Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skond il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma’ skali skont il-katergorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma’ dik il-katergorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-katergorija.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tagħha bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Tista’ tgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma’ skali skont il-kategorija li jappartjenu. Għaldaqstant, il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma’ dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-po¿izzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (REFALO, ANTON)

Il-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (GALDES, RODERICK)

Il-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Skola Primarja ta' San Ġorġ — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol twettaq fl-Iskola Primarja ta' San Ġorġ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kif kien imwiegħed fil-manifest tal-Partit Laburista?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22620.

Enemalta — Stabbilimenti kummerċjali – Sospensjoni tal-provvista tad-dawl u l-ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali li l-Korporazzjoni Enemalta ssospenditilhom il-provvista tad-dawl u tal-ilma f'Malta u f’Għawdex separatament matul l-2023 u 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, nippreċiża li l-provvista tal-ilma tiġi sospiża mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u mhux mill-Enemalta. B’mod ġenerali, Ir-raġunijiet għas-sospensjonijiet tas-servizzi jkunu relatati ma’ kontijiet mhux imħallsa jew mhux imħallsa fil-ħin, kif ukoll minħabba nuqqasijiet fil-ħlas tal-arretrati. Azzjonijiet bħal dawn ikollhom jittieħdu wara li jkunu saru diversi tentattivi biex jintlaħaq ftehim mal-klijenti dwar pjan biex isir il-ħlas dovut u jkunu nħarġu wkoll għadd ta’ twissijiet.

Enemalta — Sistemi fotovoltajiċi - Kumpens għall-elettriku ġġenerat

Question

Tista' l-Ministru tagħti ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta kellha tħallas fl-aħħar ta' Ottubru 2024 bħala kumpens għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajiċi lill-familji li bdew joperaw fid-djar privati u kif ukoll lil stabbilimenti kummerċjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Siġġiewi — Speed cameras - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fil-bypass tas-Siġġiewi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - Speed cameras - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

FIAU — Multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multi li ngħataw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u kemm kien il-valur ta' tali multi, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi kif dejjem jiġi ippubblikat fir-rapport annwali tal-FIAU, it-tabella hawn taħt qegħda tirriproduċi l-ammont u l-valur tal-multi pekunarji li nħarġu mill-FIAU mill-2020 sal-ġurnata ta’ dina r-risposta: Sena Ammont Valur 2020 170 €4,651,311 2021 176 €12,376,089 2022 145 €3,355,443 2023 144 €3,360,814 2024 (sal-31 ta’ Ottubru) 63 €616,400 Ai fini ta’ kjarezza, jingħad ukoll illi l-FIAU ma timponix biss multi pekunarji izda toħroġ ukoll numru ta’ azzjonijiet amministrattivi u direttivi.

Enemalta — Kiri ta’ tower cranes

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tikri tower cranes l-Enemalta, mingħand min tikrihom u kemm hu l-prezz li bih jinkera kull tower crane kull ġurnata? Tista’ tgħid ukoll għal kemm huwa l-perjodu tal-kuntratt u meta jiskadi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li Enemalta m’għandhiex tower cranes mikrijin.

Enemalta — Customer care

Question

Tista' l-Ministru tgħid min jipprovdi s-servizz ta' customer care għall-Enemalta? Tista’ tgħid ukoll kemm jiswa s-servizz għal kull jum, għal kull xahar u għal kull sena, kif ingħata u meta jiskadi l-kuntratt eżistenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Arms Ltd — Customer care

Question

Tista' l-Ministru tgħid min jipprovdi s-servizz ta' customer care għall-Arms Ltd? Tista’ tgħid ukoll kemm jiswa s-servizz għal kull jum, għal kull xahar u għal kull sena, kif ingħata u meta jiskadi l-kuntratt eżistenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lil Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Transitional allowance — Rekwiżiti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22130 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet referuta lilu u jgħid x’inhuma r-rekwiżiti biex Ministru jieħu transitional allowance ta’ sena salarju meta jispiċċa mill-kariga tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li t-transitional allowance tiddependi miż-żmien li Ministru jkun dam fil-kariga u sakemm (i) ma jkunx ibbenefika minn terminal benefit, (ii) ġie impjegat mal-Gvern, aġenziji, entitajiet jew kumpaniji tiegħu, jew (iii) ġie nnominat mill-Gvern għal kariga f’waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Ġebla storika (Stone marker)

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22129, jista' l-Ministru jgħid fejn jinsab ir-repositorju tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali li fih tinsab il-ġebla storika li ġiet ritornata lura mill-individwu msemmi fl-istess mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-repożitorju tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali jinstab f’parti mill-binja ta “St. Clement Casement” Cottonera Bastions, Cospicua.