Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi – Proġett biex tissaqqaf parti mill-Wied

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-iskop li partijiet mill-wied ta’ Ħal Qormi ma ġewx imsaqqfa fil-proġett li għaddej bħalissa kif muri fir-ritratti li qegħdin jiġu annessi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li hemm partijiet mhux imsaqqfa sabiex ikun hemm aċċess għal xogħlijiet ta' tindif u manutenzjoni wara li jitlesta l-proġett.

L-Imġarr – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fl-Imġarr mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità tal-Imġarr, l-Aġenzija wettqet xogħol fi Triq San Filippu & Triq Sentinarju, triq ġdida fi Triq San Pietru, triq ġdida fi Triq l-Alwiza c/w Triq l-Ispika, p/o Misrah is-Sebbieh, p/o Triq Barbara, p/o Triq l-Ghansar, p/o Triq tat-Taqsisa, Triq tal-Haddedin, Trejqa tal-Qala, Part of Triq Bingemma, Sqaq Sant' Isidorju, Ta’ Halqun area fi Ta’ Santi, Trejqet it-Tafal ta' San Gwann, Triq Fisher, Triq il-Kbira, Triq Fomm ir-Rih, Triq Ghajn Tuffieha, Sqaq in-Nahal, Triq Gnien id-Dwieli, Triq id-Dahar, Triq il-Fuhhar l-Ahmar, Triq il-Hawlija, Triq iz-Zebbiegh , Triq Lazzru Pisani, Triq l-Imgarr , p/o Triq iz-Zebbigh (Mgarr Zebbiegh By-pass), p/o Triq Sir Temi Zammit, Triq Profs David H Trump, Triq Ras il-Gebel, Triq bla isem fil-limiti tal-Lippija, Triq bla isem fi Triq Fomm ir-Rih, Triq bla isem hdejn il-barriera fi Triq Temi Zammit.

L-Imtarfa – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fl-Imtarfa mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità tal-Imtarfa l-Aġenzija wettqet xogħol fi Triq Prosperpina, Triq San Oswald, Triq Alessi, Triq Il-Maqdes Ruman, Triq San David u Triq ta’ Paroli.

Il-Baħrija – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fil-Baħrija mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità tal-Baħrija l-Aġenzija wettqet xogħol fi Trejqet il-Gewz u Triq is-Sajf ta' San Martin.

Siġġiewi — Triq is-Siġġiewi - xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5982, jista’ l-Ministru jgħid x’kien jinvolvi x-xogħol li sar fi Triq is-Siġġiewi, fis-Siġġiewi, fi Frar u Marzu 2022 u kemm ġie jiswa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li sar fi Triq is-Siġġiewi, Siġġiewi kien jinkludi bdil ta’ soqfa ta’ ‘manholes’ eżistenti li kienu sfrundaw, kif ukoll tqaxxir u bdil tal-wiċċ tat-triq billi ngħata asfalt ġdid. Dawn ix-xogħlijiet ammontaw għal €393,109.40 (VAT mhux inkluż).

Taxxi mħallsa minn ħaddiema barranin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5893 u jgħid kemm tħallsu taxxi minn ħaddiema barranin li jgħixu Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ taxxa fuq dħul imħallsa minn ħaddiema barranin li jgħixu Malta, sena b’sena mill-2012 sa 2021, kien kif ġej: Sena Taxxa (Euro) 2012 47,577,840 2013 54,361,310 2014 68,619,697 2015 83,017,819 2016 111,749,313 2017 130,472,541 2018 162,071,724 2019 193,259,720 2020 216,387,178 2021 250,194,797 L-ammonti msemmija jinkludu taxxa fuq perkaċċi relatati ma’ impjieg.

