Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Triq Gorg Mifsud Chircop – Wiċċ tat-triq

Question

Fid-dawl ta’ bosta lmenti dwar l-istat diżastruż li tinsab fih Triq Gorg Mifsud Chircop, f’Ħal Qormi, li qed iwassal għal nuqqas ta’ sigurtà għall-familji kif ukoll għal ħsara lill-vetturi tagħhom, jista’ l-Ministru jara li din it-triq isirilha wiċċ tal-konkos jew tarmac ġdid, biex jissolva l-inkonvenjent?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Mistoqsijiet Parlamentari mwieġba

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm mistoqsijiet parlamentari wieġeb f’din il-leġiżlatura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Tal-Ħandaq — Kulleġġ ta' San Injazju - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet biex l-iskola medja u l-iskola sekondarja tal-Ħandaq li jagħmlu parti mill-Kulleġġ ta' San Injazju jkunu mgħammra bl-apparat tal-arja kkundizzjonata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala parti mill-Edu Infrastructure Programme, numru ta' Framework Agreements ġew ippublikati u bħalissa qed jiġu evalwati.

Tal-Ħandaq — Kulleġġ San Injazju - Arja kkondizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet biex l-iskola medja u l-iskola sekondarja tal-Ħandaq li jagħmlu parti mill-Kulleġġ San Injazju jkunu mgħammra bl-apparat tal-arja kkondizzjonata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13651.

Farmaċiji — Talbiet pendenti għal-liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal-liċenzji biex joperaw farmaċiji f'pajjiżna, u jipprovdi tali informazzjoni skont il-lokalitajiet differenti f'Malta u Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzji ta’ spiżeriji ġodda huwa kif ġej: 348 f’Malta u 16 f’Għawdex.

Spiżeriji – Ħinijiet ta’ ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-ispiżeriji f’pajjiżna ma jibqgħux miftuħin anke matul il-lejl?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi l-ħinijiet minimi li matulha kull spiżerija għandha tkun miftuħa huma regolati bir-regolamenti tal-ftuħ tal-ispiżeriji (S.L. 458.28). Spiżeriji jistgħu jibqgħu miftuħa għall-ħinijiet itwal minn dawk stipulati f’dawn ir-regolamenti.

Spiżeriji — Ġranet ta’ ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f’pajjiżna huma verament ftit biss il-farmaċiji li jiftħu nhar ta’ Ħadd u saħansitra għal ftit ħin biss? Jista’ jgħid ukoll jekk jaħsibx li fis-sena 2025 il-poplu għandu jkollu servizz ta’ farmaċija kuljum, irrispettivament jekk hux il-Ħadd jew festa pubblika?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li r-regolamenti dwar il-ftuħ tal-ispiżeriji (S.L. 458.28) jistupulaw li fil-Ħdud u festi pubbliċi, għandu jkun hemm roster ta’ spiżeriji li jiftħu. Skond l-istess regolamenti, spiżeriji jistgħu jibqgħu miftuħa għall-ħinijiet itwal. Il-providimenti ta’ dawn ir-regolamenti msemmija ma japplikawx għall-ispiżerija fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Ħal Qormi — Tindif

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jintbagħtu ħaddiema tal-Cleansing sabiex inaddfu, jaqtgħu l-ħaxix selvaġġ u jagħmlu x-xogħlijiet neċessarji biex b’hekk jitneħħa l-periklu li hemm fiż-żona (murija fir-ritratti annessi) bejn l-Adventure Park u l-Klabb tal-Boċċi ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol fiż-żona indikata huwa ppjanat li jsir fil-ġranet li ġejjin.

