Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #17512 Sitting 407 2020-12-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tagħha matul din il-leġiżlatura?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tagħha matul din il-leġiżlatura?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġejt infurmat li l-attendenza tal-membri fil-laqgħat ta’ kull bord li jaqgħa taħt ir-responsabilita ta’ dan il-Ministeru matul din il-leġiżlatura huma kif ġejjin: · Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Anna Lindh: Uffiċjali tal-Ministeru pparteċipaw f’kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Anna Lindh li jsiru perjodikament, inkluż b’mod virtwali matul l-2020. Dan il-bord jiddiskuti l-ħidma u l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni. L-aħħar laqgħa saret fit-22 ta’ Lulju 2020. · Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa: Uffiċjali tal-Ministeru pparteċipaw f’kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa li jsiru perjodikament, inkluż b’mod virtwali matul l-2020. Din il-Fondazzjoni sservi ta’ pont bejn is-soċjetà ċivili u l-gvernijiet tar-reġjun Asjatiku-Ewropew. L-aħħar laqgħa saret bejn il-11-12 ta’ Ġunju 2020. · Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni EU-LAC: Uffiċjali mill-Ministeru jattendu dan il-Bord, li ġeneralment jiltaqa’ darbtejn fis-sena. L-aħħar laqgħa saret b’mod virtwali fis-26 ta’ Novembru 2020, fejn fost affarijiet oħra ġew diskussi l-Programm ta’ Ħidma Annwali u l-baġit għall-2021 u n-nomina tas-Sinjura Leire Pajín Iraola (Spanja) bħala l-President il-ġdid tal-Fondazzjoni EU-LAC. · Bord tad-Diplomazija Kulturali: Il-Bord jigi maħtur Ad Hoc skont il-bżonn u l-attendenza hija dejjem sħiħa. Il-Bord jiltaqa biex jiddeċiedi dwar għazla ta’ proġetti. · Bord dwar Overseas Development Assistance: Il-Bord jiġi maħtur Ad Hoc skont il-bżonn u l-attendenza hija dejjem sħiħa. Il-Bord jiltaqa biex jiddeċiedi dwar għazla ta’ proġetti. · Bord tas-Sanzjonijiet: Dan huwa Bord mwaqqaf skont il-Kapitlu 365 tal-Liġijiet ta’ Malta. Ninsab infurmat li ġeneralment l-membri tal-Bord dejjem attendew għal kull laqgħa li huma ġew mistiedna għaliha. Id-data tal-meeting tiġi kkordinata minn qabel mal-membri konċernati u l-Bord jiltaqa’ meta jkun hemm bżonn.

Is-Siġġiewi — Triq il-Providenza - wiċċ ġdid tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta hiex beħsiebha tagħti wiċċ ġdid lil Triq tal-Providenza mill-Kappella tal-Providenza sad-Dar tal-Providenza fil-limiti tas-Siġġiewi?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Persuni li jbatu mill-multiple sclerosis — għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-multiple sclerosis? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuni li jbatu minn Multiple Sclerosis huma intitolati għall-Assistenza għal Diżabilita` Severa li tammonta sa €107.18 fil-ġimgħa jekk hija persuna taħt is-60 sena u €120.02 fil-ġimgħa jekk ‘il fuq minn 60 sena. F’każ li l-benefiċjarju assolutament ma jistax jaħdem minħabba d-diżabilita` tiegħu, ikun intitolat għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilita` Severa li hija €161.40 fil-ġimgħa. Ma tinżammx statistika ta` kemm hemm persuni ibagħtu minn din id-diżabilita`. Id-Diżabilta` msemmija hija elenkata fid-definizzjoni fl-Artiklu 2 (Persuna Gravament Diżabilitata) fl-Att dwar is-Sigurta` Soċjali (Kap 318).

Ħlas fuq vjaġġ u akkomodazzjoni ta’ persuna għal laqgħa fil-Qatar

Question

Tista' l-Ministru tgħid min ħallas il-vjaġġ u akkomodazzjoni għall-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex attenda laqgħa mal-ex Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġewwa l-Qatar fl-2013? Kemm swew il-vjaġġ u l-akkomodazzjoni? X'ħareġ minn din il-laqgħa? Min approva dawn il-pagamenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinghata f’xi seduta ohra.

Magħtab/Għallis – ammont ta’ gass maqbud

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-ammonti ta' gass li ġew maqbuda s'issa (xahar, xahar u sena, sena) mill-impjant tal-Magħtab/Għallis? X'sar minnu dan il-gass? Jista' jgħid ġiex iġġenerat xi elettriku minn dan is-sors ta' enerġija?

