas-servizz u jibgħat uffiċjal li jkun jista’ jwettaq ix-xogħol mitlub skont il-ħinjiet mitluba.

NGOs – skema għall-pannelli solari — riżultati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-Iskema tal-2019 biex -NGOs jinstallaw il-pannelli solari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xiri ta’ gass minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14878 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li għamel mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax-xiri tal-gass?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti ma’ għamel ebda ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatamet għax-xiri tal-gas.

Prezz għal xiri ta’ gass miftiehem ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14877 u jinforma lill-Kamra bil-prezz għal kull unit ta' gass (mmbtu) li l-Gvern ftiehem mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li jixtri għall-ewwel għaxar snin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti ma’ għamel ebda ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatamet għax-xiri tal-gas.

Fond tal-Kawżi Ġusti – assistenza finanzjarja lill-għaqdiet tal-armar tal-festi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għandux il-ħsieb li jamministra assistenza finanzjarja mill-Fond tal-Kawżi Ġusti lill-għaqdiet tal-armar tal-festi, bħalma għamel dan l-aħħar għall-każini tal-baned?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li talbiet għal-għajnuna mill-Fond tal-Kawzi Ġusti, jiġu l-ewwel evalwati minn kumitat li hemm apposta biex jara jekk it-talba hix eliġibbli jew le. Kull deċizjoni tittieħed purament fuq il-mertu tagħha biss.

Birżebbuġa – applikazzjonijiet għall-iskema ta’ double glazing aċċettati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iskema tad-double glazing tal-2019 għar-residenti ta' Birżebbuġa ġiet aċċettata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma aċċetta total ta’ 150 applikazzjoni.

Birżebbuġa – applikazzjonijiet għall-iskema ta’ double glazing aċċettati mħallsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iskema tad-double glazing tal-2019 għar-residenti ta' Birżebbuġa li ġiet aċċettata, tħallset?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ħallas total ta’ 11-il applikazzjoni.

Birżebbuġa – applikazzjonijiet għall-iskema ta’ double glazing li għadhom iridu jitħallsu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iskema tad-double glazing tal-2019 għar-residenti ta' Birżebbuġa fadal biex titħallas, u meta se jitħallsu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma fadallu jħallas total ta’ 139-il applikazzjoni. Dawn ser jitħallsu fi żmien sitt ġimgħat minn meta l-applikanti jissottomettu l-irċevuti fiskali lir-Regolatur.

Prezz għal xiri ta’ gass miftiehem ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-prezz għal kull unit ta' gass (mmbtu) li l-Gvern ftiehem mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li jixtri għall-ewwel għaxar snin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Xiri ta’ gass minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li għamel mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax-xiri tal-gass?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħal Luqa – Triq Dun Pawl – spiża tat-tender għal-latrina

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm kienet l-ispiża għat-tender mogħti għal-latrina fi Triq Dun Pawl Ħal Luqa, u jinkludi break down tal-istess spiża?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ispi¿a fuq ix-xogħol għal-latrina fi Triq Dun Pawl, Ħal Luqa hija kif murija fit-tabella hawn taħt: Tip ta’ Xogħol Spiża – VAT eskluż (€) Construction Works Demolition and Site Clearance 2,964 Waterproofing and roof works 1,183 Rendering works 9,164 Additional Works 750 Finishing Works Pipework 2,350 Apertures 5,250 Partitions 600 Miscellaneous Works 2,320 Tile Works 4,545 Sanitary Fixtures 5,150 Rendering 300 Additional Works 2,205 10% Contingency 3,959 Professional Fees 1,201 Total (excl. VAT) 44,751

Ħal Luqa – Triq id-Disgħa ta’ April — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu wieqaf ix-xogħol fi Triq id-Disgħa ta’ April f’Ħal Luqa u meta beħsiebu jiġi fi tmiemu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li x-xogħol ilu wieqaf mit-tieni ġimgħa ta’ Marzu. Ix-xogħol twaqqaf minħabba l-pandemija ta’ COVID-19 u hemm ħsieb li jitkompla ladarba s-sitwazzjoni terġa tiġi lura għan-normal.

NGOs – skema biex jinstallaw il-pannelli solari — riżultati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jitħabbru r-riżultati tal-Iskema tal-2019 għall-NGOs sabiex jinstallaw il-pannelli solari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Kamra li r-riżultati tal-Iskema tal-2019 għall-NGOs ġew ippubblikati.