Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19311 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rata ta’ twelid u ta’ imwiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kienet ir-rata tat-twelid u r-rata ta' mwiet f'dawn l-aħħar għaxar snin, mogħtija sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Wind Farms fil-Montenegro – investigazzjoni interna tal-Enemalta

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet id-data li fiha r-rapport tal-investigazzjoni interna tal-Enemalta fuq il-proġett tal-irdieden tar-riħ fil-Montenegro ġie mgħoddi lill-pulizija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport ġie mgħoddi lil-Pulizija fit-8 ta’ Jannar 2021.

Enemalta – Rapport tal-awditjar dwar il-proċess tal-wind farm f’Montenegro

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-awditjar magħmul mill-Enemalta dwar il-proċess tal-wind farm f’Montenegro?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport intern li sar fuq inizjattiva tal-Enemalta ġie mgħoddi lill-Pulizija, li qed tara jekk hemmx lok ta' investigazzjoni. Għalhekk, ikun prematur li jiġi ppubblikat ladarba jista jippreġudika x-xogħol li qed tagħmel il-pulizija
Leg 13 PQ #18983 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Dipartiment tal-NSSS — servizzi mogħtija

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi ngħataw mill-bidu tas-sena akkademika sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, mid-Dipartiment tal-NSSS fejn jidħlu professjonisti u servizzi speċjalizzati lil kull skola pimarja, sekondarja medja u sekondarja tal-istat, liċ-Ċentri tar-Riżorsi u ċentri edukattivi oħra, bl-informazzjoni mogħtija b'mod separat għal kull skola, u kemm-il darba ngħataw dawn is-servizzi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi speċjalizzati provduti mid-Dipartiment tal-NSSS huma: - Servizz għall-Istudenti b’Diffikultajiet fl-Udit - Servizz għal Studenti b’Diffikultajiet Okulari - Autism Spectrum Support Team ( ASST ) - Child Safety Services (CSS) - Anti bullying - Servizz ta’ Kontra l-Abbuż mis-Sustanza - Servizz ta’ Counselling - Is-Servizz tal-Psikoterapija - Is-Servizz Psikoloġiku fl-Iskejjel - Servizz ta’ Gwida għall-Karrieri fl-Iskejjel - Il-Ħidma Soċjali fl-Iskejjel - Is-Servizz tal -Early Intervention - Speech therapy fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa - Occupational therapy fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa Hemm servizzi oħrajn li huma Servizz Għożża, Home tuition u s-Servizz Edukattiv mogħti fl-Isptar Mater Dei u fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo li dawn ma jingħatawx fl-iskejjel. Dan apparti servizzi oħra li jingħataw b’kordinazzjoni ma’ entitajiet oħra. L-informazzjoni relatata ma’ statistika tingħata meta t-tagħrif ikun disponibbli.
Leg 13 PQ #18984 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel sekondarji medji tal-Istat — Tfal bi bżonnijiet edukattivi individwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal bi bżonnijiet edukattivi individwali fl-iskejjel sekondarji medji tal-Istat (years 7 u 8), bl-informazzjoni mogħtija separatament għal kull skola u għal kull sena eduakttiva?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18985 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

LSE impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm LSEs impjegati mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u kemm minnhom qed jagħtu servizz online mid-dar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li mill-2586 LSEs li huma impjegati mal-Ministeru għall-Edukazzjoni hemm 77 li qed jagħtu servizz online mid-dar.

Kumpanija — nies li ddaħħlu jaħdmu l-Enemalta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu nies jaħdmu l-Enemalta minn mindu twaqqfet l-Engineering Resources Limited sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, u f'liema gradi ddaħħlu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Engineering Resources Limited timpjega 184 impjegat mal-Enemalta, fil-gradi kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Kumpanija — nies seconded mill-Enemalta

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn mindu twaqqfet l-Engineering Resources Limited, kemm ġew seconded nies mill-Enemalta mal-ERL li mgħadhomx jaħdmu l-Enemalta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ma ssekondatx nies minn tagħha għal mal-Engineering Resources Limited.

Infrastructure Malta – Triq tas-Santi limiti tal-Imġarr — bollards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta hiex beħsiebha tinstalla bollards fit-Triq tas-Santi limiti tal-Imġarr minflok il-blokok tal-konkos li tqiegħdu u li minħabba fihom djieqet it-triq?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma bla heda sabiex ittejjeb il-kwalità tat-toroq tal-pajjiż, fosthom toroq arterjali, toroq residenzjali u anke toroq rurali li sfortunatament kienu tħallew mitluqa bla ebda manutenzjoni għal snin twal. Matul is-sena li għaddiet, Infrastructure Malta investiet aktar minn €15-il miljun biex tibni mill-ġdid u ttejjeb 102 toroq fil-kampanja li jintużaw mill-bdiewa li jaħdmu l-għelieqi madwarhom u minn ħafna oħrajn li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fl-inħawi. Fl-2020 l-aġenzija bniet mill-ġdid jew irranġat mas-60 kilometru ta’ toroq rurali, jiġifieri aktar mid-doppju tat-tul ta’ Malta, miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa. Taħt l-art f’dawn it-toroq, qiegħdet mal-40 kilometru ta’ pajpijiet, katusi u cables taħt l-art, biex ittejjeb il-provvista ta’ diversi servizzi f’dawn l-inħawi wkoll. B’hekk mill-2019 sal-lum, Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’aktar minn 230 triq rurali f’aktar minn 30 lokalità. Triq is-Santi, li fiha rotta ta' 3 kilometri bejn l-Imġarr u l-Baħrija, fil-limiti tar-Rabat, għadha kemm tlestiet u fiha sar investiment ta’ €1,035,250 biex minbarra tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid bl-asfalt sarulha wkoll servizzi tal-ilma. Huwa ppjanat li l-blokok tal-konkos ser jinbidlu ma’ sistema ta’ crash barriers siguri u ta’ tip u għamla li jkunu l-aktar kompatibbli mal-karattru rurali tal-inħawi, peress li qabel ma kienx hemm installazzjonijiet ta’ sigurezza ta’ dan it-tip. Din il-ħidma għal infrastruttura aħjar għas-settur agrikolu f’Malta ser tkompli bla heda fl-2021 bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq rurali u xogħlijiet oħra.

