Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kemm inħarġu kontijiet mill-ARMS, separati skont it-tip (residenzjali, domestiċi u kummerċjali), minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi offrut il-kors għas-supply teachers biex ikunu jistgħu jingħataw impjieg permanenti, kif stipulat fil-ftehim settorjali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28124 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ ħaddiema tal-Community Workers Scheme li hemm allokat għal kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex, u jiddentifika ghal kull wieħed jekk hux part time jew full time?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL5514 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 345 nhar l-Erbgħa, 21 ta' Mejju 2025)
Attachments:Tabella 28184 - Community Workers Scheme .pdfCorrection PQ28184.pdf
L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Merchant Shipping Act — Kumpaniji attivi u reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27508 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ kumpaniji li huma attivi u reġistrati taħt il-Merchant Shipping Act?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm kumpaniji jew organizzazzjonijiet marittimi jistgħu jkunu regolati taħt il-Kap. 234 (Merchant Shipping Act), dawn xorta waħda jiġu rreġistrati u amministrati mill-Malta Business Registry, li hija wkoll l-entità li żżomm id-data relatata mal-istess kumpaniji.
Wieħed għandu jżomm f’moħħu li kumpanija marittima tista’ tkun sid jew operatur ta’ vapuri li mhumiex irreġistrati taħt il-Merchant Shipping Act (jiġifieri mhux taħt il-bandiera Maltija), jew inkella ma jkollhiex bastimenti rreġistrati għal ċertu perjodu ta’ żmien, u għaldaqstant tkun meqjusa bħala
dormant company
. Għalhekk, bħala reġistru tal-vapuri, aħna nkunu f’kuntatt biss ma’ dawk il-kumpaniji li għandhom vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset street contribution mill-iżviluppaturi fuq kull wieħed minn dawn il-permessi:
i. PA/9606/19,
ii. PA/0793/22,
iii. PA/8647/18 u
iv. PA/1389/21?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni relevanti hija kif indikat;
Numru tal-Applikazzjoni
Street contribution imħallsa
PA/9606/19
€ 24,107.32
PA/0793/22
€ 1,343.40
PA/8647/18
€ 20,168.70
PA/1389/21
€ 872.50
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27100 dwar l-istat ħażin ta’ Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi, u peress li din it-triq issa hija l-ewwel prijorità tal-l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi , jista’ l-Ministru jagħti d-data speċifika meta ser jibda x-xogħol infrastrutturali f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol jinsab fl-istadju tas-sejħa għall-offerti.
Uffiċjali tas-Servizz Pubbliku — Ħlas waqt xogħol barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26929 u jgħid jekk Malta hijiex ser tadotta r-rati per diem li jitħallsu Uffiċjali taċ-Ċivil meta jkunu fuq xogħol barra minn Malta tal-Unjoni Ewropea tal-2022, peress li fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Finanzi hemm lista li tmur lura għall-2017?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rati ġodda tal-ħlasijiet tal-Kummissjoni Ewropea huma limitati għal vjaġġar speċifiku li jkopri ċerti programmi tal-Unjoni Ewropea.
Però fil-kazijiet ta’ uffiċjali tal-Kummissjoni ir-rati applikabli għadhom dawk tal-2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema ta’ Identity Malta li mxew għal fuq il-kotba ta’ Transport Malta wara li rriżenjaw jew bi trasferiment, mis-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti lista tal-gradi li kienu jokkupaw dawn il-ħaddiema f’Identity Malta, inklużi part-time u dawk li qed jokkupaw bħalissa fi Transport Malta?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha ħaddiema Transport Malta li qabel kienu jaħdmu ma’ Identity Malta, inkluż dawk part-time? Jista’jagħti lista ta’ gradi li jokkupaw fi Transport Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li hemm 12-il persuna li qabel kienu jaħdmu ma Identity Malta u issa saru ħaddiema ta’ Transport Malta fi gradi differenti.
