Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħaddiema li telqu fil-livelli kollha tal-front desk tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda? Għal kull tmiem, jista’ jagħti l-livell tal-kariga u f’liema sezzjoni kienet assenjata din il-persuna?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti li telenka dawk il-ħaddiema fil-livelli kollha li kienu jaħdmu fil-Front Office tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) li telqu mill-2014 sal-lum.
Grad
Numru ta’ ħaddiema
Senior Agricultural Officer
1
Manager
11
ICT Business Analyst
Project Officer
3
Agricultural Officer
4
Assistant Project Officer
1
Executive Officer
1
Senior Clerk
3
Ex Postal employee
1
Applications Coordinator
1
REWS — kumpaniji terzi awtorizzati biex jagħmlu xogħol ta’ bunkering
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20324 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ awtorizzazzjonijijet li r-Regolatur għall-Enerġija u l-Ilma (REWS) ħarġet lil kumpaniji terzi biex jagħmlu xogħol f’isem dawk liċenzjati fis-settur tal-bunkering bejn l-2019 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-dati, l-isem tal-kumpaniji u f’isem liema liċenzja ngħatat din l-awtorizzazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) ma ħareġ ebda awtorizzazzjoni lil kumpaniji terzi biex jagħmlu xogħol f’isem dawk liċenzjati fis-settur tal-bunkering bejn l-2019 u l-ġurnata tal-lum.
REWS — kumpaniji liċenzjati biex jagħmlu xogħol ta’ bunkering
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20323 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kumpaniji liċenzjati mir-Regolatur għall-Enerġija u l-Ilma (REWS) biex jagħmlu xogħol ta’ bunkering? Tista’ tgħid ukoll jekk dawn il-kumpaniji liċenzjati jistgħux jikkuntrattaw lil xi kumpaniji oħra mhux liċenzjati (sub-contracting) biex jużaw il-liċenzja tagħhom u jagħmlu xogħol ta’ bunkering f’isimhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-kumpaniji liċenzjati ma jistgħux jikkuntrattaw lil xi kumpaniji oħra mhux liċenzjati (sub-contracting) biex jużaw il-liċenzja tagħhom u jagħmlu xogħol ta’ bunkering f’isimhom.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20322 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-transazzjonijiet li saru bejn l-MOBC, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-data tat-transazzjoni, in-natura u l-valur involut?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-perjodu indikat ma sarux transazzjonijiet bejn l-MOBC, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20321 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-transazzjonijiet li saru bejn l-Enemed, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-data tat-transazzjoni, in-natura u l-valur involut?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaq li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemed għandha numru ta’ kontrolli fis-seħħ biex tiżgura struttura soda ta’ governanza u kontrolli biex tirregola l-proċess tal-akkwist tal-fjuwil. Fost oħrajn, wieħed mill-kontrolli li Enemed għandha fis-seħħ huwa proċess ta' diliġenza biex tiżgura li l-kumpaniji li tagħmel tranżazzjoni magħhom ma jkunux sanzjonati u jkunu ta' reputazzjoni tajba.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20320 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-transazzjonijiet li saru bejn l-Enemalta, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-data tat-transazzjoni, in-natura u l-valur involut?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20724, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ pagamenti li saru mill-Korporazzjoni Enemalta fl-2013 lill-kumpaniji indikati. Ninsab infurmata li dawn il-pagamenti kienu jirreletaw ma’ impenji li kienet ħadet il-Korporazzjoni qabel l-20 ta’ Frar 2013, id-data ta’ meta ċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta ta’ dak iż-żmien kien informa lill-kumpaniji indikati li fid-dawl tal-investigazzjonijiet tal-Pulizija, l-Enemalta tqis li ma jkunx floku li jsiru transazzjonijiet sakemm is-sitwazzjoni tiġi kjarifikata.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20319 u ċjoè: B’referenza għad-dikjarazzjoni li kien għamel il-Ministru responsabbli mill-Enemalta fis-sena 2014, u ċjoè li l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament huma blacklisted, tista’ l-Ministru tgħid jekk dan il-blacklisting għadux fis-seħħ, u jekk le meta tneħħa u għaliex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’effett mill-20 ta’ Frar 2013, iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta ta’ dak iż-żmien kien informa lill-kumpaniji indikati li, fid-dawl tal-investigazzjonijiet tal-Pulizija, l-Enemalta tqis li ma jkunx floku li jsiru transazzjonijiet sakemm is-sitwazzjoni tiġi kjarifikata. Għalhekk ma saru ebda akkwisti minn tali kumpaniji ħlief li ngħalqu mpenji kummerċjali li kien hemm diġà. L-Enemalta waqqfet l-użu tal-Heavy Fuel Oil fl-2017 u għalhekk m’hemmx lok ta’ akkwist mingħand dawn il-kumpaniji.
