Legislature:
Category:
Reset
Active:

Multiple Sclerosis – kriterji għal għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18172 u 17779 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17504, jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna u jkollu l-kundizzjoni tal-multiple sclerosis? Kulħadd jista' jieħu din l-għajnuna, jew hemm xi kriterji li jridu jiġu sodisfatti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fit-Test tal-Mezzi, sabiex persuna tikkwalifika għall-Assistenza għal-Diżabilta` Severa (SDA) bil-kundizzjoni msemmija jiġifieri MS, jiġi ikkalkulat id-dħul mill-assi ta’ l-applikant biss. Jekk l-assi ikunu kongunti jittieħed nofs id-dħul. Jiġu kkunsidrati ukoll kull dħul ieħor li ma jkunx ġej minn impjieg. Id-dħul kollu jiġi ikkalkulat fil-ġimgħa u persuna tali jitnaqqsilha l-benefiċċju biss, kemm il-darba id-dħul fil-ġimgħa ikun jaqbeż id-differenza bejn il-Paga Minima Nazzjonali u r-rata tal-benefiċċju. L-ammont li jeċċedi jitnaqqas gross mill-benefiċċju.

Ministeru għas-Saħħa — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17766 u 17520 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra in-numru ta’ laqgħat li saru f’kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħi li ltaqgħu mill-2017 sa Novembru 2020.
Leg 13 PQ #18171 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema maċ-Ċivil jew fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17781 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil u s-settur pubbliku fl-aħħar ta' Novembru 2020? Kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil, inkluż awtoritajiet u units, fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li għal perjodu ta’Frar 2013, nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 12908, ninsab nfurmat li fl-2020 l-persentaġġ ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku kien ta ‘21%.

Multiple Sclerosis – kriterji għal għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17779 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17504, jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna u jkollu l-kundizzjoni tal-multiple sclerosis? Kulħadd jista' jieħu din l-għajnuna, jew hemm xi kriterji li jridu jiġu sodisfatti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Aġġudikazzjoni tal-għoti tal-kuntratt tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas – membri u konsulenti ingaġġati

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħlasijiet kollha li saru lill-membri u jew konsulenti li b'xi mod jew ieħor kienu ingaġġati b'rabta mal-aġġudikazzjoni tal-għoti tal-kuntratt tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas, inkluż u mhux limitat għall-membri tal-EoIC Committee, RfP Evaluation Committees Stage 1, Stage 2, Stage 3, Stage 4, Stage 5 u l-Programme Sponsoring Group, bl-ammont inkluż separat mogħti lil kull individwu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #18189 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – Liċenzji taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja ħarġet l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali (Kap. 590 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità s’issa ħarġet liċenzja waħda, kif ukoll tnax-il in-principle approval lill-entitajiet li jipprovdu servizz ta’ VFA taħt l-Att Dwar L-Attiv Finanzjarju Virtwali (Kap. 590 tal-liġijiet ta’ Malta). Barra minn hekk, l-Awtorità bħalissa għandha wkoll dsatax aġent ta’ VFA irreġistrati kif ukoll zewġ whitepapers għall-offerti dwar VFA inizjali u dħul għal negozju f’borza ta’ VFA.

Vetturi li jaħdmu bl-elettriku – charging stations

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn charging stations għal vetturi li jaħdmu bl-elettriku madwar Malta u Għawdex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament il-Ministeru għandu total ta’ sitta u ħamsin (56) charging pillar installati madwar Malta u Għawdex. Sitta u erbgħin (46) minn dawn ic-charging pillars għandhom żewġ charging points kull wieħed, filwaqt li l-għaxar (10) charging pillars l-oħra għandhom charging point kull wieħed. Dan iwassal għal total ta’ mija u żewġ (102) charging points li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.

Vetturi li jaħdmu bl-elettriku li huma proprjetà tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm vetturi li jaħdmu bl-elettriku li huma proprjetà tal-Gvern jew ta' entitajiet li jaqgħu taħt il-Gvern? Tista' l-Ministru tagħti lista taħt liema ministeru jaqgħu u x'tip ta' vettura huma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Ministeru tal-Enerġija,l-intrapriza u l-izvilupp sostenibbli, b’kollox qed jintużaw sitt (6) vetturi. Tlett (3) vetturi huma tal-għamla Nissan Leaf, waħda (1) Peugeot Ion, (1) Fiat Forklifter u (1) Reddot Forklifter. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 5964 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 420, nhar it-Tlieta, 26 ta' Jannar 2021)

Produzzjoni tal-Ilma mir-Reverse Osmosis

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni ta’ ilma mir-reverse osmosis f'pajjiżna matul is-snin 2015 sal-2020 maqsuma skont l-impjanti rispettivi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Sena Pembroke RO Lapsi RO Ċirkewwa RO Total Annwali m3 (miljuni) m3 (miljuni) m3 (miljuni) m3 (miljuni) 2015 10.4 4.9 2.5 17.8 2016 10.3 5.3 2.9 18.5 2017 11.0 4.9 3.0 18.9 2018 11.1 4.9 3.4 19.4 2019 11.8 5.4 3.0 20.2 2020 10.9 5.7 3.6 20.2

Persentaġġ ta’ ilma miġbur mill-pjan

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien il-persentaġġ ta' ilma miġbur mill-pjan komparat ma' dak iffiltrat mill-baħar kull sena mill-2013 sal-2020?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Sena % Reverse Osmosis % Ilma tal-Pjan 2013 55% 45% 2014 54% 46% 2015 57% 43% 2016 57% 43% 2017 58% 43% 2018 58% 42% 2019 58% 42% 2020 58% 42%
Leg 13 PQ #17940 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Multi mogħtija lill-kumpaniji/banek/ individwi

