Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kap Eżekuttiv tal-MGA – ħlasijiet ta’ biljetti

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jgħid min kien jiffirma għall-ħlasijiet tal-biljetti ta’ vjaġġi magħmula mill-Kap Eżekuttiv tal-MGA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kienu jiswew aktar minn €5,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kap Eżekuttiv tal-MGA – spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jgħid kemm kien hemm spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-MGA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kemm minnhom tħallsu direttament, kemm minnhom tħallsu b’visa cards u jekk kienx hemm cash withdrawls mill-kont tal-MGA minn ATMs barra minn Malta waqt tali vjaġġi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Vjaġġi ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ għamel fis-snin meta kien il-Kap Eżekuttiva tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Liema kienu? Meta saru? Jista’ jgħid id-durazzjoni tagħhom u min akkumpanjah fuq kull vjaġġ u kemm swew il-vjaġġi li saru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kap Eżekuttiv tal-MFSA – ħlasijiet ta’ biljetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien jiffirma għall-ħlasijiet tal-biljetti ta’ vjaġġi magħmula mill-Kap Eżekuttiv tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kienu jiswew aktar minn €5,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kap Eżekuttiv tal-MFSA – spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kemm minnhom tħallsu direttament, kemm minnhom tħallsu b’visa cards u jekk kienx hemm cash withdrawls mill-kont tal-MFSA minn ATMs barra minn Malta waqt tali vjaġġi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Engineering Resources Limited — ħaddiema assenjati f'Ministeri, dipartimenti u entitajiet oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem mill-Engineering Resources Limited ġew assenjati f'Ministeri, dipartimenti u entitajiet oħra u ma baqgħux jaħdmu fuq xogħol tal-Enemalta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Engineering Resources Limited (ERL) għandha 585 impjegat imqassmin f’Ministeri, dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern. Dan il-proċess kien sar bi ftehim mal-unions.

Bdiewa — għotja ta' qbiela

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda li bdiewa ġodda jkunu vvantaġġjati fl-għoti ta' qbiela tal-Gvern daħlitx fis-seħħ? Jistax jgħid ukoll x'inhuma r-rekwiżiti biex persuna tkun eliġibbli?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar dettalji dwar x’jifhem bih ‘bidwi ġdid’, sabiex l-informazzjoni provduta lilu tkun korretta u pertinenti għad-domanda tiegħu.

Art b'titlu ta' qbiela — bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il art b'titlu ta' qbiela ngħatat lill-bdiewa kkunsidrati ġodda mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16990 tal-istess Seduta.

Ftehim iffirmat minn individwu u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16635 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim LNG Security of Supply Agreement iffirmat fil-15 ta’ April 2015 mill-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ftehimiet iffirmati minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16634 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehimiet iffirmati mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Ażerbaijan?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Persuna b’diżabilità – eliġibilità għall-helper

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tbati mill-kundizzjoni tal-fibromyalgia u bil-card tal-persuna b’diżabilità, hijiex eliġibbli għall-għajnuna ta’ helper fid-dar tagħha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuna li tbati mill-kundizzjoni tal-fibromyalgia u bil-card tal-persuna b’diżabilità, hija eliġibbli għall-għajnuna ta’ helper fid-dar tagħha.

Ħaddiema — Workforce

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-workforce ta' ħaddiema reġistrati fl-aħħar ta' Frar u kemm hija l-workforce sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għad m’għandux statistika dwar in-numru ta’ ħaddiema reġistrati sal-aħħar ta’ Frar. L-aktar informazzjoni riċenti ppubblikata f’dan ir-rigward hija għal Jannar 2020.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma — perjodu

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-perjodu tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tneħħa mill-ewwel paġna fil-parti ta’ fuq tax-xelluġ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS riedet tkun iżjed preċiża u b’hekk dan il-perjodu qed jitniżżel ħdejn il-qari tad-dawl u l-qari tal-ilma. Din saret ukoll għaliex xi drabi jkun hemm differenza żgħira ta’ ġranet bejn il-qari taż-żewġ metres.