Is-Siġġiewi — Salib tal-Għolja - Kappella tal-Lunzjata - Xogħol ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol ta’ restawr u konsolidazzjoni fil-Kappella tal-Lunzjata (fuq l-għolja tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi) mid-Direttorat tar-Restawr, kemm kien twil il-perjodu tal-eżekuzzjoni tax-xogħol skont il-kuntratt iffirmat mal-kuntrattur u meta ser jitlesta x-xogħol in kwistjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ix-Xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella tal-Lunzjata u ta’ konsolidazzjoni tal-blat sottostanti beda f’Ottubru tal-2023. Oriġinarjament, skont kif previst fis-sejħa għall-offerti, il-perjodu tal-eżekuzzjoni tax-xogħol kien ta’ sena. F’Ottubru 2024, minħabba fatturi li żviluppaw waqt it-twettiq tax-xogħol li kienu jinkludi sejbiet ta’ valur arkaeoloġiku; bżonn ta’ reviżjoni fid-disinn u xogħol addizzjonali meħtieġ minħabba fatturi strutturali oriġinarjament moħbija; ġranet li fihom ma setax jitwettaq xogħol minħabba l-maltemp u n-natura esposta tas-sit eċċ, ġie ffirmat addendum għall-kuntratt oriġinali u l-perjodu tal-eżekuzzjoni tax-xogħol ġie estiż għal Lulju 2025. Fil-preżent, għal raġunijiet simili, qed jiġi kkunsidrat il-bżonn li l-perjodu tal-eżekuzzjoni jiġi estiż ulterjorment.
Uffiċjali tas-Servizz Pubbliku — Ħlas waqt xogħol barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex ser tadotta r-rati per diem li jitħallsu Uffiċjali taċ-Ċivil meta jkunu fuq xogħol barra minn Malta tal-Unjoni Ewropea tal-2022, peress li fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Finanzi hemm lista li tmur lura għall-2017?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hix biħsiebha terġa’ toħroġ l-iskema tar-restawr tal-faċċati f’żoni UCA u jekk iva, meta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma ġara fis-snin li għaddew, l-Awtorità qed tippjana li toħroġ skemi oħra ta’ restawr f’żoni UCA. Id-dettalji jitħabbru fil-mument opportun.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-installazzjoni ta’ chair lift man-niżla ta’ Lapsi jew lift mill-parti ta’ fuq għal parti t’isfel ta’ Lapsi sabiex persuni b’diżabbilità jkollhom aċċess komdu għall-Bajja ta’ Lapsi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Kiri ta’ generators
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il generator qed tikri l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), fejn huma assenjati, minn min qegħdin jinkrew u kemm qed inħallsu għall-kirja ta' kull wieħed minnhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhix tikri generators.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26513 fl-intier tagħha u tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ARMS bejn l-2013 u l-2022 u f'liema gradi ġew impjegati?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 26513 ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-2021, kif turi t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ġew ingaġġati mal-ARMS 374 ħaddiem fi gradi differenti u fl-istess perjodu kien hemm 171 ħaddiem li spiċċaw mill-impjieg billi rtiraw bl-età jew irriżenjaw għax sabu impjieg ieħor. Il-gradi kienu dawk ta’ CEO, Acting CEO, Internal Auditor, Head of IT, Chief Officer, Chief Operations, Senior Manager, Manager, Senior Executive, Executive, Credit Controller, Quality Service Coordinator, Business Analyst, Senior Lead Agent, Lead Agent, Agent, Office Attendant u Installer.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26513, tista' l-Ministru tgħid f'liema gradi kienu dawk it-78 ħaddiem li ġew reklutati mal-ARMS u l-94 ħaddiem li telqu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-gradi kienu dawk ta’ CEO, Chief Officer, Senior Manager, Manager, Senior Executive, Executive, Senior Lead Agent, Lead Agent u Agent.