Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imsida - Żona tal-Junior College - Police Patrols

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru iktar police patrols fiż-żona madwar il-Junior College sabiex tiżdied is-sigurtà għall-istudenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi rondi tal-Pulizija fiż-żona ta’ madwar il-Junior College jsiru u ser jibqgħu isiru kemm minn uffiċjali tad-distrett bil-vetturi tagħhom, kif ukoll minn uffiċjali tat-Taqsima tal-RIU. Dan barra diversi rondi li jagħmlu il-Pulizija tal-Komunità madwar l-iskola, ħafna drabi matul il-jum u speċjalment waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti. Fl-istess ħin dawn l-uffiċjali qed isaħħu l-impenn tagħhom ma’ l-istudenti tal-kulleġġ. Dawn l-attivitajiet se jkomplu jsiru b’mod regolari.

Is-Siġġiewi - Żona ta’ Għar Lapsi - Proġett ta’ riġenerazzjoni - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet dwar it-tiswijiet u l-proġett ta’ riġenerazzjoni fiż-żona ta’ Għar Lapsi wara l-maltempata ‘Harry’? Jista’ jagħti timeline ta’ meta x-xogħol huwa ppjanat li jitlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jagħmel studju ġeoloġiku tal-blat sabiex tiġi determinata l-erożjoni li seħħet kif ukoll il- faults li hemm fiż-żona ta’ Għar Lapsi. Qed isiru wkoll studji ġeotekniċi sabiex tiġi konsolidata l-parti tal-irdum li ċediet wara din il-maltempata, u sabiex jiġi determinat it-tip ta’ pedamenti meħtieġa għar-rikostruzzjoni tal-iskall li kien hemm f’Għar Lapsi.

Skejjel sekondarji tal-Istat - Tneħħija tal-kurċifiss mill-klassijiet - Direttiva

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34029 u jgħid jekk inħarġitx direttiva sabiex fl-iskejjel sekondarji tal-Istat jitneħħa l-kurċifiss mill-klassijiet? Fin-nuqqas ta’ direttiva, jista’ jgħid jekk kienx hemm kurċifiss li tneħħa mill-klassijiet tal-inqas f’waħda mill-iskejjel sekondarji tal-istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma kien hemm direttiva sabiex jitneħħew il-kurċifissi mill-iskejjel sekondarji tal-istat.

Fond tas-€700 miljun - Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33983 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq li saru mill-fond tas-€700 miljun f’dawn l-aħħar seba’ snin, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 16111, 16837, 25246, 25247, 25248, 25249, 25250, 25251, 25252, 25253, 25254, 25255, 25256, 25257, 25258, 25259, 25260, 25261, 25262, 25263, 25264, 25265, 25266, 25267, u 25268.

Pest control - Ċertifikazzjoni jew permess

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29721, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk persuna li tixtieq toffri servizz ta’ pest control, għandhiex bżonn xi ċertifikazzjoni jew permess biex topera u toffri dan is-servizz, jekk iva, ma’ liema awtorità, dipartiment jew agenzija persuna għandha tikseb din l-informazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pest control - Ċertifikazzjoni jew permess

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29721, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk persuna li tixtieq toffri servizz ta’ pest control, għandhiex bżonn xi ċertifikazzjoni jew permess biex topera u toffri dan is-servizz, jekk iva, ma’ liema awtorità, dipartiment jew agenzija persuna għandha tikseb din l-informazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Skejjel sekondarji tal-Istat - Tneħħija tal-kurċifiss mill-klassijiet - Direttiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġitx direttiva sabiex fl-iskejjel sekondarji tal-Istat jitneħħa l-kurċifiss mill-klassijiet? Fin-nuqqas ta’ direttiva, jista’ jgħid jekk kienx hemm kurċifiss li tneħħa mill-klassijiet tal-inqas f’waħda mill-iskejjel sekondarji tal-istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Iż-Żurrieq – Skola Primarja (Kulleġġ San Benedittu)

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport jew dikjarazzjoni tal-perit li ċċertifika l-istat tal-binja tal-iskola primarja tal-Kulleġġ San Benedittu fiż-Żurrieq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmijja hi strutturalment stabli u kif ukoll sigura għall-użu tal-edukaturi u tal-istudenti.

