MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18647, jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħadd mill-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji huwiex Imħallef jew Maġistrat? Jista' jgħid min jappunta dan il-kumitat u x'inhuma l-kriterji li fuqhom issir l-għażla?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19728, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx il-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji li approva tali settlements u jekk jeżistux agreements iffirmati dwar dawn is-settlements?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' direct orders li ngħataw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) inkluż ir-referenza għan-numru tal-kuntratt, in-natura tal-kuntratt u lil min ingħata, id-data li fih ingħata u d-data li l-kuntratt ġie approvat mill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji mill-1 ta' Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba d-domanda?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra
MFSA — ħaddiema/membri li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni fuq liċenzji
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18226, jista' l-Ministru jgħid jekk f'laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv fejn tiġi deċiża kanċellazzjoni ta' liċenzja jew jekk persuna hux meqjusa fit and proper skont l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFSA, isirux fil-pubbliku? Il-minuti tal-laqgħat humiex pubbliċi? Il-persuni u l-kumpanija li fuqha tkun qed issir ġudizzju, jkunu preżenti fiżikament għal dawn il-laqgħat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra
Tista' l-Ministru tispjega x'inhi r-raġuni li l-konsumaturi ta' sidien ta' karozzi elettriċi qegħdin jiġu mċaħħda milli jagħmlu użu miċ-charging pillar li hemm installat fil-Pjazza tas-Siġġiewi quddiem il-Kunsill Lokali, minkejja li din ilha nstallata x-xhur?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsumaturi ta' sidien ta' karozzi elettriċi jistgħu jibqgħu jagħmlu użu mis-sett eżistenti ta’ 50 pilastru tal-iċċarġjar imqassamin madwar Malta u Għawdex flimkien mas-6 pilastri ‘Free of Charge’. Sadanittant, il-Ministeru jinsab fil-proċess li jintroduċi sett ġdid ta’ 130 Charging Pillars li mhux biss joffru servizz ahjar meta mqabbel mal-infrastruttura eżistenti iżda se jkun qed jintroduċi wkoll chargers med-fast u fast. Is-sistema kollha ħolistika mhux sempliċiment is-servizz ta’ l-infrastruttura se titnieda fil-ġimgħat li ġejjin.
Rotta 109 – waqfien fi Triq Filippu Grech Ħaż-Żebbuġ
Question
Jista’ l-Ministru jara li r-rotta numru 109 terġa’ tibda tieqaf fi Triq Filippu Grech Ħaż-Żebbuġ bħalma kienet tagħmel qabel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Transport ħadet nota ta’ dan is-suġġeriment u ħa jkunu qegħdin jevalwaw dan is-suġġeriment fil-futur qarib.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21952, tista' l-Ministru tispeċifika b'elenku tal-ħsarat li ġarbet l-Enemalta fil-ġranet ta' bejn it-28 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju, biż-żewġ dati inklużi? Tista’ tindika fl-elenku, il-ħsara fil-cables fuq is-sistema tad-distribuzzjoni fil-livell 11kV, jiġifieri l-ħsara ta’ bejn kull żewġ substations għal kull ħsara li seħħet fuq kull cable?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħsarat fid-dati msemmija u fil-lokalitajiet riferuti, kien hemm ħsara fis-sistema 11KV bejn iċ-Centru ta’ Distribuzzjoni Marsa South u s-substation ta’ Ħal-Qormi f’Wied il-kbir li affetwa numru ta’ substations.
Driving instructors u kandidati għat-test tas-sewqan – post adegwat
Question
Jista’ l-Ministru jara li d-driving instructors u l-kandidati għat-test tas-sewqan jiġu pprovduti b'post adegwat hekk kif il-kamra li tintuża bħalissa, hija żgħira u nieqsa minn restrooms?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-bini utilizzat mid-DPTTU (Sezzjoni tas-Sewwieqa, Taħriġ u Testijiet) ġewwa l-Furjana, strutturalment ma jistax jiġi estiż aktar. Bħala alternattiva, ġew ipprovduti ‘mobile toilets’ għall-użu esklussiv tal-għalliema tas-sewqan u l-kandidati għat-test tas-sewqan. Ta’ min jinnota ukoll li dawn it-toilets jiġu mnaddfa kuljum. Dawn kienu saru fuq talba li kienet għamlet l-MDIA (Malta Driving Instructors Association) ‘l fuq minn sena ilu, u ġew ipprovduti minnufih.”
Kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali — kalkolu tal-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm każ fejn il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għall-kalkolu tal-pensjoni inkludietx ukoll is-snin taħt it-18-il sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bis-saħħa ta’ miżura tal-baġit li daħlet fis-seħħ f’Jannar 2021, il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali ta’ qabel id-19-il sena għal dawk il-persuni li twieldu qabel il-31 ta’ Diċembru 1961, jiġu inklużi fil-kalkoli tal-pensjoni tagħhom, jekk bil-kontribuzzjonijiet ta’ wara d-19-il sena ma jkunux eliġibbli għal pensjoni kontributorja.
In-numru ta’ persuni li bbenefikaw minn din il-miżura sa issa huwa ta’ 850.
Kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali — kalkolu tal-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm każ fejn il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għall-kalkolu tal-pensjoni inkludietx ukoll is-snin taħt it-18-il sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21955 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti f’direct orders separati mogħtija mill-Enemalta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill- 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ma tgħat l-ebda direct order lill-kumpanija msemmija.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien il-kaġun tal-qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-jiem ta’ bejn it-28 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju, iż-żewġ dati inklużi, f’numru ta’ lokalitajiet fosthom Ħal Qormi u s-Siġġiewi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qtugħ fil-provvista tad-dawl ġie kkaġunat minn ħsarat fis-sistema ta’ distribuzzjoni. L-inġiniera tan-Network ikunu qed jissorveljaw is-sistemi b’mod kostanti biex itejbu l-mod kif jitqassam il-load fuq is-sitemi tal-ġenerazzjoni kif ukoll jaraw il-prestazzjoni tas-sistema tad-distribuzzjoni b’mod real-time.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti f’direct orders separati mogħtija mill-Enemalta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill- 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk l-insurance Ewropea l-European Health Insurance Card (EHIC) tkoprix assistenza medika relatata mal-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-European Health Insurance Card (EHIC) tkopri kura tas-saħħa neċessarja u mhux ippjanata u kura f’ każ ta' emerġenza waqt żjara temporanja f’ pajjiż tal-Unjoni Ewropeja. Għalhekk l-EHIC tkopri ukoll assistenza medika relatata mal-COVID-19.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - Attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21767, 21712, 17860, 17720 u 17511 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-maġġoranza tal-laqgħat tal-bordijiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru jseħħu b’mod regolari dejjem jekk ikun hemm kworum.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21712, 17860, 17720 u 17511 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21713, 17850 u 17524 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu tikkonsisti f’dettalji personali dwar l-individwi, apparti li l-mistoqsija hija ukoll kumplessa f’dak li qed jintalab.
Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-maġġoranza tal-bordijiet, l-laqgħat iseħħu b’mod regolari u jsiru biss jekk ikun hemm quorum. Il-membri jitħallsu biss jekk jattendu għas-seduta/i.
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk għandu xi mistoqsija dwar xi attendenza ta’ xi membru/i fuq xi bord partikolari, ikun speċifiku fit-talba tiegħu.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21502 u jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru żamm l-istess karozza u kuntratt tal-Ministru preċedenti li hi Mercedes E220 CDI li qed tinkera għal €34.26 kull ġurnata VAT eskluża.