IIP — Operaturi liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min f’dawn l-aħħar għaxar snin kien jew għadu operatur liċenzjat skont il-liġi sabiex jopera bħala aġent tal-programm tal-Individual Investor Programme (IIP)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-operaturi rreġistraw persuni li ssodisfaw il-kriterji sabiex jiksbu ċittadinanza b’investiment f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Is-Siġġiewi — Lift fi blokk ta’ appartamenti

Question

Fid-dawl li hemm bosta inkwilini li minħabba l-età u l-kundizzjoni medika tagħhom ma jistgħux jitilgħu taraġ, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Is-Siġġiewi — Triq Blat il-Qamar - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta' asfaltar ta' Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi hija waħda mit-toroq li ġiet proposta mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Infrastructure Malta ser tkun qed twettaq xogħlijiet infrastrutturali f’din it-triq, liema xogħol jibda skond l-esiġenzi u l-prijoritraijet tax-xogħol wara u b’diskussjoni mal-Kunsill rispettiv.

Imrieħel bypass – Lift tal-bridge

Question

Fid-dawl li numru ta' residenti Qriema li jgħixu fiż-żoni ta' fuq tal-Blat 1 u 2 jagħmlu użu frekwenti mill-bridge li jinsab fil-bypass tal-Imriehel, jista' l-Ministru jispjega għalfejn dan il-lift ilu numru ta' xhur twal ma jiffunzjonax u jintervjeni mill-aktar fis sabiex dan l-inkonvenjent għar-residenti Qriema jonqos?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi — Kolleġġjata ta' San Ġorġ – Xogħlijiet ta’ restawr fuq iz-zuntier

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet ta' restawr meħtieġa fuq iz-zuntier tal-Kolleġġjata ta' San Ġorġ, f'Ħal Qormi mill-iktar fis, sabiex jitneħħa l-periklu kif ukoll biex jiġi ppreservat il-wirt storiku tal-Qriema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-restawr taċ-ċint ta’ maz-zuntier tal-Kolleġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi huwa wieħed mill-proġetti magħżula taħt l-iSkema tar-Restawr għall-Kunsilli Lokali 2024-25 u li ser jitwettqu mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni. Investigazzjonijiet preliminari ma jindikawx periklu imminenti u dawn ix-xogħolijiet huma ipprogrammati li jitwettqu fl-2026 sabiex dan il-patrimonju jiġi mħares ukoll.

Inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il inkjesta tal-Qorti kien involut bħala espert, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema kienu dawn l-inkjesti, id-dati ta’ dawn l-inkjesti u kemm tħallas għal kull biċċa xogħol li għamel mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata ai termini tal-artikolu 518 tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta. Fir-rigward tal-mistoqija dwar il-ħlas, il-persuna msemmija qatt ma ppreżentat kontijiet lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.

Inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il inkjesta tal-Qorti kienet involuta bħala espert, il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, liema kienu dawn l-inkjesti, id-dati ta’ dawn l-inkjesti, u kemm tħallset għal kull biċċa xogħol li għamlet mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 20054, ninfurmah li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li tindika l-pagamenti mħallsa lill-persuna imsemmija bejn is-snin 2013 sal-lum. Għall-kumplament tal-mistoqsija, ai termini tal-artikolu 518 tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.

Inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il inkjesta tal-Qorti kien involut bħala espert, l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, liema kienu dawn l-inkjesti, id-dati ta’ dawn l-inkjesti, u kemm tħallas għal kull biċċa xogħol li għamel mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata ai termini tal-artikolu 518 tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta. Fir-rigward tal-mistoqija dwar il-ħlas, il-persuna msemmija qatt ma ppreżentat kontijiet lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.

Pagamenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22824 dwar pagamenti li ngħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jipprovdi t-timesheets relatati, kif ukoll kopji tal-invoices?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 22824 u speċifikament għall-ispjegazzjoni diġa pprovduta li kopji tal-invoices ma jistgħux jiġu pprovduti stante li jistgħu jinkludu dettalji t' inkjesti jew proċeduri kriminali oħrajn.

Sħubija fl-Unjoni Ewropea — Rendikont annwali ta' kemm Malta ħallset flus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22539, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet referuta lilu u jagħti rendikont annwali ta' kemm Malta ħallset flus lill-Unjoni Ewropea mid-data tas-sħubija sas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.