Legislature:
Category:
Reset
Active:

Economic Operator Names

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji jew l-individwi li jikkonstitwixxu l-Economic Operator Names li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li daħlu sottomissjoni għas-sejħa pubblika li għalqet għall-konċessjoni tal-proġett tal-irdieden tar-riħ fuq il-baħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal stqarrija (PR251320) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar it-22 ta’ Lulju 2025, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Arms Ltd — Kuntratt ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex qed jokkupa l-kariga ta’ konsulent mal-ARMS Ltd? Jekk iva, tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-ingaġġ tiegħu mal-ARMS Ltd, kemm preżenti kif ukoll passati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17402, ninformah li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma jokkupa l-ebda kariga ma’ ARMS Ltd. iżda joffri servizz ta’ konsulenza fuq relazzjonijiet mal-klijenti li ilu jingħata minn Lulju tal-2022.

ARMS Ltd — Permessi

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kollha maħruġa minn dak li qabel kien il-PAHRO u s-suċċessur tiegħu l-P&SD fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM) biex permezz tagħhom l-ARMS setgħet timpjega persuni magħha, flimkien mal-vacancy forms relatati, li permezz tagħhom setgħu jiġu impjegati persuni minn barra jew permess tar-Reġistru Part 1, 2 u 3?

Response (DALLI, MIRIAM)

Niforma lill-Onor. Interpellant li, bħal fl-entitajiet l-oħra tas-settur pubbliku, fil-kumpanija ARMS il-proċess ta’ reklutaġġ huwa regolat mill-provvedimenti tal-Manwal tad-Direttiva 7. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ vacancy forms li ġew approvati minn April 2022 sal-lum.

ARMS Ltd – Ħaddiema – Promozzjonijiet – Riżultati kontestati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk qattx kien hemm kontestazzjoni minn xi ħaddiem fl-ARMS dwar xi riżultat jew xorta oħra f’dak li għandu x’jaqsam ma’ promozzjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li kemm ilha mwaqqfa l-ARMS kien hemm tali kontestazzjoni.

ARMS Ltd – Ħaddiema – Promozzjonijiet – Riżultati kontestati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk teżistix proċedura fl-ARMS għal meta impjegat ma jaqbilx ma’ riżultat miksub minnu/minnha u jkun jixtieq jikkontestah? Jekk iva, tista’ tqiegħed id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali proċedura teżisti u hija stabbilita permezz tal-Ftehim Kollettiv.

Home Help

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fuq il-lista ta’ stennija li qed jistennew li jiġu assenjati s-servizz ta’ home help? Jista’ wkoll jagħti l-perjodi ta’ kemm kull wieħed ilu jistenna għal dan is-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 182 anzjani fuq il-lista ta' stennija li qed jistennew li jiġu assenjati s-servizz ta' Home Help. L-istennija tvarja u jkun hemm bosta raġunijiet għal dan, fosthom anzjan/a/i tkun j/tixtieq ġranet jew ħinijiet partikolari għas-servizz; persuna tkun toqgħod f'limiti ta' villaġġ u jkollhom bżonn helper bil-karozza; il-klijenti speċifikament jitolbu helper raġel jew mara. Dawn iċ-ċirkostanzi kollha jinfluwenzaw il-perjodu taż-żmien ta' stennija.

Pest control — Ċertifikazzjoni jew permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tixtieq toffri servizz ta’ pest control, għandhiex bżonn xi ċertifikazzjoni jew permess biex topera u toffri dan is-servizz?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi — Trasport pubbliku - Rotta numru 62 - Żieda fil-frekwenza

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li tiżdied il-frekwenza tas-servizz tat-trasport pubbliku bir-rotta numru 62 li topera mis-Siġġiewi għall-Belt Valletta, peress li bejn is-6:00 u t-8:00 ta’ filgħodu l-karozzi tal-linja qed jaslu mimlija sa mill-ewwel bus stop bl-isem ta’ Felici, f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni.

L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124, 28246, 28417, 28713, 28941 u 29110 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Leġiżlazzjoni msemmija tapplika fl-intier tagħha, inkluż Artikolu 6.4.

Is-Siġġiewi — Zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għaz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti ta’ quddiem hux ser tkun lesta sal-festa ta’ San Nikola fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pavimentar ċentrali taz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, li minn fuqu tgħaddi l-purċissjoni, huwa ppjanat li jkun lest sal-festa ta’ San Nikola fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju.

L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124, 28246, 28417, 28713 u 28941 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Sentenza tal-Qorti tal-Appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa bħala Ministru wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MFSA se taderixxi mas-sentenza tal-Qorti.

MFSA — Sentenza tal-Qorti tal-Appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u min se jħallas l-ammont imponut mis-sentenza tal-Qorti? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29111.

L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124, 28246, 28417 u 28713 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Supply teachers — Kors

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28245 u 28416 u jgħid meta se jiġi offrut il-kors għas-supply teachers biex ikunu jistgħu jingħataw impjieg permanenti, kif stipulat fil-ftehim settorjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalliema supplimentari jistgħu japlikaw għal B.Ed jekk ikollhom kwalifika MQF livell 4 u MEd jekk ikollhom kwalifika MQF livell 6.

L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124, 28246 u 28417 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

ARMS — Kontijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 28445 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kemm inħarġu kontijiet mill-ARMS, separati skont it-tip (residenzjali, domestiċi u kummerċjali), minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Supply teachers — Kors

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28245 u jgħid meta se jiġi offrut il-kors għas-supply teachers biex ikunu jistgħu jingħataw impjieg permanenti, kif stipulat fil-ftehim settorjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124 u 28246 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.