Aġġudikazzjoni tal-għoti tal-kuntratt tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas – membri u konsulenti ingaġġati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18179 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħlasijiet kollha li saru lill-membri u jew konsulenti li b'xi mod jew ieħor kienu ingaġġati b'rabta mal-aġġudikazzjoni tal-għoti tal-kuntratt tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas, inkluż u mhux limitat għall-membri tal-EoIC Committee, RfP Evaluation Committees Stage 1, Stage 2, Stage 3, Stage 4, Stage 5 u l-Programme Sponsoring Group, bl-ammont inkluż separat mogħti lil kull individwu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba diġa ġiet ippublikata fir-rapport tal-Awditur Ġenerali intitolat; “An Investigation of Matters Relating to the Contracts awarded to Electrogas Malta Ltd. by Enemalta Corporation”.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Is-Siġġiewi – Trejqa tal-Providenza — katusi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jitpoġġew il-katusi l-ġodda tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Trejqa tal-Providenza mill-Istatwa tal-Madonna ta’ Ħax-Xluq sar-roundabout ta’ quddiem il-Kappella tal-Providenza fil-limiti tas-Siġġiewi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol minn Triq Lapsi fid-direzzjoni lejn it-Trejqa tal-Providenza ser jibda’ fil-ġranet li ġejjin.

Residenza San Vinċenz de Paule – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew fuq il-waiting list biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li San Vinċenz de Paule addotta sistema ta’ prijorita’ bbażata fuq urġenza medika u fuq livell ta’ dipendenza u għaldaqstant hemm tliet kategoriji maqsuma skont l-urġenza, bl-ewwel kategorija klassifikata bħala l-aktar urġenti. Fl-ewwel kategorija hemm 22 persuna, fit-tieni kategorija hemm 55 persuna u fit-tielet kategorija hemm 846 persuna li qedgħin jistennew biex jidħlu f’San Vinċenz de Paule.

Is-Siġġiewi — Kappella tal-Lunzjata - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol fuq il-Kappella tal-Lunzjata li tinsab biswit is-Salib tal-Għolja fil-limit tas-Siġġiewi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mill-ġurnata tar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari numru 16636 sal-ġurnata ta’ llum, qed jitkompla l-moniteraġġ perjodiku ta’ varjazzjonijiet u movimenti ġeoloġiċi fuq is-sit permezz tal-inclinometers, kif ukoll it-testijiet fil-laboratorji. Tlestew ukoll is- surveys arkitettoniċi tal-Kappella u qed jiġu preparati l-pjanti li ser jiġu sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar la darba tiġi konkluża l-fażi investigattiva u jiġi fformulat l-pjan ta’ konsolidazzjoni tas-sit u restawr tal-Kappella.
Leg 13 PQ #18422 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Junior College – studenti li jsegwu l-lezzjonijiet mill-kurituri

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li hemm studenti qegħdin isegwu l-lezzjonijiet mill-kurituri fil-Junior College l-Imsida, u x'beħsiebha tagħmel biex din il-kwistjoni tkun indirizzata?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Junior College ilu li ħoloq diversi postijiet addattati imsejħa Quiet Areas biex l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu l-lezzjonijiet online minn dawn il-postijiet bil-kumdità kollha. Finalment hija l-għażla tal-istudent innifsu biex jagħżel minn fejn isegwi l-lezzjonijiet imma żgur mhux għax m’hemmx post biżżejjed fil-Quiet Areas.

Charging Stations għall-karozzi elettriċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il charging station għall-karozzi elettriċi ġew installati mill-2016 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm charging stations installati, pero’ l-Ministeru qed jaħdem fuq pjan biex jinstalla 130 charging station matul din is-sena.

Stallazzjoni ta’ Charging Stations għall-Karozzi Elettriċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jiġu installati charging stations għall-karozzi elettriċi matul din is-sena u fejn se jiġu installati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena hemm pjanat li jiġu nstallati 130 charging pillar b’żewg charging points f’kull pillar u li dawn jammontaw għal total ta’ 260 charging point. Dawn il-260 charging point se jkunu qed jiżdiedu ma’ pillars diġa eżistenti madwar Malta u Għawdex. Il-pillars l-ġodda ser jiġu mqasmin f’postijiet strateġiċi, kemm f’ Malta u f’ Għawdex. Apparti minn hekk il-Ministeru qed jesplora kull opportunita sabiex dan in-numru ta’ charging pillars ikompli jiżdied skont il-ħtieġa matul s-sena.

Soluzzjoni għall-pannelli solari li tgħattew b’binjiet ogħla

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17937 u tgħid x’qed jikkunsidra l-Gvern bħala soluzzjoni għal min kellu pannelli solari li tgħattew minħabba li l-ġar ikun bena ogħla minnu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern huwa konxju minn bini ġdid li jista’ jitfgħa dell fuq panelli solari eżistenti, dak li hu magħruf bħala ‘drittijiet solari’. Dwar dan, bħala Ministeru għaddejin diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar biex nidentifikaw soluzzjonijiet ta’ kif nistgħu nindirizzaw dawn id-drittijiet.