Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Talba għal ħsarat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22733 u tgħid kemm kienet it-talba għal ħsarat lill-Enemalta mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm kien l-ammont approvat mill-Enemalta? Kemm kien l-ammont rifjutat? Kemm hija t-talba li s’issa għad m’hemmx deċiżjoni fuqha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Enemalta – rapporti ta’ ħsarat f’apparat tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22732 u tgħid kemm daħlu rapporti għand l-Enemalta ta' ħsarat f'apparat tal-elettriku mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm minn dawn it-talbiet ġew minn djar residenzjali u kemm minn mhux residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #22914 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ħal Qormi -Skola San Bastjan – stallazzjoni ta’ air conditioners

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja ta' San Bastjan Ħal Qormi biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla, ser jinbeda proċess għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja-kondizzjonata fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Bħalissa qed isiru l-istudji tekniċi neċessarji biex dan il-proċess massiċċ ikun jista' jitwettaq.
Leg 13 PQ #22919 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola Primarja tas-Siġġiewi – air conditioners

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla, ser jinbeda proċess għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja-kondizzjonata fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Bħalissa qed isiru l-istudji tekniċi neċessarji biex dan il-proċess massiċċ ikun jista' jitwettaq.
Leg 13 PQ #22920 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola Primarja ta’ Ħal Luqa – air conditioners

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja ta' Ħal Luqa biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla, ser jinbeda proċess għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja-kondizzjonata fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Bħalissa qed isiru l-istudji tekniċi neċessarji biex dan il-proċess massiċċ ikun jista' jitwettaq.
Leg 13 PQ #22818 Sitting 514 2021-11-08 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — ħaddiema/membri li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni fuq liċenzji

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22680 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18226, jista' l-Ministru jgħid jekk f'laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv fejn tiġi deċiża kanċellazzjoni ta' liċenzja jew jekk persuna hux meqjusa fit and proper skont l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFSA, isirux fil-pubbliku? Il-minuti tal-laqgħat humiex pubbliċi? Il-persuni u l-kumpanija li fuqha tkun qed issir ġudizzju, jkunu preżenti fiżikament għal dawn il-laqgħat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv ma’ jsirux fil-pubbliku u il-minuti ta’dawn il-laqghat mhumiex pubbliċi. F’dawn l-laqgħat msemmija, il-persuni u l-kumpanija li fuqha tkun qed tittieħed id-deċizjoni ma jkunux prezenti fizikament. Dawn jingħataw id-dritt li jagħmlu rapprezentazzjonijiet bil-miktub f’kull stadju tal-proċess.
Leg 13 PQ #22819 Sitting 514 2021-11-08 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — Lista ta' Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22679 u jipprovdi lista ta' direct orders li ngħataw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) inkluż ir-referenza għan-numru tal-kuntratt, in-natura tal-kuntratt u lil min ingħata, id-data li fih ingħata u d-data li l-kuntratt ġie approvat mill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji mill-1 ta' Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba d-domanda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #22820 Sitting 514 2021-11-08 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22678 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19728, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx il-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji li approva tali settlements u jekk jeżistux agreements iffirmati dwar dawn is-settlements?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi permezz tal-PQ 22678, l-Awtorità intalbet tagħti dettalji rigward “settlements” konklu¿i mill-MFSA li ġew imnizzla fir-risposta għall-PQ 19728. Ta’ min wieħed jinnota li l-Kumitat Ezekuttiv ġie stabbilit fid-29 Marzu 2019 b’Att VIII ta’ 2019. Għalhekk dan l-istess Kumitat seta’ biss japprova is-“settlements” li ġew konkluzi minn din id-data l-quddiem. Barra minn dan, l-Awtorità zzid li għal kull “settlement” msemmi fil-PQ19728 ġie iffirmat “agreement” mill-Awtorità u l-Licence Holder konċernat. Huwa importanti li wieħed jinnota, li f’kull kaz li jkun konkluz permezz ta’ “settlement”, dejjem titiħedet xi tip ta’ azzjoni li tvarja minn impo¿izzjoni ta’ penali amministrattiva jew mizuri oħra. Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill MFSA hija disponibbli pubblikament fuq is-sit tal-MFSA skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-Publication Policy tal-Awtorità’.
Leg 13 PQ #22821 Sitting 514 2021-11-08 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22677 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18647, jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħadd mill-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji huwiex Imħallef jew Maġistrat? Jista' jgħid min jappunta dan il-kumitat u x'inhuma l-kriterji li fuqhom issir l-għażla?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm ħadd mill-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv li huwa Maġistrat jew Imħallef. Il-membri ta dan il-Kumitat ġew magħżula u appuntanti wara li saret "public call" u maħtura fuq il-kriterji stabbiliti mill-istess Awtorità.
Leg 13 PQ #22822 Sitting 514 2021-11-08 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – Kumitat Eżekuttiv – laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22676 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22029, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-laqgħat isirux fil-pubbliku u jekk il-minuti tal-laqgħat humiex pubbliċi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-laqgħat tal-Kumitat Ezekuttiv ma’ jsirux fil-pubbliku u l-minuti ta’dawn il-laqghat mhumiex pubbliċi.

