Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11918 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ kemm-il triq ġdida li saret f’dawn l-aħħar għaxar snin kellha terġa’ tinfetaħ għal xi raġuni jew oħra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kumpless biex wieħed jestrapola din l-informazzjoni peress li d-‘data’ tal-permessi tinkorpora bosta interventi li jvarjaw minn kostruzzjoni ta’ triq totalment ġdida jiġifieri li kienet għalqa u saret triq, jew triq li reġgħet ġiet asfaltata sa trinka privata għal servizz ġdid tad-drenaġġ jew servizz tal-ilma. Aktar minn hekk, minħabba l-perjodu estiż kif indikat (cioe’ għaxar snin) huwa ferm aktar kumpless biex testrapola d-‘data’ mitluba. Għalhekk, jekk l-Onorevoli Interpellant ikun speċifiku għal triq jew toroq partikolari, Transport Malta tkun tista’ tagħti tali informazzjoni li għandha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11915 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti taċ-Ċentru tas-Saħħa li wiegħed li se jagħmel fis-Siġġiewi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Inżid ukoll li dan il-Community Clinic ġewwa l-proġett tal-akkomodazzjoni soċjali ġewwa s-Siġġiewi se joffri wkoll diversi servizzi, fosthom dawk ta’ GP Clinic, Nurse Lead – Opportunistic Screening Clinic, Physiotherapy Clinic, Podiatry Clinic, Speech & Language Pathology Clinic u Phlebotomy Clinic. Dawn is-servizzi ħa jkunu disponibbli b’appuntament fejn pazjenti/klijenti għandhom jagħmlu dan billi jċemplu lil Primary HealthCare Telemedicine Client Support Centre fuq 21231221 jew 21222444.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-MCAST waqqfet il-kors tal-Bachelor of Science (BSc) in Building Services?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex l-istudenti jingħataw edukazzjoni ta’ kwalità ogħla inkluż rikonoxximent ta’ status bħala inġiniera professjonali, l-istudenti tal-MCAST li jixtiequ jmorru għall-qasam tas-servizzi tal-bini issa qed jiġu offruti jsegwu kors ta Baċellerat fl-inġinerija li jikkwalifikahom biex japplikaw għall-warrant ta' inġinier.
Dan il-kors huwa ta’ kwalità għolja ħafna u huwa vverifikat u approvat mill-bord tal-inġinerija. L-istudenti jistgħu jispeċjalizzaw aktar fis-servizzi tal-bini permezz ta' korsijiet fil-livell ta' master offruti mill-MCAST sabiex isiru esperti fil-qasam. B’hekk l-istudenti tal-MCAST jieħdu r-rwol ta’ warranted engineers speċjalizzati fil-livell ta’ master f oqsma tal-Building Services.
MCAST — Waqfien tal-kors Advanced Diploma in Building Services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-MCAST waqqfet il-kors tal-Advanced Diploma in Building Services?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala istituzzjoni pubblika l-MCAST jeħtieġ li jkun konxju tal-użu tajjeb tal-fondi pubbliċi kif ukoll li jipprovdi sinerġiji li jippreparaw lill-istudenti għall-ambjent tax-xogħol professjonali tal-lum biex b’hekk jiġi żgurat li l-edukazzjoni tagħhom ma tkunx magħluqa.
L-MCAST jifhem ukoll li l-ambjent tas-servizzi tal-bini tal-llum qed jimxi aktar lejn l-użu tal-elettronika, intelliġenza artifiċjali, integrazzjoni tal-kompjuter, sistemi effiċjenti tal-HVAC, sostenibbiltà u disinn innovattiv tal-bini. L-MCAST joffri għadd kbir ta’ korsijiet immirati għal dan is-settur inklużi programmi speċjalizzati ta’ livell tekniku li permezz tagħhom l-istudenti jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom inklużi iżda mhux limitati għal HVAC, intelliġenza artifiċjali, awtomazzjoni, elettronika, inġinerija, disinn elettriku sa sistemi industrijali 3 phase, żvilupp tal-bini, Programmazzjoni PLC u ħafna oqsma oħra meħtieġa fl-ambjent tas-servizzi tal-bini tal-lum.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ kemm-il triq ġdida li saret f’dawn l-aħħar għaxar snin kellha terġa’ tinfetaħ għal xi raġuni jew oħra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jiltaqa' l-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni? Jista’ jgħid ukoll meta ltaqa' fl-2023 u meta huwa ppjanat li jiltaqa' fil-bqija tal-2023 u l-2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni jiltaqa' medja ta’ għaxar darbiet fix-xahar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, timeline bid-dati u bin-numru ta’ ħaddiema li biħsiebha timpjega l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat, li tħejja pjan fuq 3 snin sabiex fl-OHSA jiġu ngaġġati madwar 40 persuna oħra fi gradi differenti fosthom dawk tekniċi, amministrattivi u ta’ nfurzar. Bħalissa dan il-pjan qed jiġi proċessat mal-MFE.
Tista’ l-Ministru tagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għamel talba lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex ir-rampa tingħata wiċċ ġdid bl-istess materjal li kien hemm għal ħafna snin.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (ETIENNE ABELA, JO)

Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.