Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22682, 24063 u 25727 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22718, 24229 u 25769 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ARMS fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’liema gradi ġew impjegati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li matul din il-Leġiżlatura, kif turi t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ġew ingaġġati mal-ARMS 78 ħaddiem fi gradi differenti u fl-istess perjodu kien hemm 94 ħaddiem li spiċċaw mill-impjieg billi rtiraw bl-età jew irriżenjaw għax sabu impjieg ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentati 26301 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25283, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-enerġija ġġenerata mis-sistemi tal-pannelli tax-xemx fl-iskejjel Għawdxin minn mindu ġew installati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 25283.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25283, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-enerġija ġġenerata mis-sistemi tal-pannelli tax-xemx fl-iskejjel Għawdxin minn mindu ġew installati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25328, jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) se tiffinalizza u tintroduċi regolamenti dwar il-fire safety fuq il-binjiet f'Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija uffiċċjali tal-Gvern Numru 250351 li tinkludi informazzjoni dwar il-ħidma inkwistjoni.
Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Ħad-Dingli u Ħal Luqa — New Water
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta s-servizz tan-New Water ser jitwassal Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Ħad-Dingli u Ħal Luqa għall-benefiċċju tal-bdiewa li jaħdmu l-għelieqi fl-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, permezz ta’ kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea, għaddejja b’diversi proġetti ta’ estensjoni tas-servizz tan-New Water, kemm fil-Lbiċ ta’ Malta kif ukoll f’ Għawdex. Il-Korporazzjoni qed tevalwa wkoll il-possibbiltà biex permezz ta’ fondi li jappartjenu għall-programm il-ġdid tal-Unjoni Ewropea, tkun tista’ twettaq l-istudji meħtieġa għal estensjoni tas-servizz fl-inħawi msemmija.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport - Impjieg ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ingaġġat b’xi mod ma’ xi dipartiment, awtorità, aġenzija jew kwalunkwe entità li taqa taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll meta ġie ingaġġat, ma’ min, x’inhu xogħlu u kemm hu l-ħlas li qiegħed jingħata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Novembru tas-sena l-oħra, l-individwu msemmi ġie ngaġġat bħala Policy Consultant full-time fi ħdan l-iStrategic & Priorities Unit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Siġġiewi — Proġett taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola
Question
Jista’ l-Ministru jagħti data speċifika ta’ meta se jitlesta l-proġett taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi mistenni jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22721 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24568 u jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed jaħdmu bħala Health and Safety Officers fuq proġetti ta’ kostruzzjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk hux kollha għandhom il-kwalifiki neċessarji li jirrenduhom ‘persuni kompetenti’ skont ir-rekwiżiti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 424.36?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għal liema tip ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni qed jagħmel referenza għalihom fil-mistoqsija tiegħu, u kif ukoll jiċċara għal liema Health and Safety Officers qed jirreferi.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni — Responsibility Form - Kontrolli
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24569 u jgħid x’kontrolli tuża l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni sabiex tikkonferma li min jiffirma Sezzjoni 1.14 (Project Supervisor as per Legal Notice 88 of 2018 appointed by developer) tar-Responsibility Form maħruġa mill-istess Awtorità jkun persuna kompetenti skont kif titlob il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 424.36?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu u dan fid-dawl tal-fatt li Avviż Legali numru 88 tal-2018 (kif ukoll issa fil-Kap. 646) “Project Supervisor” huwa definit bħala “kull persuna naturali jew legali responsabbli għas-superviżjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’proġett, imqabbad minn klijent”, dan filwaqt li "persuna kompetenti" tfisser “persuna li jkollha l-kwalifiki adegwati, taħriġ adattat u tagħrif, esperjenza u prattikasuffiċjenti, biex twettaq mingħajr ħsara l-biċċa xogħol speċifikajew ix-xogħol meħtieġ”. Għalhekk, li dawn iż-żewġ rwoli huma distinti.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni — Competent Persons Register - Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24570 u jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed joffru s-servizz ta’ Health and Safety Officers fuq proġetti ta’ kostruzzjoni u ffirmaw sezzjoni 1.14 tar-Responsibility Form maħruġa mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni minkejja li mhumiex inklużi fil-lista ta’ Competent Persons Register 2024 maħruġ mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni hiex ser tibqa' taċċetta persuni li jippreżentaw ruħhom bħala Health and Safety Officers u jiffirmaw sezzjoni 1.14 tar-Responsibility Form bla ma jkunu inklużi fil-Competent Persons Register tal-OHSA?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-site responsibility form dedikata lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ma jintalabx li jitniżżel il-‘Health and Safety Officer” imma l-“Project Supervisor”. In oltre l-Awtorita’ qed taħdem fuq verzjoni diġitali tal-istess formula, li se jkun jippermetti li jinħarġu wkoll listi abbazi tal-informazzjoni provduta.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Kuntratt ta’ impieg
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23676 u jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-'Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis' li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitulati għal termination benefit fl-eventwalità li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inġabar F-gas mis-sistemi ta’ airconditioners użati mil-2015 sal-2024 maqsuma sena b'sena, bħala tunnellaġġ u bħala persentaġġ ta’ kemm tpoġġew F-gases fuq is-suq (bulk u f’apparat)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23879 u jgħid jekk kienx hemm persuni li ġew impjegati direttament jew ingħataw xi forma ta’ kuntratt ta’ xogħol ma’ Esplora matul l-2024 u jekk kien hemm, min huma? Jista’ jgħid ukoll x’inhu xogħolhom u minn liema lokalità ġejjin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ma kien hemm ebda impjieg ta’ dan ix-xorti.
Ministeru għall-Finanzi — Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22673 u 24060 u jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 24110.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22682 u 24063 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22718 u 24229 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.