Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Servizzi minn persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ma tqabditx biex tagħti s-servizzi tagħha lil xi entità fi ħdan il-Ministeru.
B’referenza għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid:
i. Kemm-il inkjesta maġisterjali ħadmet jew qed taħdem, direttament jew
tramite
kumpanija?
ii. Kemm tħallset fuq kull każ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
iii. Fuq liema kriterji ġiet imqabbda din il-persuna?
iv. Qattx saret sejħa għal interess ta' persuni oħra li jistgħu jimlew dan ir-rwol?
v. Hemmx persuni Maltin li għandhom kwalifiki simili?
vi. Qatt sar peer review tax-xogħol li twettaq din il-persuna?
vii. Kif tiġi assigurata l-imparzjalità fix-xogħol li tagħmel din il-persuna fid-dawl li hija attivista?
viii.F'każijiet fejn hemm bżonn l-istess tip ta' expertise, min huma l-persuni jew kumpaniji l-oħra li jagħmlu dan ix-xogħol u f'kull każ kemm tħallsu?
ix. Liema xogħol ieħor ingħatat fil-Qrati tal-Ġustizzja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li:
i. Din l-informazzjoni ma tistax tingħata abbażi tal-artikolu 518 tal-Kap. 9.
ii. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-ħlasijiet li saru lill-persuna msemmija.
iii. Din il-persuna tkun ġiet maħtura b’nomina wara digriet tal-Maġistrati inkwirenti jew tal-Qorti.
iv. Din hija prerogattiva tal-Maġistrat, għaldaqstant dan mhux kompitu tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.
v. L-espert jitqabbad wara nomina minn Maġistrat, għaldaqstant l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma titlobx din l-informazzjoni.
vi. Ix-xogħol huwa parti mill-inkjesta fid-digriet tan-nomina li abbażi tal-artikolu 518 tal-Kap. 9 ma tistax tingħata informazzjoni.
vii. Din hija fil-kompitu tal-Maġistrat li jkun innomina l-espert li jiċċekkja dan u mhux tal-Aġenzija.
viii. Il-persuni u/jew kumpaniji oħra huma indikati fit-tabella annessa.
ix. Din l-informazzjoni ma tistax tingħata għal dak li jirrigwarda kawżi ta’ ġuriżdizzjoni kriminali. Fir-rigward ta’ kawżi ċivili, l-imsemmija qatt ma ġiet maħtura bħala espert.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Servizzi minn persuna
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-persuma msemmija ma tat l-ebda servizz lil xi entita fi ħdan l-Uffċċju tal-Prim Ministru.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Servizzi minn persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ma ngħatatx kuntratti mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali jew mill-entitajiet u awtoritajiet rispettivi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Servizzi minn persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li la l-Ministeru u lanqas xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu qatt ma qabbdu lill-persuna msemmija biex tagħti s-servizzi tagħha.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Servizzi minn persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat qatt ma tqabddet biex tagħti servizzi jew xogħol minn xi Dipartimenti u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Servizzi minn persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli ma użax is-servizzi tal-persuna li għaliha qed issir referenza, direttament jew tramite kumpanija f'xi entità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li l-parkeġġ taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi jsir store u dan allura b'detriment għal min jagħmel użu mill-parkeġġ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-post li qed ssir referenza għalih għall-parkeġġ hu l-basement taċ-Ċentru tas-Saħħa. Bħala parti mill-programm ta’ modernizzazzjoni kien jeħtieġ l-introduzzjoni ta’ sistemi sensittivi u kritiċi għall-effiċjenza taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi. Dawn is-is-sistemi qed jgħaddu mill-basement taċ-Ċentru.
Ġie rakkomandat li n-numru ta’ vetturi pparkjati f'ħin wieħed ikun limitat, kif ukoll jitħalla spazju għall-vetturi li jakkumpanjaw persuni b’mobbiltà limitata li jridu jagħmlu użu mill-lift.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallsitx l-allowances li kienet intitolata għalihom bħala parti mill-pakkett tagħha? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jagħti din l-informazzjoni maqsuma sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14699 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-‘vacation leave’ huwa regolat b’regoli ċari u kulħadd huwa mistenni li jagħmel użu minnu skont dawn ir-regoli.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14700 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-vacation leave huwa regolat b’regoli ċari u kulħadd huwa mistenni li jagħmel uzu minnu skont dawn ir-regoli.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14702 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-‘vacation leave’ huwa regolat b’regoli ċari u kulħadd huwa mistenni li jagħmel użu minnu skont dawn ir-regoli.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14703 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14704 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li fid-dekasteru li jien responsabbli ghaliħ ma hemm l-ebda Deputati tal-Oppożizzjoni impjegati.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallsitx l-allowances li kienet intitolata għalihom bħala parti mill-pakkett tagħha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jagħti din l-informazzjoni maqsuma sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallsitx l-allowances li kienet intitolata għalihom bħala parti mill-pakkett tagħha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jagħti din l-informazzjoni maqsuma sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allowances intitolati għal dawk l-impjegati li għandhom grad t’għalliem huma stipulati fil-ftehim kollettiv.