Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Plakka tal-inawgurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-plakka tal-inawgurazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, li ġġib l-isem ta’ Dr Hyzler, tinħeba ġo shaft?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħdejn il-bieb ta’ barra, il-plakka bl-ismijiet ta’ l-Onor. Dr Eddie Fenech Adami u ta’ l-Onor. Dr George J. Hyzler għadha fil-post oriġinali tagħha.
Ninformah ukoll li l-immodernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ġie jiswa €2.8 miljun.
Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Plakka tal-inawgurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tax direzzjoni biex il-plakka tal-inawgurazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, li ġġib l-isem ta’ Dr Hyzler, terġa’ titpoġġa fil-post oriġinali tagħha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17777.
Awtorità tal-Artijiet — Inkarigi li ngħataw lill-Periti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17449 u jgħid kemm-il inkarigu ngħata mill-Awtorità tal-Artijiet lil kull perit taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit (Numru ta’ Referenza: CT2132/2021) u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2 u Lot 3 tal-istess Framework Agreement?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-inkarigi lill-Periti skont il-Framework Agreement imsemmi jingħataw b’roster iġġenerat minn sistema awtomatika li tassenja x-xogħol lill-Periti. B’kollox ingħataw 194 inkarigu taħt Lot 1, 184 inkarigu taħt Lot 2, u 139 inkarigu taħt Lot 3.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenmtari 17450 u jgħid kemm tħallas kull perit mill-Awtorità tal-Artijiet sa issa u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2 u Lot 3 tal-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit (Numru ta’ Referenza: CT2132/2021)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li t-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 17450 kienet tinkludi l-ammonti tal-invoices kollha tal-periti li tħallsu mid-data tal-Framework Agreement, u dan kien jinkludi xogħol li sar qabel dan l-Agreement. Taħt il-Framework agreement s’issa tħallsu €182,559 taħt Lot 1, €58,800 taħt Lot 2 u €37,600 taħt Lot 3.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-pool tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar xhur mhuwiex jintuża bl-istudenti jkollhom imorru f'faċilitajiet oħra biex jipprattikaw l-għawm, filwaqt li anzjani Siġġiwin qegħdin jiġu mċaħħda minn dan is-servizz li kien jiġi offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17443 u jgħid kemm nefqet flus sa issa l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020), l-Awtorità nefqet €139,158.95.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni — Periti li qed joffru servizz
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17444 u jgħid kemm-il perit/uffiċċju ta’ periti hemm li qed joffri servizz lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020) u min huma?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 7 periti/uffiċċji ta’ periti li offrew is-servizz lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Authority (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020). Dawn huma:
PMA Architects, Carter Genovese, Terracore, EMDP, Med Design, QPM, Cornerstone
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – Inkarigi li ngħataw lill-Periti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17445 u jgħid kemm-il inkarigu ngħata kull perit/uffiċċju ta’ periti taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020) mill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2, Lot 3, Lot 4, Lot 5, Lot 6 u Lot 7 tal-istess Framework Agreement?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellant it-tabella li turi kemm-il inkarigu ngħata kull perit/uffiċċju ta’ periti taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020) mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni.
Nefqa fi studji u applikazzjonijiet — Periti - Ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17446 u jgħid kemm tħallas kull perit/uffiċċju ta’ periti sa issa u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2, Lot 3, Lot 4, Lot 5 Lot 6 u Lot 7 tal-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020) mill-Aworità tal-Bini u Kostruzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm tħallas kull perit/uffiċċju ta’ periti taħt Lot 1, Lot 2, Lot 3, Lot 4, Lot 5 Lot 6 u Lot 7 tal-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020)
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni u wiċċ ġdid fi Triq ta' Bur il-Kbir (bejn Triq Blat il-Qamar u Triq Ta' Kilpa), fis-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.
Awtorità tal-Artijiet — Inkarigi li ngħataw lill-Periti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkarigu ngħata mill-Awtorità tal-Artijiet lil kull perit taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit (Numru ta’ Referenza: CT2132/2021) u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2 u Lot 3 tal-istess Framework Agreement?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas kull perit mill-Awtorità tal-Artijiet sa issa u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2 u Lot 3 tal-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit (Numru ta’ Referenza: CT2132/2021)?
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex makkinarju fil-binja tal-housing quddiem il-monument tat-Tabib Nikol Zammit li qed jiġġenera ħsejjes insapportabbli għar-residenti tas-Siġġiewi matul il-lejl, jitwaqqaf? Jista’ jgħid x’inhu dan il-makkinarju u xi skop għandu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol għaddej ġmielu fil-binja tal-housing tas-Siġġiewi b’investiment ta’ €12.4 miljun li permezz tiegħu, madwar 80 familja se jkollom saqaf fuq rashom. Infurmat li biex innaqqsu l-ħin tal-istennija għal dawn il-familji u l-proġett jitlesta kemm jista’ jkun malajr, kull meta jinqata’ d-dawl jixgħel generator hekk kif il-blokka qiegħda temporanjament imqabbda ma’ substation li tinsab ftit ’il boghod mill-binja. Madankollu ħadt nota tal-ilmenti li rċieva l-Onor. Interpellant u għaddejtha lill-awtoritajiet ikkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-prodott ‘Energie Shake Complete’ ser jerġa’ jkun disponibbli peress li jinsab out of stock? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jingħataw rifużjoni lil min qed jixtrih hekk kif iridu iħallsu €73 fil-ġimgħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-prodott ‘Energie Shake Complete’ qed jingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Disabled Blue Box li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx approvata minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-approvazzjoni inkluż id-data? Jekk le, x'azzjoni ser tkun qed tittieħed mil-awtorità responsabbli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor Interpellant li ninsab infurmat li għaddej komunikat bejn l awtorità u l- Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra in-National Research and Innovation Plan 2023-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet flus sa issa l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni — Periti li qed joffru servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il perit/uffiċċju ta’ periti hemm li qed joffri servizz lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020) u min huma?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – Inkarigi li ngħataw lill-Periti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkarigu ngħata kull perit/uffiċċju ta’ periti taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit to the Building and Construction Agency (Numru ta’ Referenza: CT2486/2020) mill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2, Lot 3, Lot 4, Lot 5, Lot 6 u Lot 7 tal-istess Framework Agreement?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.