Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17832, 18131, 18574 u 18742 u jgħid għalfejn il-pool tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar xhur mhuwiex jintuża bl-istudenti jkollhom imorru f'faċilitajiet oħra biex jipprattikaw l-għawm, filwaqt li anzjani Siġġiwin qegħdin jiġu mċaħħda minn dan is-servizz li kien jiġi offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba numru ta’ raġunijiet il-pixxina eżistenti hi meqjusa outdated, is-servizzi li kienu jiġu offruti qed jingħataw minn Ħal Kirkop.
Barra l-aspett ta’ faċilitajiet wieħed irid ukoll jassigura ħaddiema kwalifikati li jassiguraw il-manutenzjoni kif ukoll is-sigura tal-istess faċilitajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol fi Triq il-Girgenti (bejn Triq ta’ Djar il-Baqar u Triq Ta’ Għajn il-Kbira / Triq Ta’ Lawrenti) li ilu sejjer madwar 8 xhur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjiegħ mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin. Ezatt wara tibda t-tieni fażi ta’ xogħlijiet li jkopri xogħol ta’ rikonstruzzjoni tat-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol infrastrutturali ta’ toroq hu ppjanat li jsir fit-toroq tas-Siġġiewi, u għal kull xogħol jindika meta ser jibda u jitlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta’ Ħidma mal-Kunsilli Lokali, l-kunsill tas-Siggiewi talab it-toroq segwenti; P/o Triq Santa Margerita, P/o Triq Pawlu VI., Triq L-Imdina, Triq Annabelle Vassallo, Triq Imqabba, Triq Il-Knisja Qadima, Girgenti Junction, Triq Blat Il-Qamar, Triq l-Ghid, Triq Tabib Nikola Zammit, Triq Il-Muza, Triq Salvu Borg Olivier u P/o Triq Zernieq.
Għaldaqstant Infrastruttura Malta skattat il-proċess ta’ koordinazzjoni mall-entitajiet varji, liema proċess ta’ konsultazzjoni jibqa għaddej u fejn jkun hemm bżonn jiġi mġedded minn żmien għal żmien, sa ma tinbeda it-triq partikolari. Infrastruttura Malta se tkun qed tibda xogħolijiet ta’ dawn it-toroq minn din is-sena, 2024, b’mod susseggwenti sabiex tillimita l-inkonvenjent f’kull lokalità. Meta dawn joqorbu it tlestija, Infrastruttura Malta terġa tniedi proċess ta’ konstultazzjoni mall-kunsill rispettiv għal xogħlijet oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17832, 18131 u 18574 u jgħid għalfejn il-pool tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar xhur mhuwiex jintuża bl-istudenti jkollhom imorru f'faċilitajiet oħra biex jipprattikaw l-għawm, filwaqt li anzjani Siġġiwin qegħdin jiġu mċaħħda minn dan is-servizz li kien jiġi offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir u jitlesta x-xogħol ta’ wiċċ ġdid fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għad iridu jsiru fi Triq l-Imqabba, jinkludu Cables tal-Enemalta (li jestendu wkoll fi Triq ir-Rebbiegħa, Triq in-Newba, Triq id-Demnuq, Triq Nazzareno Pisani u Pjazza Citta Ferdinand), bdil tal-main tal-ilma, bini mill-ġdid ta’ bankini u bini tat-triq inkluż xogħlijiet t’asfalt.