Il-Marsa - Proġett ta’ riġenerazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-time frame tal-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Marsa li tħabbar f’Awwissu 2025? Tista’ tgħid ukoll kemm ser jiġi jiswa u meta se jkun lest?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR 251404) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar is-6 ta’ Awwissu 2025 li fiha dettalji dwar il-proġett tar-riġenerazzjoni taċ-ċentru tal-Marsa, li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-ewwel fażi tiegħu. Huwa mmirat li l-proġett kollu, maqsum fi tliet fażijiet, jitlesta f’nofs is-sena 2027.

Trasport pubbliku - Rotta numru 62 - Waqfa ‘Is-Siġġiewi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30940 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħinijiet li fihom ir-rotta numru 62 tasal fuq il-waqfa ‘Is-Siġġiewi’ li tinsab maġenb il-knisja tas-Siġġiewi? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħinijiet li fihom ir-rotta 62 waslet fuq il-waqfa ‘Is-Siġġiewi’ minn mindu inbidlet ir-rotta f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil fir-rotta 62 seħħ fis-sbatax ta Settembru 2025. Il- puntwalita’ ta’ din ir-rotta mill-Belt Valletta sa s-Siġġiewi, bejn is-17 u s-26 ta’ Settembru 2025 kienet ta’ tmenin fil-mija. Din ir-rotta, fi triqtha mill-Belt Valletta, hija skedata li tasal fuq il-bus stop “Siggiewi” hekk kif muri fit-tabelli segwenti. Fost il-Ġimgħa 05:48 06:08 06:23 06:38 06:53 07:08 07:23 07:38 07:53 08:08 08:23 08:38 08:53 09:08 09:23 09:38 09:53 10:08 10:23 10:38 10:53 11:08 11:23 11:38 11:53 12:08 12:23 12:38 12:53 13:08 13:23 13:38 13:53 14:08 14:24 14:39 14:54 15:09 15:24 15:39 15:54 16:11 16:26 16:41 16:56 17:11 17:26 17:41 17:54 18:09 18:24 18:44 19:15 19:45 20:15 20:45 21:15 21:44 22:14 Sibtijiet 05:47 06:17 06:44 07:17 07:47 08:17 08:47 09:17 09:47 10:17 10:47 11:17 11:47 12:17 12:47 13:17 13:47 14:17 14:47 15:17 15:47 16:17 16:47 17:17 17:47 18:17 18:47 19:17 19:47 20:17 20:47 21:17 21:47 22:34 23:04 Ħdud u Festi 05:46 06:16 06:46 07:16 07:46 08:16 08:46 09:16 09:46 10:16 10:46 11:16 11:46 12:16 12:46 13:16 13:46 14:16 14:46 15:16 15:46 16:16 16:46 17:16 17:46 18:16 18:46 19:16 19:46 20:16 20:46 21:16 21:46 22:31 23:01

Karozzi elettriċi - Grants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif persuni li applikaw għall-grant tal-karozzi elettriċi sa minn Frar 2025 għadhom sal-lum ma rċevewx il-grant tagħhom, minkejja li għaddew seba’ xhur mill-applikazzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Awtorità qed tibgħat il-ħlasijiet tal-grants lis-sidien li rreġistraw vettura li taħdem bl-elettriku u applikaw f’Mejju li għadda.  L-Awtorità kommessa li sal-aħħar ta’ Ottubru tkun ħallset il-maġġor parti tal-applikazzjonijiet pendenti.