Rotta 62 – Siġġiewi – skeda tax-xitwa

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-Malta Public Transport biex treġġa' lura servizz mir-rotta 62 Siġġiewi-Valletta mit-8:00am ’il quddiem, li tnaqqas fl-iskeda tax-xitwa, hekk kif is-Siġġiewi qiegħed jikber, u f'istanzi fejn servizz partikolari ma joħroġx, kif ġara kemm-il darba, il-passiġġieri se jkollhom jistennew siegħa għas-servizz ta' wara? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tar-rotot li raw tnaqqas fis-servizzi tagħhom, bħal fil-każ 62 Siġġiewi - Valletta? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni għafejn tnaqqas servizz mir-rotta 62 Siġġiewi - Valletta mit-8:00am ’il quddiem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, n-numru ta’ passiġġiera li qedgħin juzaw il-mezzi tat-trasport pubbliku naqas u dan minħabba li n-nies qedgħin jivjaġġaw inqas, predominament minħabba il-pandemija tal-Covid 19. Fil-fatt minn analizi li saret fuq ir-rotta 62, jiġifieri r-rotta li tgħaqqad is-Siġġiewi mal-Belt Valletta jirriżulta li fost il-ġimgħa u s-Sibtijiet f’Settembru n-numru ta’ passiġġieri li wżaw din ir-rotta naqas b’medja ta’ 44% meta mqabbel ma’ l-istess perjodu s-sena ta’ qabel. Jirri¿ulta wkoll li l-Ħdud il-medja ta’ dan it-tnaqqis huwa pjuttost ikbar b’medja ta’ 48%. Kienet din ir-raġuni li tnaqqset il-frekwenza fuq din ir-rotta. F’din l-skeda s-servizz fuq ir-rotta 62 bejn il-05:30 u it-08:00 il-frekwenza baqat kif kienet jiġifieri frekwenza ta’ kull għoxrin minuta u wara dan il-ħin jaqleb għal kull 30 minuta. Jirri¿ulta ukoll li ma ġewx innotati problemi ta capacity fuq din ir-rotta wara dan it-tnaqqis. Infurmat li l-operatur tat-trasport pubbliku ser ikun qiegħed ikollu karozzi tal-linja fuq standby fl-inħawi tas-Siġġiewi sabiex dawn jintuzaw kemm il-darba jkun hemm xi problema ta capacity. Infurmat ukoll li mill-25 ta’ Ottubru 2020 il-frekwenza fuq din ir-rotta ser tkun qedgħha tiżdied bejn 08:00 u l-10:00 ta’ filgħodu fost il-ġimgħa, bejn 09:30 u 17:00 is-Sibtijiet u l-Ħdud bejn il-05:30 u 11:00 ta’ filgħodu. Transport Malta qedgħa tevalwa regolarment l-andament tal-passiġġiera sabiex fejn ikun hemm il-ħtieġa tiġi aġġustata l-frekwenza sabiex tiżgura li l-bżonnijiet tal-passiġġiera qed jiġu milħuqa. Ta’ min wieħed jinnota li ma’ din l-iskeda qed isiru vjaġġi addizjonali fuq seba’ rottot li huma 2, 43, 50, 82, 90, 91, X4. Iddaħħlet ukoll rotta ġdida bin-numru X300. Din ir-rotta hija waħda Express liema rotta tgħaqqad iċ-Ċirkewwa mal-Belt Valletta. Din ir-rotta hija sinkronizzata mal-wasla tal-vapur t’Għawdex. Dan sabiex il-passiġġiera Għawdxin ikunu moqgħdija bl-aħjar mod possibbli. Minbarra r-rotta 62, kien hemm tnaqqis ta’ frekwenza, minħabba t-tnaqqis fil-patrunaġġ, fuq tlett rotot oħra hekk kif gej: · Rotta 4, wara it-tmienja ta’ filgħodu · Rotta 15 · Rotta 35, wara id-disgħa ta’ filgħodu

San Ġiljan — Triq Sant'Andrija - xogħlijiet fuq triq

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fi Triq Sant'Andrija f'San Ġiljan, jista' l-Ministru jispjega għaliex parti minn din it-triq qed terġa' tinqala' propju ftit xhur wara li ngħatat it-tarmak biex irranġaw xi livelli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta intervjeniet fit-triq imsemmija minħabba ħsarat fis-sistema ta’ vultaġġ baxx li kien hemm fl-inħawi.

San Ġiljan — Triq Sant'Andrija - xogħlijiet fuq triq

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fi Triq Sant'Andrija f'San Ġiljan, jista' l-Ministru jispjega għaliex parti minn din it-triq qed terġa' tinqala' propju ftit xhur wara li ngħatat it-tarmak biex irranġaw xi livelli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab informat li dawn ix-xogħolijiet qed isiru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant nitolbu jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ghat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

Ftehimiet iffirmati minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehimiet iffirmati mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Ażerbaijan?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ftehim iffirmat minn individwu u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim LNG Security of Supply Agreement iffirmat fil-15 ta’ April 2015 mill-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Siġġiewi — Kappella tal-Lunzjata - xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tar-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata li tinsab fuq l-Għotja tas-Salib fis-Siġġiewi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Niforma lill-Onor. Interpellant, illi ninsab infurmat mid-Direttorat tar-Restawr, li l-investigazzjonijiet geoloġici li ngħatat spjegazzjoni dwarhom fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 12385 u 15363, bħala parti mill-proċess li eventwalment ser iwassal għar-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata, issa twettqu. Dawn l-investigazzjonijiet għandhom l-għan li jiġu mifhuma aħjar il-movimenti ġeoloġiċi li qed iseħħu tul l-għolja u li maż-żmien ikkawżaw ħsarat kbar fl-istruttura tal-istess Kappella. Fil-preżent bdew jitlestew testijiet tal-laboratorju li jistgħu isiru lokalment, u issa qed jitkompla l-proċess fejn uħud mill-kampjuni jintbagħtu l-Italja għal testijiet oħra speċjalizzati. Ġew installati ukoll fuq is-sit sistemi ta’ moniteraġġ (eż.: inclinometers) u qed jiġu studjati varjazzjonijiet u movimenti ġeoloġiċi fuq medda ta’ żmien. Il-fażi investigattiva hi mistennija li tieħu medda ta’ sena fl-intier tagħha. Dan eventwalment iwassal biex jiġi mfassal pjan għall-konsolidazzjoni ġeoteknika tas-sit u eventwalment jiġi mfassal ukoll pjan għar-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata. Qed isiru wkoll is-surveys arkitettoniċi li ser iwasslu biex kmieni s-sena d-dieħla, la darba l-fażi investigattiva tkun magħluqa, issir is-sottomissjoni meħtieġa għall-permessi tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.

San Ġiljan – Triq Sant’Andrija — xogħlijiet

Question

B’referenza għal xogħlijiet li saru fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan, jista’ l-Ministru jispjega għaliex parti minn din it-triq qiegħda terġa’ tinqala’ proprju ftit xhur wara li ngħatat it-tarmac biex irranġaw xi livelli?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.