Ix-xogħlijiet huma previsti li jkunu lesti fix- xhur li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18102, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan ta’ fejn se tinbena s-substation f’Ħal Kirkop?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi kopja tas-site plan fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17832 u 18131 u jgħid għalfejn il-pool tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar xhur mhuwiex jintuża bl-istudenti jkollhom imorru f'faċilitajiet oħra biex jipprattikaw l-għawm, filwaqt li anzjani Siġġiwin qegħdin jiġu mċaħħda minn dan is-servizz li kien jiġi offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Statistika ta' kemm vetturi qalbu għal gass taħt l-iskema offruta mill-Gvern
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18250 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika ta' kemm-il vettura għamlet il-qalba għal gass taħt l-iskema offruta mill-Gvern minn meta bdiet topera l-iskema sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Tender għal ‘lease and operation of 60MW power generation plant 2023’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18094, u fid-dawl tal-fatt li ż-żmien għall-appell skada, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni li turi l-esperjenza fil-kiri ta’ power stations li ddikjara kull offerent b’rabta mad-dokument tat-tender bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Artiklu 2.5 tar-Regoli Ġenerali li Jirregolaw Offerti (General Rules Governing Tenders) tad-Dipartiment tal-Kuntratti, li jirriflettu l-pożizzjoni skont il-liġi applikabbli, jgħid hekk:
An economic operator may, where appropriate and for a particular contract, with regard to criteria relating to economic and financial standing and to criteria relating to technical and professional ability, rely on the capacities of other entities, regardless of the legal nature of the links which it has with them. With regard to criteria regarding educational and professional qualifications, or to relevant professional experience, economic operators may however only rely on the capacities of other entities where the latter will perform the works or services for which these capacities are required. Where an economic operator wants to rely on the capacities of other entities, it must in that case prove to the contracting authority that it will have at its disposal the resources necessary, for example, by producing an undertaking by those entities to that effect.
Fir-rigward tat-tender li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, l-offerenti kienu mitluba jissottomettu lista ta’ kuntratti li jinvolvu l-kiri t’impjanti għal ġenerezzjoni tal-elettriku mwettqa b'mod sodisfaċenti matul l-aħħar tliet snin – jiġifieri 2021, 2022, u 2023 – u li għandhom valur totali minimu ta’ €10 miljun, b’wieħed minn dawn il-kuntratti jrid ikollu valur minimu ta’ €5 miljun.
L-informazzjoni mogħtija mill-Offerenti tista’ tkun kummerċjalment sensittiva, kif ukoll tappartjeni lil entitajiet terzi li m’humiex involuti direttament f’dan il-proġett. Għaldaqstant, qed tingħata biss informazzjoni dwar l-Offerenti, min wettaq il-proġetti ndikati minnhom, kif ukoll il-valur totali tal-proġetti matul it-tliet snin indikati:
1. L-Offerent MPDV ippreżenta l-esperjenza minn proġetti relatati kuntrattati mill-impriża konġunta VPower Holdings Ltd li jammontaw għal madwar €386 miljun.
2. L-Offerent UNEC ippreżenta l-esperjenza minn proġetti relatati kuntrattati mis-sottokuntrattur Altaaqa Alternative Solutions Global FZE li jammontaw għal madwar €100 miljun.
3. L-Offerent APR ippreżenta l-esperjenza minn proġetti relatati kuntrattati minn APR stess li jammontaw għal madwar €112-il miljun.
4. L-Offerent Aggreko ppreżenta l-esperjenza minn proġetti relatati kuntrattati minn Aggreko stess li jammontaw għal madwar €46 miljun.
B’hekk l-offerenti kollha ssodisfaw il-kriterji ta’ esperjenza rigwardanti kuntratti li jinvolvu l-kiri t’impjanti għal ġenerezzjoni tal-elettriku.
Siġġiewi — Proġett taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola
Question
Jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-ewwel fażi tal-proġett taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola fis-Siġġiewi, u ċjoè l-parti ċentrali tat-taraġ, se tkun lesta fil-ħin għall-festa ta' San Nikola fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-proġett taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola fis-Siġġiewi qed jinqasam f’fażijiet bil-għan li x-xogħol ma jimpattax il-festa ta’ dan ir-raħal.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17832 u jgħid għalfejn il-pool tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar xhur mhuwiex jintuża bl-istudenti jkollhom imorru f'faċilitajiet oħra biex jipprattikaw l-għawm, filwaqt li anzjani Siġġiwin qegħdin jiġu mċaħħda minn dan is-servizz li kien jiġi offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Plakka tal-inawgurazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17777, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-plakka tal-Inawgurazzjoni li ġġib l-ismijiet ta’ Dr. George Hyzler u Dr. Louis Galea li tinsab fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, hijiex ser titneħħa mix-shaft ta’ servizzi li fih tpoġġiet u titpoġġa fil-post fejn kienet jew post prominenti ieħor?