Siġġiewi – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fis-Siġġiewi mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità tas-Siġġiewi sar xogħol infrastrutturali fi Triq Bur il-Kbir, Bur ix-Xewk, limiti Ta' Xaqqa, triq ġdida fi Triq it-Tiġrija (next to Tal Girgenti), triq ġdida fi Mogħdija Ta' Fuq Djar il-Bniet, parti Triq Nicolo Baldacchino, parti min Triq Nikola Azzopardi, wiċċ ġdid fi Triq Il-Fawwara, wiċċ ġdid fi Triq San Dawdar, wiċċ ġdid fi Triq taz-Ziri, Sqaq in-Nadur, Sqaq it-Twil c/w Triq ta' Karlozzu, Sqaq iż-Żebbiegħ, Sqaq tal-Farrad, Sqaq tal-Ħandaq, Sqaq tan-Nadur, Ta' Kandja (Police Premises), Ta' Lawrenti, Buskett, Trejqet Sant' Andrija, Triq Għar Lapsi (Tal-Providenza), Triq is-Siġġiewi, Triq it-Tiġrija, Triq Mons. Mikiel Azzopardi, Triq Patri Ġuzepp Delia, Triq San Lawrenz tal-Għolja, Triq San Nikola, Triq il-Parroċċa, Triq Ta' Bur it-Tokk, Triq Ta' Bur Gabrun, Triq Ta' Għar Lapsi (Ta' Srug), Triq ta' Zmetta, Triq ta’ Lawrenti, Triq Wied tal-Lewza, Triq limit tal-Buskett, triq bla isem fi Triq San Lawrenz ta l-Għolja No.3, triq bla isem fi Triq ta' Bellu, triq bla isem qrib il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza, Wied Hesri, Wied Musa area (Triq ta' Karlozzu), triq ġdida fi Triq Lawrenti, Sqaq Ta' Ngħajsa c/w Triq il-Fawwara u Triq Manduka.

Ħal Luqa – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid f’Ħal Luqa mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità ta’ Ħal Luqa sar xogħol fi Triq Ġorġ Zahra, parti minn Triq Indri Micallef, parti minn Triq Wiġi Briffa, Triq Dun Gulio Muscat, Triq Dun Pawl, Triq id-Disgħa t'April, Triq il-Ġdida, Triq in-Noqor, Triq Valletta, triq bla isem fi Triq Garibaldi; triq bla isem fi Triq Hal-Luqa; Triq l-Iskola, triq bla isem fi Triq Hal Farrug, parti minn Triq Hal- Qormi kif ukoll San Tumas (area).

Ħal Qormi – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid f’Ħal Qormi mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalita’ ta’ Hal Qormi, sar xogħol infrastrutturali fi Triq Hal Qormi, Triq it-Tiġrija, parti minn Triq il-Poeżija, wiċċ ġdid ta’ Mrieħel ByPass , slip road to Santa Venera Tunnels, triq li tagħti aċċess għal St Sebastian Fireworks Factory, triq fi limiti ta’Handaq, triq fi limiti ta’ Tal-Hammieri, Triq il-Mitħna, Triq Angelo Borg, Triq Dun G Cilia, Triq Għarram, Triq Gorg Zammit, Triq in-Naħal, Triq it-Tapizzara, Triq l-Għargħar 1979, Triq l-Imdina, Triq l-Isqof Depasquale, Triq Gorg Borg, triq bla isem f’tarf tal-Handaq, triq bla isem f’tal-Ħlas, triq bla isem fi Triq il-Belt Valletta u triq ġdida fl-akwati ta’ Victoria Shooting Range.