B’referenza għad-dikjarazzjoni li kien għamel il-Ministru responsabbli mill-Enemalta fis-sena 2014, u ċjoè li l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament huma blacklisted, tista’ l-Ministru tgħid jekk dan il-blacklisting għadux fis-seħħ, u jekk le meta tneħħa u għaliex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-transazzjonijiet li saru bejn l-Enemalta, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-data tat-transazzjoni, in-natura u l-valur involut?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-transazzjonijiet li saru bejn l-Enemed, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-data tat-transazzjoni, in-natura u l-valur involut?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-transazzjonijiet li saru bejn l-MOBC, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-data tat-transazzjoni, in-natura u l-valur involut?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
REWS — kumpaniji liċenzjati biex jagħmlu xogħol ta’ bunkering
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kumpaniji liċenzjati mir-Regolatur għall-Enerġija u l-Ilma (REWS) biex jagħmlu xogħol ta’ bunkering? Tista’ tgħid ukoll jekk dawn il-kumpaniji liċenzjati jistgħux jikkuntrattaw lil xi kumpaniji oħra mhux liċenzjati (sub-contracting) biex jużaw il-liċenzja tagħhom u jagħmlu xogħol ta’ bunkering f’isimhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
REWS — kumpaniji terzi awtorizzati biex jagħmlu xogħol ta’ bunkering
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ awtorizzazzjonijijet li r-Regolatur għall-Enerġija u l-Ilma (REWS) ħarġet lil kumpaniji terzi biex jagħmlu xogħol f’isem dawk liċenzjati fis-settur tal-bunkering bejn l-2019 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-dati, l-isem tal-kumpaniji u f’isem liema liċenzja ngħatat din l-awtorizzazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tekniku ta’ kif żviluppaw l-affarijiet fir-rigward tal-inċident tal-qtugħ tad-dawl f’diversi nħawi ta’ Malta nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Għal raġunijiet ta’ manutenzjoni kien meħtieġ li l-Interconnector bejn Malta u Sqallija jintefa nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju filgħodu. B’mod immedjat beda x-xogħol fuq switchgear li jinsab fl-istazzjon terminali tal-Magħtab.
Kien fis-sitta u tmien minuti ta’ filgħaxija, waqt l-ittestjar tal-istess switchgear, li skattat is-sistema ta’ protezzjoni tal-Fast Load Shedding. Kien dan li wassal biex kien hemm interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku għaliex konsegwenza numru ta’ magni tal-ġenerazzjoni ġewwa Delimara ttrippjaw. Wara ftit is-sitwazzjoni ġiet stabbilizzata u l-provvista tal-elettriku ngħatat lura kompletament sas-sebgħa u sitta u għoxrin minuta.
Ix-xogħol fuq is-switchgear tal-Interconnector tkompla u tlesta l-għada t-Tnejn matul il-ġurnata. L-Enemalta kellha u għandha kapaċità ta’ ġenerazzjoni suffiċjenti sabiex tlaħħaq mad-domanda għall-elettriku.
Sptar Sir Anthony Mamo — Pazjenti bil-kanċer li ma ngħatawx il-kimoterapija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm pazjenti bil-kanċer fid-Dipartiment tal-Outpatients f’Sir Anthony Mamo li ma ngħatawx il-kimoterapija u ntbagħtu d-dar nhar is-Sibt 8 ta' Ġunju u l-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2024 wara li qalulhom li dan qed isir minħabba l-elezzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ebda trattament tal-kanċer ma ġie kkanċellat minħabba l-elezzjonijiet u ma kien hemm l-ebda pazjent bil-kanċer fid-Dipartiment tal-Outpatients f’Sir Anthony Mamo li ma ngħatax il-kimoterapija u ntbagħt lura d-dar nhar is-Sibt 8 ta' Ġunju u l-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid b’mod speċifiku min kien eliġibbli għaċ-ċekkijiet li nħarġu fil-ġimgħat li għaddew?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji tal-eliġibilità użati huma kif indikat hawn taħt;
• Dħul minn xogħol irrapurtat għas-Sena Bazi 2022
• Kont kurrenti attiv mal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana
• L-indirizz prezenti tal-benefiċċjarju huwa f’lokalità ġewwa Malta jew Għawdex u
• Id-dħul totali minn xogħol kien taħt is-€60,000 matul is-sena 2022.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19394 dwar kif qed tinħadem iċ-ċifra tas-sussidju li qed jingħata fil-kont tad-dawl, tista' l-Ministru tispeċifika kemm jiġu t-tariffi fil-prezz mhux issussidjat?
Response (DALLI, MIRIAM)
It-tariffi mhux sussidjati jiddependu u huma bbażati fuq il-prezzijiet tas-suq. Kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19394, li ma kienx għall-għajnuna li qed jagħti l-Gvern biex il-kontijiet jibqgħu stabbli, fis-sena 2022 il-prezzijiet kienu jogħlew b’65%, fejn il-prezzijiet laħqu l-massimu.
Fid-dawl tal-ittra li qed tintbagħat lill-konsumaturi dwar is-sussidju li qed jingħata fil-kont tad-dawl, tista' l-Ministru tispjega b'mod konkret kif qed tinħadem din iċ-ċifra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifra murija hija d-differenza bejn il-komputazzjoni tal-konsum bit-tariffi bil-prezz mhux sussidjat, minn dik bil-prezz sussidjat. Permezz ta’ din iċ-ċifra li qed tintwera fuq il-kont, il-familji u n-negozji għandhom viżibiltà tal-prezz li huma mhux iħallsu biex il-kontijiet jibqgħu stabbli. Dan għall-kuntrarju ta’ dak li qed jiġri barra minn xtutna.
Infakkar li bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom.
Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tat-tekniċi u l-membri kollha li se jkunu qegħdin jiffurmaw il-kumitat tekniku deskritt fl-istqarrija tal-Ministeru PR240902 b'rabta mal-konsultazzjoni preliminari għall-floating solar farms?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, ladrba dan huwa proċess simili għal dak ta’ procurement, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali u l-iżvelar tagħha jista’ jkun ta’ detriment għall-proċess innifsu.