Statistika ta' kemm vetturi qalbu għal gass taħt l-iskema offruta mill-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika ta' kemm-il vettura għamlet il-qalba għal gass taħt l-iskema offruta mill-Gvern minn meta bdiet topera l-iskema sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Lease and operation of 60MW power generation plant 2023 – Tender
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender document bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi kopja tad-dokument mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra, liema dokument diġà kien aċċessibbli fuq is-sit www.etenders.gov.mt
Lease and operation of 60MW power generation plant 2023 – Tender — Evalwazzjoni u Riżultat
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument tal-evalwazzjoni flimkien mar-riżultat tat-tender bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li d-dokument tal-evalwazzjoni relatat mas-sejħa għall-offerti bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’ huwa dokument intern li jappartjeni lill-Enemalta. Dan id-dokument fih informazzjoni li tista’ tkun kummerċjalment sentittiva u li ma tistax tiġi żvelata pubblikament.
Lease and operation of 60MW power generation plant 2023 – Tender — Offerti
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-esperjenza fil-bini ta’ powerstations li ddikjara kull offerent b’rabta mad-dokument tat-tender bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li l-proċess t’evalwazzjoni relatat mas-sejħa għall-offerti bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’ jinsab fi stadju t’appell. Għaldaqstant, filwaqt li mhux propizju li l-informazzjoni mitluba tiġi mogħtija f’dan l-istadju, l-istess informazzjoni relatata ma’ kiri, u mhux “bini”, ta’ impjant għal ġenerazzjoni tal-elettriku tkun tista’ titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jgħaddi l-istadju t’appell.
Lease and operation of 60MW power generation plant 2023 – Tender — Aġġudikazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-membri tal-aġġudikazzjoni tat-tender document bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-membri tal-bord tal-aġġudikazzjoni kienu lkoll uffiċjali tal-Enemalta li huma inġiniera bi snin twal t’esperjenza fil-qasam tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Peress li l-membri tal-bord jaġixxu fil-mansjoni uffiċjali tagħhom u mhux personali, l-Enemalta ma tħossx li jkun korrett li d-data personali tal-individwi tiġi mxandra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16847, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan ta' fejn se ssir is-substation f’Ħal Kirkop u d-data meta din se tkun kkummissjonata biex tibda topera?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li filwaqt li x-xogħol fuq ġewwa ta’ din is-substation wasal fil-fażijiet finali, bħalissa għaddej il-proċess biex jinħareġ il-permess għall-iskavar u jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fuq barra. Huwa mmirat li din is-substation mistennija tiġi kummissjonata sa nofs din is-sena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16847, tista' l-Ministru tgħid jekk id-19-il appartament tal-Housing fi Triq il-Lewżiet, Ħal Kirkop humiex se jibqghu kkonnettjati ma' Triq San Leonardu jew jekk humiex se jkunu pprovduti mis-substation il-ġdida li qed tagħmel referenza għaliha fl-istess tweġiba?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li ladarba tiġi kummissjonata s-substation ġdida l-appartamenti indikati ser jiġu mqabbdin magħha.
Persuni li jipprattikaw attivitajiet veterinarji privati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix obbligu legali biex persuna li tipprattika attivitajiet veterinarji privati tkun koperta b’polza ta’ assikurazzjoni privata (professional indemnity insurance)?
Response (REFALO, ANTON)
Preżentament, fil-leġiżlazzjoni dwar is-Servizzi Veterinarji ma jeżistix obbligu legali biex persuna li tipprattika attivitajiet veterinarji privati tkun koperta b’polza ta’ assikurazzjoni privata, madankollu l-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji (VSC) jitlob li l-kirurgi veterinarji stabbiliti f’Malta jkollhom tali kopertura peress li dan huwa rekwiżit għall-kirurgi veterinarji li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor u joffru servizz temporanju jew okkażjonali f’ Malta.