Ħaż-Żebbuġ – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid f’Ħaż-Żebbuġ mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbug, l-Aġenzija wettqed xogħol infrastrutturali fi Sqaq No. 4 fi Triq Ħal Dwieli, Triq Mro Frank Galea, Hajt Laringu, Il-Wied, Baqqiegha fi Triq il-Gandlora, Mdina Road (from Hunters RA to Attrans), Triq Dun Mikelang Sapiano, Triq gdida fi Wied Gandlora, p/o Road to Handaq, Zebbug / Qormi, p/o Triq Luigi Fontana, p/o Triq Luret Cutajar, p/o Triq Angelo Melilli, p/o Triq Mons Anton Cilia, p/o Triq Sciortino, Triq il-Buskett, p/o Triq Adeodato Gatt, p/o Triq Frans Sammut, p/o Triq Luigi Fontana, Sqaq Busketto Road, Road works atTriq Ambroġ Buttiġieġ, p/o Triq Għasfura, p/o Triq Gu¿e Abela, Triq Emmanuel Cilia, Triq il-Professur Anthony ¯ammit, Mdina Road, Sqaq fi Triq 12 ta' Mejju, Triq Andrea Bogdan, Triq Batu, p/o Triq Santa Marija, Triq Gianni Cilia, Triq Hal-Sajd, Triq il-Fraxxnu, Triq il-Hali, Triq il-Hlewwa, Triq il-Madonna, Triq il-Princep Baziliku, Triq il-Qamh, Triq is-Siggiewi (up to roundabout at Mdina Road, Qormi), Triq it-Twila, Triq Profs Wallace Gulia, Triq ix-Xghir, Triq John Zammit, Triq JP Vassallo, Triq Karlu Gimach, Triq il-Grazzji, Triq l-Ghasir, Triq l-Imdina (Zebbug ByPass), Triq L-Insig and Triq Skalora, Triq Lord Gort, Triq Mamo, Triq Michael Debono, Triq Mula, Triq Pawlu Debono, Triq Wied Qirda, p/o Triq l-Indipendenza, Triq bla isem c/w Triq Haz-Zebbug, Triq bla isem kantuniera ma’ Triq ta' Qenc, Triq bla isem fi Triq it-12 ta' Mejju, Triq bla isem fi Triq San Martin, Triq San Martin, Wied Baqqiegha, Wied ta’ Sant Antnin, Triq Had Attard, Trejqa tas-Saqwi, Triq Wied is-Sewda.

Ir-Rabat – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fir-Rabat mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalita’ tar- Rabat, l-Aġenzija wettqet xogħol infratrutturali fi triq ġdida fi Triq il-Profs V Griffiths, Limiti tal-Qolla, Misrah Suffara limits of Rabat, Mtarfa By Pass to Buqana, n/s in Telgha tas-Saqqajja (Gigu), p/o road in limits of Ta Santi, p/o Triq Hal Tartani, p/o Triq l-Iskultura, Triq Inguanez, Pont f’ Chadwick Lakes, Triq biswit Dwejra lines, Dahlet Id-Dejr, Sqaq il-Lewz, Sqaq Xlejli, Tal-Merhla - Migra Ferha, Tas-Salib, Trejqet Ghemieri, Triq Ferris, Triq Gnien Fieres, Triq Gorg Borg Olivier, Triq Hobbejza, Triq is-Sajf ta' San Martin, Bahrija, Triq it-Tigrija, Triq Kola Xara, Triq l-Irziezet ta l-Imtahleb, Triq Nadur (Tat Torri), Triq Pawlu Inguanez, Triq San Aristarku, Triq San Ġwann l-Għammied, Triq San Mikiel, Pjazza Forok, Triq San Patrizju, Triq San Pawl Kuntent, Triq San Piju V, Triq San Trofimu, Triq San Tumas, Triq Santa Katarina, Triq Santa Rosa, Triq Santu Rokku, Triq ta' Qasgha, Triq bla isem minn YOURS sa Migra l-Ferha, Mtahleb, Triq bla isem fi Mtahleb, Triq bla isem fi Sqaq tal-Blajjet, Chadwick Lakes, Triq bla isem fi Triq Is-Santi, Triq bla isem fil-limiti ta’ Dwejra , Triq bla isem fi Triq Santa Katerina, Mtahleb biswit Mithna, Triq bla isem fi Triq Ghar id-Dwieb, Mtahleb , Triq bla isem fi Triq Ghar id-Dwieb, Mtahleb , Tela' tas-Saqajja. Trejqet il-Gewz, Triq is-Sajf ta' San Martin, Sqaq Fra Diegu.