Response (FARRUGIA, AARON)

> Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Enemalta – każijiet li rċeviet minħabba ħsarat bil-qtugħ tal-provvista tad-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' każijiet li tressqu lill-Korporazzjoni Enemalta dwar spejjeż kawżati lil djar f' Malta u Għawdex kawża ta' ħsarat fil-provvista tad-dawl minħabba qtugħ tal-provvista jew xorta oħra mill-Korporazzjoni Enemalta jew powerstation, mill-2017 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

ARMS/Enemalta – kumpens lill-familji li jiġġeneraw l-elettriku bis-sistemi fotovoltajiċi

Question

Tista' l-Ministru tagħti ċ-ċifra tal-flus globali li l-ARMS u/jew l-Enemalta għandha tħallas bħala kumpens għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li stallaw fid-djar privati tagħhom u/jew fi stabilimenti kummerċjali? Tista’ tgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Jekk hemm xi dewmien, tista' tgħid għaliex għadhom ma tħallsux?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi l-ARMS tħallas dak li hu dovut fi flus lill-klijenti kollha tagħha fil-ħin. Sabiex ikompli jitħaffef il-proċess tal-ħlas, il-klijenti huma mħeġġa li jgħatu d-dettalji tal-kont bankarju tagħhom lill-ARMS u b’hekk jiġu mħallsa 15-il ġurnata wara li jkun ħareġ il-kont. Jekk il-klijent ma jkunx applika biex jitħallas direttament fil-kont bankarju, wieħed ikun irid jinforma lill-ARMS u l-ħlas jiġi mibgħut lilu permezz ta’ cheque.
Leg 13 PQ #17470 Sitting 405 2020-11-30 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

NSO – pubblikazzjoni tar-Registered Employment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma baqax jippubblika l-istatistika Registered Employment minn Jannar li għadda 'l hawn, kuntrarju għal dak li kien jiġri qabel kull xahar u għal snin sħaħ??

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma kienx qed jippubblika l-istatistika Registered Employment matul ix-xhur imsemmija minħabba dewmien min-naħa tas-sors biex jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar impjiegi fis-settur pubbliku. L-informazzjoni li tkopri l-ewwel xhur tas-sena 2020 se tinħareġ mill-aktar fis possibbli. Hekk kif l-Uffiċċju jkollu data għall-pubblikazzjoni tan- news release , din tkun aġġornata fuq il-kalendarju li huwa disponibbli online .

Ftehim iffirmat minn individwu u kumpanija

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17403, 16753 u 16635 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim LNG Security of Supply Agreement iffirmat fil-15 ta’ April 2015 mill-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-informazzjoni se tingħata f'xi seduta oħra
Leg 13 PQ #17495 Sitting 405 2020-11-30 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – pagamenti lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu pagamenti, meta u ta’ xiex mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament matul l-2018, 2019 u l-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #17382 Sitting 404 2020-11-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Persuna b’diżabilità – eliġibilità għall-helper

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16761, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-aħħar statistika disponibbli għand l-NSO dwar kemm kienet il-workforce ta' ħaddiema reġistrati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

Infrastructure Malta – Twessiegħ ta’ partijiet minn Triq Ta’ Bur il-Kbir fis-Siġġiewi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk Infrastructure Malta għandhomx il-pjan li jwessgħu partijiet minn Triq Ta' Bur il-Kbir fis-Siġġiewi, u jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq indikata għandha partijiet minnha li huma dojoq ħafna u huma ta’ periklu għal dawk li jgħaddu mill-inħawi. Kien hemm talbiet minn residenti tal-madwar, bdiewa u persuni oħrajn li jgħaddu minnha biex din it-triq titranġa. Għaldaqstant, Infrastructure Malta qed tqis is-sitwazzjoni u tfassal pjan ta’ kif din it-triq tista’ tiġi rranġata. F’każ li jkun hemm bżonn li jsir twessiegħ, dan ikun mill-inqas possibbli kemm it-triq issir sigura.

Ftehim iffirmat minn individwu u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16753 u 16635 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim LNG Security of Supply Agreement iffirmat fil-15 ta’ April 2015 mill-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ftehimiet iffirmati minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16754 u 16634 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehimiet iffirmati mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Ażerbaijan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #17330 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – lista ta’ direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17217 u jipprovdi lista ta' direct orders li ngħataw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) inkluż ir-referenza għan-numru tal-kuntratt, in-natura tal-kuntratt u lil min ingħata, id-data li fih ingħata u d-data li l-kuntratt ġie approvat mill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba d-domanda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċimiterju tal-Addolorata – tiġdid ta’ konvenji fuq oqbra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk humiex ser jiġġeddu konvenji fuq oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata li mistennija jiskadu fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konvenji fuq oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata li se jiskadu se jiġu mġedda. Fl-aħħar ta’ din is-sena mistennija jsiru l-ewwel kuntratti fuq oqbra fl-imsemmi ċimiterju.