Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16452 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Għaqdiet Non Governattivi (NGOs) humiex eżentati milli jħallsu €50 għal kull lotterija li jagħmlu biex jinġabru fondi għall-operat tagħhom? Jekk iva, jidhirlux li l-ħlas ta' €50 huwa eċċessiv meta mqabbel mal-ammonti żgħar ta' fondi li jinġabru, iktar u iktar meta dawn il-fondi jintużaw għal skop soċjali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-valur imsemmi huwa skorrett.
Fl-istess ħin ninforma li ma nbidel xejn milli kien hemm qabel, u għalhekk kull lotterija li tiġi organizzata teħtieġ permess mill-Awtorita ta’ Malta dwar il-Logħob, inkluz l-NGO’s.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Għaqdiet Non Governattivi (NGOs) humiex eżentati milli jħallsu €50 għal kull lotterija li jagħmlu biex jinġabru fondi għall-operat tagħhom? Jekk iva, jidhirlux li l-ħlas ta' €50 huwa eċċessiv meta mqabbel mal-ammonti żgħar ta' fondi li jinġabru, iktar u iktar meta dawn il-fondi jintużaw għal skop soċjali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vacancies f’Infrastructure Malta f’din l-aħħar sena, liema kienu (għal liema post) u jekk kinux posts li diġà kienu jeżistu? F’kull każ, kemm kien hemm kandidati u x’kien il-proċess tal-għażla għal kull post (jekk hux b'interview jew b'għażla diretta)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull meta jkun hemm vakanza biex jiġu ngaġġati ħaddiema ġodda, Infrastructure Malta ssegwi proċess ta’ ngaġġ skont il-liġi. Għaldaqstant, l-ewwel tinħareġ sejħa interna fi ħdan l-aġenzija stess. Jekk il-post vakant jibqa’ ma jimteliex internament, il-vakanza mbagħad tgħaddi għand l-Engineering Resources Limited, ir-Resource Support and Services Limited, u sussegwentement għand Jobsplus.
Matul din is-sena kien hemm sitt vakanzi minn Infrastructure Malta li minnhom imtlew erbgħa minn persuni li kollha ġew ingaġġati permezz ta’ Jobsplus u permezz ta’ intervista. Dawn kienu tlieta għall-kariga ta’ Co-ordination & Implementation Manager (pożizzjoni ġdida) li għalihom applikaw ħames kandidati kollha studenti li kien għadhom kemm temmew l-istduju tagħhom l-MCAST u minnhom intgħażlu tlieta. Żewġ vakanzi oħra kienu għal Quantity Surveyor (pożizzjoni li diġà kienet teżisti) u għalihom kien hemm ħames kandidati li ma ntgħażel ħadd minnhom. Kien hemm ukoll vakanza għal Project Implementation Manager (pożizzjoni ġdida) li għaliha ntgħażel l-uniku applikant li kien hemm, dejjem wara intervista.
B'referenza għall-istqarrija dwar it-tneħħija tal-pylons tad-dawl, jista' l-Ministru jgħid jekk il-materjal tal-linji tad-dawl u l-arbli (pylons) hux se jiġi rkuprat mill-Enemalta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-materjal li jinqala’ qed jikkontribwixxi għal parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-kuntratt miftiehem.
Transport Malta – Ħal Farruġ — Triq Luqa – bus stop
Question
Jista' l-Ministru jitlob lil Transport Malta sabiex terġa’ tinstalla l-bus stop li kien jinsab fi Triq Luqa, Ħal Farruġ direzzjoni minn Ħal Luqa għal Ħal Qormi, hekk kif kien tneħħa fit-twessiegħ tat-triq li kien sar dan l-aħħar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ttieħdet nota ta’ din it-talba mill-Awtorità tat-Trasport, liema talba sa tkun qiegħda tiġi evaluata fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani miktuba fuq il-waiting list sabiex jiddaħħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid meta kien l-aħħar anzjan li ddaħħal fir-residenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-weġiba se tingħata waqt seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15664 fl-intier tagħha, u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura organizzativa tal-ARMS bil-persuni li jokkupaw l-karigi msemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15527 u 15381 u jgħid kemm kienet l-ispiża tas-setup tal-Konferenza tal-Aħbarijiet immexxija minnu nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020, bi break down tal-ispejjeż u min kien il-kuntrattur jew kuntratturi ingaġġati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-attività, li qed jirreferi għaliha, nediet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun, ibbażat fuq tliet pilastri ewlenin, jiġifieri li jitnaqqsu l-ispejjeż għan-negozji u jagħtu aktar finanzjament, li tingħata spinta lid-domanda domestika u li jingħata sostenn dirett lill-industrija filwaqt li ninċentivaw ix-xogħol.