Ħad-Dingli – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid f’Ħad-Dingli mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli, l-Aġenzija wettqet xogħol ta’ pavimentar f’ Misrah Frenc Abela, pavimentar p/o Triq San Pawl, Alley No 1 in Rabat Road, Misrah Frenc Abela, p/o Triq San Pawl, p/o Triq Parrocca, n/s in Triq il-Maddalena, n/s in Triq it-Turretta, Dahla tas-Sienja, Sqaq il-Museum, Triq San Gwann Bosco, part of Triq San Gwann Bosco, p/o Triq Guze Ebejer, pavimentar fi Triq il-Parrocca, pavimentar fi Misrah Frenc Abela, pavimentar fi Triq id-Dejqa (and culvert works), pavimentar fi Triq il-Kuncizzjoni, pavimentar fi Triq il-Kbira, Triq Il-Ghajn, Triq biswit Triq Ta' Baldu, Sqaq Djar il-Bniet, Sqaq Manduka, Triq Guze Ellul Mercer, Triq id-Dahar Buskett Road, Triq il-Bufula and p/o Triq il-Panoramika, Triq il-Buskett, Triq Lemhet Filfla, Triq l-Ghabex, Triq Santu Rokku, l-Għajn ta' Ħofriet ir-Rizz.

Kontribuzzjonijiet f’bolol minn persuni barranin li jgħixu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm (ammont finanzjarju) saru kontribuzzjonijiet f'bolol minn persuni barranin li jgħixu Malta, matul l-aħħar għaxar snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali (bolol) imħallsa f’isem persuni barranin li jgħixu Malta, sena b’sena mill-2012 sa 2021, kien kif ġej: Sena Kontribuzzjoni mill-Impjegati (Euro) Kontribuzzjoni mill-‘Employers’ (Euro) 2012 14,959,700.88 15,083,276.09 2013 18,103,632.60 18,253,882.40 2014 21,923,114.63 22,083,763.14 2015 28,881,148.53 29,064,734.61 2016 39,043,697.71 39,225,177.69 2017 51,128,816.71 51,323,623.86 2018 68,516,324.72 68,833,575.19 2019 82,389,891.36 82,528,040.49 2020 90,803,089.36 91,038,532.67 2021 100,988,257.70 101,064,098.10

Università ta’ Malta – studenti li komplew bil-kors ta’ Masters

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4180, jista’ l-Ministru jagħti n-numru eżatt ta’ kemm hemm studenti li qed jagħmlu kors ta' Masters eżatt wara li temmew b’suċċess il-kors ta’ baċellerat u qed jirċievu stipendju għal dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4180, nirriferih ukoll għall-artikolu 13(ċ) tal-Leġiżlazzjoni (SL.605.06) li jgħid, “biex student ikun eliġibbli għal-għotjiet ta’ manteniment f’kors ta’ wara l-ewwel grad, il-kors għandu jkun iwassal għal warrant biex tiġi pprattikata professjoni, sakemm li l-istudent mhux diġà rċieva l-għoti ta’ manteniment tal-istudenti fuq l-istess livell”.

Ċens temporanju lil kumpanija

Question

B'referenza għal ċens temporanju tal-Gvern Malti għall-art fejn fuqha ġiet stabbilita l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, datat 3 ta' Ġunju 1963, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt pubbliku?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onor. Interpellant li kopja tal-kuntratt tista' tinkiseb mir-Reġistru Pubbliku.

Università ta’ Malta – studenti li komplew bil-kors ta’ Masters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti fl-Università ta’ Malta li qed ikomplu kors ta’ Masters eżatt wara li temmew b’suċċess il-kors ta’ baċellerat? Kemm minn dawn jieħdu jew ħadu xi forma ta’ grant jew stipendju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 1,223 student li jattendu kors fil-livell ta’ Masters. L-istudenti li jibbenefikaw mill-istipendju hu skont l-artikolu 13(ċ) tal-leġiżlazzjoni (SL.605.06).

Persuni b’ċittadinanza barranija impjegati mal-amministrazzjoni pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna b’ċittadinanza barranija hija impjegata mal-amministrazzjoni pubblika (servizz pubbliku, korporazzjonijiet pubbliċi, aġenziji u settur pubbliku)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 3130.