Trasport pubbliku - Rotta numru 62 – Waqfa ‘Is-Siġġiewi’

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħinijiet li fihom ir-rotta numru 62 tasal fuq il-waqfa ‘Is-Siġġiewi’ li tinsab maġenb il-knisja tas-Siġġiewi? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħinijiet li fihom ir-rotta 62 waslet fuq il-waqfa ‘Is-Siġġiewi’ minn mindu inbidlet ir-rotta f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea - Sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30130 u jgħid jekk jingħatax sussidju lill-persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea u li biex jorqdu jkollhom bżonn iħaddmu l-magna bil-lejl? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-sussidju huwiex marbut mat-test tal-mezzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Benefiċċju tal-Enerġija fuq bażi umanitarja jingħata lil min huwa marid u jagħmel użu minn makkinarju li jikkonsma ħafna enerġija jew lil min jaħli ħafna ilma minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu. Fil-każ ta’ magna li tintuża għall-isleep apnea jirriżulta li din waħidha ma tikkonsmax enerġija eċċessiva u għalhekk l-użu tagħha biss ma’ jintitolax lil persuni għal dan it-tip ta benefiċċju. Madanakollu, xorta jiġi wkoll skrutinizzat l-kont tad-dawl ħalli jaraw il-konsum, għax jista’ jkun li l-pazjent juża makkinarju ieħor minbarra dak imsemmi. F’każi bħal dawn ġieli anke tintbagħat is-social worker sabiex tara l-każ mill-lat soċjali. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal Benefiċċju tal-Enerġija fuq bażi umanitarja huma kif ġej: Kap tal-familja jagħti prova li membru tal-familja jbati minn kundizzjoni medika li teħtieġ użu ta’ ilma u elettriku eċċessiv.  Għaldaqstant id-dokumenti meħtieġa mal-applikazzjoni huma: ·     Kopja tal-aħħar kont tad-Dawl u l-ilma ·     Ċertifikat Mediku dettaljat (Ċertifikat riċenti maħruġ mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel). ·     Riċevuta jew Ftehim ta’ Kiri ta’ apparat mediku li qed jintuża (f’każ ta’ Ftehim ta’ Kiri dan m’għandux ikun maħruġ aktar minn sitt (6) xhur qabel). ·     Id-dħul tal-familja huwa inqas minn tletin elf u disa’ mija u ħdax-il ewro (€30,911) fis-sena (Sena Bażi tas-sena preċendenti tal-Applikazzjoni). ·     L-applikazzjoni tiġi riveduta mill-Bord Mediku Konsultattiv maħtur skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) sabiex tittieħed deċiżjoni.

Triq li twassal għall-Girgenti — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħol fit-triq li twassal għall-Girgenti li qiegħed isir minn Infrastructure Malta, ilu jkaxkar ix-xhur biex jitlesta? Jista’ wkoll jagħti data effettiva meta dan ix-xogħol mistenni li jitlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-imsemmija triq hija karreġġjata waħda (one-way). Matul id-diversi fażijiet ta’ xogħlijiet, inkluż dawk ta’ temp mhux favorevoli, kienet meħtieġa koordinazzjoni ma’ numru ta’ bdiewa tal-lokal li l-uniku aċċess għar-raba’ tagħhom hi propju din it-triq. Dan sabiex ma jkunx hemm waqfin mix-xogħol. Ix-xogħol mistenni li jitlesta sal-aħħar t’Ottubru li ġej.

Persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea — Sussidju

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30009 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u tgħid jekk jingħatax sussidju lill-persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea u li biex jorqdu jkollhom bżonn iħaddmu l-magna bil-lejl? Jekk iva, tista’ tgħid jekk dan is-sussidju huwiex marbut mat-test tal-mezzi?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea — Sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30009 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid jekk jingħatax sussidju lill-persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea u li biex jorqdu jkollhom bżonn iħaddmu l-magna bil-lejl? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-sussidju huwiex marbut mat-test tal-mezzi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26428.

Persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea — Sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30009 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid jekk jingħatax sussidju lill-persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea u li biex jorqdu jkollhom bżonn iħaddmu l-magna bil-lejl? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-sussidju huwiex marbut mat-test tal-mezzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea — Sussidju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju lill-persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea u li biex jorqdu jkollhom bżonn iħaddmu l-magna bil-lejl? Jekk iva, tista’ tgħid jekk dan is-sussidju huwiex marbut mat-test tal-mezzi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.