Enemalta – Average Duration period għal kumpens fuq ħsarat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22734 u tgħid kemm huwa l-average duration period li wieħed jistenna sabiex jingħata tweġiba għal kumpens ta' ħsarat li jkun sofra, minn meta jagħmel l-ilment mal-Enemalta għal meta jieħu tweġiba finali? Kemm kien l-average duration period għas-sena 2020?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talbiet għal tali kumpens jiġu investigati permezz ta’ proċess stabbilit. Kull każ huwa differenti u jiġi investigat fuq il-mertu tiegħu. Il-perjodu biex jiġu deċiżi dawn il-każijiet jiddependi wkoll minn diversi fatturi fosthom id-dokumentazzjoni u evidenza neċessarja li tgħaddi lill-Enemalta sabiex isir l-evalwazzjoni tal-każ. Iż-żmien biex jiġi deċiż il-kumpens ivarja minn każ għall-ieħor skont in-natura tagħhom. Bħala medja l-każi investigati matul l-2020 ħadu madwar 197 jum. Matul din is-sena dawn niżlu għal 105 t’ijiem.

Enemed – xiri ta’ fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il trakk tal-fuel inxtara mill-Enemed mill-2013 sal-lum, kemm sewa kull trakk, kif intgħażel l-offerent u meta nxtara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara 20 sena ta’ nuqqas ta’ investiment f’trakkijiet li jġorru l-fjuwil, il-kumpanija Enemed rat li tagħmel investiment fuq medda ta’ 5 snin fejn inxtraw 29 trakk, inkluż 11-il aircraft refueller. Dawn it-trakkijiet b’teknikalitajiet speċifiċi inxtraw b’diversi modi, inkluż auction, tender u direct order. B’dan l-investiment kapitali, l-Enemed investiet ‘il fuq minn €5.5 miljun għall-immodernizzar tal-flotta u biex tissaħħaħ is-sigurta.

Ħas-Saptan – inċident ta’ overspill ta’ fuel

Question

Tista' l-Ministru tirrapporta lill-Kamra bl-inċident ta' overspill tal-fuel li seħħ fit-22 ta' Ottubru 2021 fl-impjant il-ġdid ta' Ħas-Saptan? X'kienet il-kawża ta' dan l-ispill? Tikkonferma li dan wassal għal ħsara rreparabbli lil wieħed mit-trakkijiet tal-fuel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li kien qiegħed jimtela trakk, deher ħiereġ il-petrol minn fuq. Immedjatament ġie mwaqqaf ir-refuelling u l-Enemed segwiet il-proċeduri ta’ health and safety. Il-post tnaddaf, u wara li ġie ċċertifikat li ma kienx hemm periklu, ix-xogħol tal-mili tkompla b’mod normali. It-trakk involut ittieħed fil-garaxx li għandha l-kumpanija sabiex jiġi eżaminat għal xi ħsara li seta’ ġarrab. Kuntrarjament għal dak li qed jigi allegat fil-mistoqsija parlamentari, t-trakk ma sofra l-ebda ħsara irreparabbli.

Enemed – trakkijiet ġodda ta’ fuel

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra għalfejn uħud mit-trakkijiet il-ġodda tal-fuel tal-Enemed ġarrbu ħsara strutturali ftit wara li nxtraw u kellhom jissiefru biex jittranġaw?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara sena, kien hemm tliet trakkijiet li fl-2019 ħarġilhom difett ikkawżat mid-diżinn tagħhom. Peress li dawn it-trakkijiet kienu għadhom taħt garanzija, intbagħtu lura sabiex tissewwa l-ħsara. Dan ix-xogħol kien sar kollu a spejjeż tal-manifattur.

Enemalta – rapporti ta’ ħsarat f’apparat tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu rapporti għand l-Enemalta ta' ħsarat f'apparat tal-elettriku mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm minn dawn it-talbiet ġew minn djar residenzjali u kemm minn mhux residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Enemalta – talba għal ħsarat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet it-talba għal ħsarat lill-Enemalta mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm kien l-ammont approvat mill-Enemalta? Kemm kien l-ammont rifjutat? Kemm hija t-talba li s’issa għad m’hemmx deċiżjoni fuqha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Enemalta – Average Duration period għal kumpens fuq ħsarat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-average duration period li wieħed jistenna sabiex jingħata tweġiba għal kumpens ta' ħsarat li jkun sofra, minn meta jagħmel l-ilment mal-Enemalta għal meta jieħu tweġiba finali? Kemm kien l-average duration period għas-sena 2020?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #22735 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ħal Qormi — Skola Primarja San Ġorġ – stallazzjoni ta’ air conditioners

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja ta' San Ġorġ Ħal Qormi biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistemi tal-arja kondizzjonata fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi (San Ġorġ) se jkunu installati bħala parti mill-proġett ta’ tkabbir u tisbiħ tal-istess skola, liema proġett, li ġie mħabbar fil-baġit, mistenni jibda fix-xhur li ġejjin.

Kalkoli tal-pensjoni — kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm każ fejn il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għall-kalkolu tal-pensjoni inkludietx ukoll is-snin taħt it-18-il sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li diġa tajt għall-mistoqsija parlamentari 22345.
Leg 13 PQ #22676 Sitting 507 2021-11-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – Kumitat Eżekuttiv – laqgħat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22029, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-laqgħat isirux fil-pubbliku u jekk il-minuti tal-laqgħat humiex pubbliċi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra