Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ltaqa' l-Executive Committee tal-MFSA matul is-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat EZekuttiv iltaqa ’ sitta u sittin (66) darba fl-2021.
Il-dati meta ltaqa l-kumitat qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19728, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim kien hemm bejn l-MFSA u persuni/kumpaniji li rriżultaw f'xi tip ta' azzjoni jew piena li ma ġietx ippubblikata fuq is-sit tal-istess MFSA?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull azzjoni ta’ infurzar li tittieħed mill-Awtorità trid tiġi ppublikata fuq is-sit tal-MFSA, skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u wkoll skont l-Publication policy tal-Awtorità.
Rapport tal-Ombudsman dwar ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dwana
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'beħsiebu jagħmel il-Gvern fir-rigward tar-rapport tal-Ombudsman bir-referenza T0128 li jittratta dwar il-pensjoni ta' madwar 21 ħaddiem mid-Dipartiment tad-Dwana?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’każi hekk l-Gvern dejjem jimxi mal-pariri legali li jkollu.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direzzjoni hi li kemm jista’ jkun ma jiġux irrifjutati permessi għat-telework, sakemm is-servizz ma jiġix impattat negattivament. Minħabba ċ-ċirkostanzi kurrenti bla preċedent kif ukoll il-qalba għar-remote working, ikun hemm ħafna drabi li fihom jingħataw permessi temporanji għal telework u allura n-numri mogħtija mhux neċessarjament jirriflettu l-qagħda kollha. Sadanittant ċifri se jkunu qed jingħataw f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23497 u 23579 u jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Awtorità tal-Ippjanar – policy dwar installar ta’ pools fuq bjut
Question
B'referenza għad-domanda parlamentari 23060, jista' l-Ministru jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tal-policy viġenti fuq l-installazzjoni ta’ pools fuq il-bjut ta’ receded floors?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument Development Control Policy Guidance and Standards li għandu jiggwida lil kull min irid jagħmel xi tip ta’ żvilupp inkluż swimming pools fuq il-bjut. Ovvjament kull applikazzjoni tkun deċiża mill-awtorita’ kompetenti skont il-proċeduri u regoli applikabbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23497 u jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn uħud mill-ħaddiema tal-eks Telemalta ma ħadux kumpens mill-
units
li kienu ġew mogħtija lil kulħadd fil-qalba tal-kumpanija minn Telemalta għal Maltacom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-valur tal-unitajiet li jappartjenu lill-impjegati li jirtiraw huwa stabbilit fl-aħħar tas-sena li jirtiraw fiha.
Skont ir-Regoli u r-Regolamenti tal-Fondazzjoni, l-unità hija l-Valur Nett tal-Assi (VNA) tal-Fondazzjoni, diviz bin-numru totali ta’ unitajiet ta’ dik is-sena, mmultiplikata bin-numru tal-unitajiet mizmuma mill-impjegat.
Jekk il-VNA ikun negattiv, il-valur tal-unità se jkun issettjat ghal zero. Minħabba din il-klawzola, ħafna impjegati li jirtiraw sa tmiem is-sena fejn il-VNA ikun negattiv, ma jkunux intitolati ghall-ebda ħlas, sakemm ma jkunx hemm bidla fir-Regoli u r-Regolamenti tal-Fondazzjoni, li hija materja privata bejn il-membri tal-istess Fondazzjoni.
Dan il mekkanizmu hu stabbilit skont statut li sar 23 sena ilu, liema statut jista jinbidel biss b’vot partecipattiv ta 90 fil mija jew aktar tal membri ezistienti, cioe il-ħaddiema attivi mal-kumpanija dak inhar li isir l istess vot.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-persuni li ħadu promozzjoni ta’ Divisional Managers fl-Enemalta wara li ħarġet applikazzjoni ftit tal-ġimgħat ilu? X’ser ikun ir-rwol ta’ kull wieħed minn dawk promossi? Kemm hija r-remunerazzjoni, inklu¿ il-benefiċċji u allowances li se jkunu qed jingħataw u jekk hijiex ekwivalenti għal Divisional Managers oħra fil-kumpanija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dak li qed jitlob jikkostitwixxi għal ksur tad-dejta personali u allura mhux konformi mal-liġi tal-GDPR. Minkejja dan, jien infurmata li t-tliet persuni involuti li ħadu l-promozzjoni ta’ Divisional Managers mal-Enemalta plc, wara sejħa għall-applikazzjonijiet, huma lkoll kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet il-ġodda tagħhom.
Huma se jkunu responsabbli għas-sezzjonijiet tad-Distribuzzjoni u għal Proġetti fi ħdan l-Enemalta plc. Is-salarju tagħhom, li għandu valur kummerċjali għall-kumpanija, hu bħal dak ta’ Divisional Managers oħrajn fi ħdan l-Enemalta plc.
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji tar-rwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li qed ikun spiss fil-bini tal-Enemalta? Jekk qed jingħata xi forma ta’ remunerazzjoni, kemm tammonta din għal kull sena u dan ingħata wara sejħa għal offerti jew b’direct order?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta jaħtar konsulenti fuq materji speċifiċi li jħoss li jeħtieġ kompetenzi partikolari fuqhom. Fil-każ riferut, l-individwu jagħti servizz ta’ konsulenza teknika lill-Enemalta fl-oqsma ta’ Project Management, Project Development u Estate Management.
Hu nħatar direttament mill-Bord tad-Diretturi fl-2018 għal perjodu ta’ tliet snin u riċentament il-kuntratt ġie mġedded għal sena oħra, bl-istess remunerazzjoni. Peress li r-remunerazzjoni għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc, l-ammont ma jistax jingħata.
Infrastructure Malta – Stallazzjoni ta’ Reflectors
Question
Jista’ l-Ministru jagħti direzzjoni lill-Infrastructure Malta biex ikunu installati xi forma ta’ reflectors matul it-triq li tagħti mis-Siġġiewi għas-Saqqajja biex jiżdied il-viżwal matul il-lejl?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minbarra t-twettiq ta’ proġetti kbar fit-toroq arterjali u l-investiment bla preċedent li qed tagħmel fit-toroq residenzjali, Infrastructure Malta għaddejja wkoll b’ħidma fit-toroq rurali, tant li din is-sena s’Awwissu diġà kienet bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’71 triq qalb il-kampanja li flimkien iġibu mal-24 kilometru. Dawn ix-xogħlijiet saru b’investiment li qabeż it-€8 miljun, li l-parti l-kbira tagħhom kienu minn fondi lokali u l-bqija ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant, fit-tliet snin kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta s’issa għamlet xogħlijiet f’aktar minn 300 triq rurali f’diversi lokalitajiet madwar Malta u li ħafna minnhom kien ilhom ma jitranġaw kif meħtieġ għexieren ta’ snin.
Fil-71 triq rurali li bniet mill-ġdid bejn Jannar u Awwissu li għaddew, l-aġenzija għaddiet mal-35 kilometru ta’ katusi, cables u pajpijiet oħrajn. Fl-istess waqt, fejn kien meħtieġ, il-kuntratturi tal-aġenzija għamlu wkoll sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita u ħarsien mill-għargħar. Din is-sena saru diversi toroq li jwasslu għal xtajtiet popolari bħalma hija t-triq twila 1.8 kilometri f’Delimara li twassal għal Xrobb l-Għaġin, Il-Ħofra l-Kbira u l-Ponta tal-Munxar, fost oħrajn, kif ukoll it-toroq fil-Mellieħa li jagħtu għal Daħlet ix-Xmajjar, ir-Ramla tat-Torri l-Abjad u l-Għar tad-Dragunara.
Triq it-Tiġrija li mis-Siġġiewi twassal għas-Saqqajja tlestiet f’Ottubru u fiha wkoll ġew mgħoddijin servizzi taħt l-art, inbnew mill-ġdid il-bankini fil-parti fejn diġá kien hemm qabel ma ssaħħew il-pedamenti u t-triq sarilha wiċċ ġdid bl-asfalt u linji ġodda. Għal din it-triq, Infrastructure Malta diġà għandha ordnati wkoll rifletturi apposta li jiggwidaw lis-sewwieqa mingħajr ma joħolqu tniġġis ta’ dawl f’dawn l-inħawi rurali, u li ser jitwaħħlu kif jaslu Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23245 u jagħti lista tad-direct orders kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 23317 - Direct Orders 2013-2021.xlsx
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22787, tista' l-Ministru tgħid minn min inxtraw it-trakkijiet tal-fuel b'direct order, meta, kemm-il trakk u x'kienet l-ispiża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil Onor. Interpellant li s-suq għar-road tankers huwa limitat ħafna. Ħafna drabi dawn jinxtraw mir-Renju Unit minħabba s-sistema ta’ sewqan fuq il-lemin. Għalhekk ġie kummissjonat spettur fl-Ingilterra biex jara dan it-tagħmir u jagħti parir lil-Enemed fuq il-kundizzjoni tagħhom.
Fil-perjodu indikat fil-Mistoqsija Parlamentari 22787 inxtraw tliet road tankers minn Northern Tankers, UK b’valur ta’ £139,000. Wara 20 sena ta’ nuqqas ta’ investiment f’trakkijiet li jġorru l-fjuwil inxtraw ukoll seba’ aircraft refuellers mingħand Stokota, Belgium b’valur ta’ €2,775,600.
Awtorità tal-Ippjanar – policy dwar installar ta’ pools fuq bjut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar bidlitx il-policy fuq installar ta' pools fuq il-bjut ta' receded floors? Jekk iva, kif inhi llum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-policy?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar ma għamlet l-ebda tibdil fil-policy li tirrigwardja l-installar ta’ pools fuq il-bjut ta’ receded floors.