Ħaż-Żebbuġ – Junction bejn Triq l-Imdina u Triq is-Siġġiewi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta għandhiex l-intenzjoni li ttejjeb il-junction f'Ħaż-Żebbuġ li tgħaqqad Triq l-Imdina u Triq is-Siġġiewi?
Response (BORG, IAN)
Nixtiequ nikkonfermaw lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed taħdem biex ittejjeb il-junction f'Ħaż-Żebbuġ li tgħaqqad Triq l-Imdina u Triq is-Siġġiewi bħal ħafna proġetti li diġà saru u li qed issiru madwar lokalitajiet Maltin.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20726, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-persentaġġ tal-kapaċità massima tal-interconnector li ntuża f'kull ġurnata mill-ġurnata fi xħin beda jopera sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il substation ġiet ikkummissjonata (tlestiet u tiffunzjona) mill-Enemalta, f'Malta u Għawdex fil-perjodu bejn Mejju 1987 u Marzu 2013?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar..
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il Distribution Centre ġiet ikkummisjonata (tlestiet u tiffunzjona) mill-Enemalta, f'Malta u Għawdex, fil-perjodu bejn Mejju 1987 u Marzu 2013?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar..
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20725 u tgħid kemm-il darba kien hemm down time fil-powerstation tal-Electrogas u tas-Shangai Electric mill-ġurnata li fiha bdiet topera l-Electrogas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm down time fil-powerstation tal-Electrogas u tas-Shangai Electric mill-ġurnata li fiha bdiet topera l-Electrogas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħin (f'sigħat u minuti) kuljum li fihom intuża l-interconnector mill-ewwel ġurnata li beda jopera?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interconnector bejn Malta u Sqallija ġie inawgurat f’April tas-sena 2015. Minn dakinhar s’issa l-interconnector intuża matul is-siegħat kollha tal-ġurnata minnbarra f’ċertu ċirkustanzi fejn kien hemm xi ħsara jew bżonn ta’ xi forma ta’ manutenzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti sottokritti mill-Gvern Malti li għaddew mill-ewwel stadju tal-għażla fis-sejħa għall-proġetti taħt l-Innovation Fund, sejħa li għalqet f’Ottubru 2020?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma għandu l-ebda proġett sottoskritt taħt l-Innovation Fund fl-imsemmija sejħa.
Jista’ l-Ministru jindika għaliex Electrogas Malta hija indikata bħala 'Compliance Status C' taħt l-EU emissions trading scheme? Jista’ jindika hemmx każ ta’ non-compliance u x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li, kuntrarjament għal dak li qed jintqal fil-mistoqsija, fil-fatt skont ir-Reġistru tal-Unjoni għall-EU Emissions Trading System, il-compliance status ta’ Electrogas Malta huwa “A” u allura mhux il-każ li m’hemmx Compliance kif qed jallega hu.
Is-Saqqajja/Siġġiewi – Triq it-Tiġrija — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titlesta Triq it-Tiġrija li tagħti mis-Saqqajja għas-Siġġiewi hekk kif ilha one-way għal numru ta’ ġimgħat u rari tara ħaddiema fit-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel fażi saru xogħlijiet preparatorji fit-triq indikata, fosthom ġew mgħoddijin servizzi taħt l-art u anke sar titjib tal-bankini billi nbnew mill-ġdid. It-triq reġgħet tinsab miftuħa b’mod normali sakemm ix-xogħlijiet jitkomplew fiż-żmien li ġej kif ippjanat, anke f’kordinazzjoni ma’ proġetti oħrajn li qegħdin isiru f’toroq oħrajn u li jistgħu jolqtu din ir-rotta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-persentaġġ tal-anzjani mlaqqma kontra l-COVID-19 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, skont l-etajiet li ġejjin b’mod separat;
a. minn 60 sa 69 sena;
b. minn 70 sa 79 sena;
c. minn 80 sa 89 sena; u
d. għal dawk li għandhom 90 sena u iktar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, li qed tindika l-persentaġġ tal-persuni li ġew imlaqqma kontra l-Covid-19 sal-lum.
60-69
70%
70-79
86%
80-89
98%
90 +
99%
Anzjani mlaqqma konta l-Covid-19 li jgħixu fir-residenzi tal-anzjani
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-persentaġġ tal-anzjani mlaqqma sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li jgħixu fir-residenzi tal-anzjani, mogħtija b’mod separat għal kull dar għaliha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi 98 fil-mija tar-residenti li jinsabu ġewwa r-Residenza San Vinċenz De Paul kif ukoll 94 fil-mija ta’ dawk li huma residenti u staff f’residenzi ohra tal-anzjani, diġa ġew imlaqqma għal-kontra l-Covid-19
Tribunal Lokali ta’ Nofsinhar – awla mgħammra bil-perspex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awla tat-Tribunal Lokali ta' Nofsinhar hiex mgħammra bil-perspex bħalma huma awli oħra bħal dawk tal-Qorti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Itnerpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Reġjonali ta’ Nofsinhar li l-awla tat-Tribunal Lokali ta' Nofsinhar mhix mgħammra bil-perspex.
Madanakollu qed jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex bejn il-persuni kollha fuq ġewwa jkun hemm distanza ta’ mhux anqas minn 3 metri. Il-persuni kollha huma mitluba li jilbsu l-maskri jew
visor
u huwa permess biss li jidħlu l-Kummissarju, il-Prosekutur, ir-Reġistratur, uffiċjal wieħed u imputat wieħed.
COVID-19 — Tribunali lokali ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku u tal-pandemija - funzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk it-tribunali lokali li jittrattaw materji ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku jew dawk relatati mal-pandemija, baqgħux jiffunzjonaw wara l-miżuri mħabbra fil-bidu ta’ Marzu rigward il-pandemija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nikkonferma lill-Onor Interpellant li it-tribunali lokali li jittrattaw materji ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku jew dawk relatati mal-pandemija baqgħu jiffunzjonaw wara l-miżuri mħabbra fil-bidu ta’ Marzu rigward il-pandemija.
COVID-19 — Tribunali lokali ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku u tal-pandemija - funzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk it-tribunali lokali li jittrattaw materji ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku jew dawk relatati mal-pandemija baqgħux jiffunzjonaw wara l-miżuri mħabbra fil-bidu ta’ Marzu rigward il-pandemija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-Tribunali Lokali baqgħu jiffunzjonaw b’mod regolari kif skedat u dejjem skont il-miżuri mħabbra fil-bidu ta’ Marzu fir-rigward tal-pandemija.
COVID-19 — Tribunali Lokali tax-Xlokk u Tramuntana – perspex protettiv fl-awla
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tribunali lokali tax-Xlokk u Tramuntana għandhomx il-perspex prottettiv installat fl-awla bħala miżura biex tonqos l-imxija tal-COVID-19?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
COVID-19 — Tribunali Lokali tax-Xlokk u Tramuntana – perspex protettiv fl-awla
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tribunali lokali tax-Xlokk u Tramuntana għandhomx il-perspex prottettiv installat fl-awla bħala miżura biex tonqos l-imxija tal-COVID-19?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mit-tribunali lokali tax-Xlokk u Tramuntana li għandhom il-perspex prottettiv installat fl-awla bħala miżura biex tonqos l-imxija tal-COVID-19.
COVID-19 — Tribunali tax-Xlokk, Nofsinhar u Tramuntana – teħid tat-temperatura tal-persuni li jattendu t-tribunali
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx persuna ddedikata sabiex tieħu t-temperatura lill-persuni li jattendu tribunali lokali tax-Xlokk, Nofsinhar u Tramuntana?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
COVID-19 — Tribunali tax-Xlokk, Nofsinhar u Tramuntana – teħid tat-temperatura tal-persuni li jattendu t-tribunali
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx persuna ddedikata sabiex tieħu t-temperatura tal-persuni li jattendu tribunali lokali tax-Xlokk, Nofsinhar u Tramuntana?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Itnerpellant li mill-informazzjoni miġbura jirriżulta li r-Reġjun Lokali tat-Tramuntana biss għandu persuna ddedikata sabiex tieħu t-temperatura tal-persuni li jattendu tribunal lokali.