Question

Wara s-sentenza tal-Qrati Maltin fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fir-rigward ta' multi mogħtija lill-kumpaniji/banek/individwi li ngħataw multi ta' aktar minn 10% tat-turnover tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att Kontra l-Ħasil tal-Flus (Kap373) jipprovdi għall- proċedura ta’ Appell minn multi li jiġu imposti mill-FIAU fuq banek u kumpaniji oħra suġġetti għall-obbligi kontra l-ħasil tal-flus. Dan l-istess Att jipprovdi illi l-multi maħruġa mill-FIAU u li dwarhom jinfetaħ appell ma jkunux meqjusa finali u dovuti sakemm il-Qorti ma tikkonfermax id-deċizjoni tal-FIAU. Tajjeb ukoll, li wieħed jinnota wkoll li din il-proċedura ta’ appell hi waħda ampja ferm. Appelli jistgħu jsiru kemm fuq punti legali, kif ukoll fuq il-fatti li jkunu wasslu għall-impozizzjoni tal-multi.
Leg 13 PQ #17861 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - Attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17719 u 17510 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-bordijiet li huma fid-dekasteru tal-Prim Minsitru fil-perjodu msemmi ltaqgħu kif ġej: Education Board for the Institute for Public Service - 32 laqgħa Institute for Public Services -13 laqgħa Medical Board (Uffiċċju Elettorali) -19 laqgħa Street Naming Committee Malta (Uffiċċju Elettorali) - 44 laqgħa RSSL - 17 laqgħa Board of Governors (NDSF)- 49 laqgħa Advisory Board (NDSF) -15 laqgħa State Aid Monitoring Board – 27 laqgħa Project Selection Appeals Board – 24 laqgħa Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li fil-laqgħat kollha dejjem kien hemm kworum.

Formularju tal-Mediċini — Xeralto

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li jdaħħal il-pilloli tal-qalb għat-traqqiq tad-demm ix-Xarelto fil-formularju minbarra il-Warfarina, peress li dawn jittieħdu partikolarment mill-anzjani pensjonanti, jiswew madwar €80 fix-xahar, u għandhom inqas riskji mill-Warfarina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċina msemmija minnu ġiet diskussa fil-kumitat tekniku tal-GFLAC u fiż-żmien li ġej se tiġi diskussa fil-kumitat tal-Advisory Committee for Healthcare Benefits. Nfakkru ukoll illi mill-2013 sal lum fil-formularju tal-gvern, dan il-gvern daħħal diversi mediċini/trattamenti ġodda għal diversi kundizzjonijiet fostom għall-kanċer tal-Prostata, Dijabete’, mard fil-pulmun kif ukoll tilqim lit-tfal fost oħrajn. Dawn jingħataw lill-pazjenti tagħna bla ħlas u li minnhom qed jibbenefikaw eluf ta’ pazjenti.

Pipeline tal-gass – rifjut għall-Fondi Ewropej

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta mogħtija għar-rifjut għall-Fondi Ewropej għall-proposta ta’ pipeline tal-gass?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress illi d-dokument li qed jagħmel referenza għalih huwa propjeta tal-Kummissjoni Ewropea, id-dokument ma jistax jiġi ippubblikat minna. Barra minn hekk, dan id-dokument fih informazzjoni li tista’ tippreġudika applikazzjonijiet futuri li possibliment jistgħu jsiru minn Malta.

Korp tal-Pulizija — Każijiet dwar storbju eċċessiv minn karozzi privati – penali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il penali nħarġet mill-Korp tal-Pulizija fuq każijiet li jirrigwardjaw storbju eċċessiv minn karozzi privati mill-2013 sal-2020, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ċ-ċitazzjonijiet jew ‘tickets’ li nħarrġu mill-Pulizija rigward storbju eċċessiv (silencer mhux effettiv) minn vetturi privati sena b’sena, mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2020, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena Ċitazzjonijiet/ tickets 2013 120 2014 187 2015 214 2016 115 2017 100 2018 66 2019 64 2020 62 Total 928

Pipeline tal-gass – Fondi Ewropej

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar proposta li ssottomettiet Malta għall-Fondi Ewropej b’rabta mal-pipeline tal-gass?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistgħax tiġi ppubblikata għax l-applikazzjoni fiha kontenut ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Karozzi li jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn karozzi li jaħdmu bl-elettriku f'Malta fl-aħħar tas-sena 2020? Kemm minnhom huma karozzi tal-passiġġieri u kemm huma ta' natura oħra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor Interrpellanti jirreferi għal mistoqsija Parlamentari 17973 ta’ Seduta 417.
Leg 13 PQ #17847 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17523 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għan-numru ta’ laqgħat li saru f’kull bord; Fis-sena 2020, il-Bord tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex għamel 4 laqgħat; Fis-sena 2019-2020, għad-Dwejra Opportunity Fund saru 12 -il laqgħa; Fis-sena 2020, il-Gozo Sports Board għamel 2 laqgħat; Fis-snin 2017-2020, il-Gozo Channel (Operations) Limited (BODs) għamel 45 laqgħa; u Fis-snin 2017-2020, il-Gozo Heliport Ltd (BODs) iltaqa’ 13 -il darba Sa fejn jiena nfurmat, bejn il-bordijiet dejjem intlaħaq il-kworum meħtieġ għal kul laqgħa li saret.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17522 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi, iltaqgħu regolarment f’din il-leġiżlatura bil-maġġoranza tal-membri dejjem ikunu preżenti, tant li qatt ma kien hemm problemi biex jintlaħaq kworum.