L-ispiża biex ġiet ippreżentata lill-poplu din l-akbar injezzjoni ekonomika li qatt ta Gvern fl-istorja ta’ pajjiżna ammontat għal €24,411.50. L-ispiża relatata kienet imqassma kif indikat: €10,000 għal stage u platforms; €7,000 għal LED screens; €2,489.00 għad-dwal; €2,420 għal tapit; €1,495.50 għas-sound u €1,007 għal siġġijiet. Il-kuntratturi ingaġġati kienu RVC Ltd; Nexos Lighting & Video; TEC Ltd; iCreate Ltd; Besteam Audio Ltd u iStage Ltd.
Transport Malta – kirja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15526 u 15374 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jikkunsidra li Transport Malta teżenta lill-kerrejja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt mill-kirja għall-perjodu tal-COVID-19 hekk kif dawn kienu sfurzati jagħlqu minħabba li l-bejgħ waqaf għal kollox? Jikkunsidrax ukoll li japplika l-istess, għall-gabbani l-oħra li ffaċċjaw l-istess diffikultajiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġriment sabiex jiġi kkunsidrat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-imwiet li ġew irreġistrati bejn Jannar u Mejju maqsuma għal kull sena mill-2015 sal-2020 ta' anzjani minn 65 sena 'il fuq li kienu rikoverati fl-isptarijiet u fid-djar tal-anzjani, kemm dawk pubbliċi u privati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, in-numru ta' persuni li mietu bejn Jannar u Mejju maqsuma għal kull sena mill-2015 sal-2020 ta' anzjani minn 65 sena 'il fuq li kienu rikoverati fl-isptarijiet u fid-djar tal-anzjani, kemm dawk pubbliċi u privati hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
2015
295
269
272
205
194
2016
268
223
189
194
190
2017
342
254
223
210
208
2018
294
284
251
226
222
2019
338
261
272
226
222
2020
288
227
267
223
195
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-data li fiha se tidħol fis-seħħ is-sistema tal-ismijiet li jkunu jistgħu jiġu rreġistrati bl-Alfabett sħiħ Malti?
Transport Malta – kirja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15374 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jikkunsidra li Transport Malta teżenta lill-kerrejja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt mill-kirja għall-perjodu tal-COVID-19 hekk kif dawn kienu sfurzati jagħlqu minħabba li l-bejgħ waqaf għal kollox? Jikkunsidrax ukoll li japplika l-istess, għall-gabbani l-oħra li ffaċċjaw l-istess diffikultajiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15381 u jgħid kemm kienet l-ispiża tas-setup tal-Konferenza tal-Aħbarijiet immexxija minnu nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020, bi break down tal-ispejjeż u min kien il-kuntrattur jew kuntratturi ingaġġati?
Ex Kummissarju tal-Pulizija – xogħol ta’ konsulenza għas-sigurtà pubblika
Question
Jista' l-Ministru jgħid bix-xogħol li wettaq l-eks Kummissarju tal-Pulizija li ismu qed jingħata separatament bħala konsultent għas-sigurtà pubblika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-persuna indikata kienet bdiet taħdem mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dwar it-tħejija ta’ regolamenti dwar avvenimenti pubbliċi u dwar pjan ta’ traffic managment f’każ ta’ emerġenza f’bini ‘high rise’
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-prezz għal kull unit ta' gass (mmbtu) li l-Enemalta ftiehem mal-kumpanija Socar li jixtri għall-ewwel għaxar snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta m’għamlet l-ebda ftehim mal-kumpanija msemmija għal xiri ta’ gass.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas l-eks Kummissarju li ismu qed jingħata separatament minn mindu ġie maħtur konsulent għas-sigurtà pubblika sal-ġurnata li fiha rriżenja minn konsulent?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Ononorevoli Interpellant li l-ħlas li sar lill-eks Kummissarju indikat mill-onorevoli interpellant huwa skont il-kuntratt li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13989. Kif spjegat ukoll fi tweġiba parlamentari 15383 il-ħlas marbut ma’ dan il-kuntratt waqaf kollu mal-mument li ġie sospiż u eventwalment itterminat.