Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi — Lift fi blokk ta’ appartamenti

Question

Fid-dawl li hemm bosta inkwilini li minħabba l-età u l-kundizzjoni medika tagħhom ma jistgħux jitilgħu taraġ, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità qed tħejji l-BOQ flimkien mad-drawings tal-kostruzzjoni sabiex tiffaċilita l-iskedar tal-għoti tal-kuntrattur. Il-verżjoni eżegwibbli tal-permess waslet għand l-Awtorità fl-24 ta’ Lulju 2025.

Raħal Ġdid — Kumpless Sportiv ta’ Kordin - Turf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hekk hemmx pjan biex jinbidel it-turf tal-Kumpless Sportiv ta’ Kordin, fejn jitħarrġu u jilagħbu it-timijiet sportivi tal-Hockey?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kumpless imsemmi ngħata b'ċens perpetwu lill-Federazzjoni tal-Hockey.

Ministeru għall-Finanzi – Mistoqsijiet Parlamentari mwieġba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mistoqsijiet parlamentari wieġeb f’din il-leġiżlatura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Mistoqsijiet Parlamentari mwieġba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mistoqsijiet parlamentari wieġeb f’din il-leġiżlatura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Farruġ — Proġett ta’ riġenerazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa għall-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ żona abbandunata f’Ħal Farruġ li kien tħabbar madwar erba’ snin ilu, sabiex kif imwiegħed, ir-residenti Luqin li jgħixu f’din iż-żona jkollhom post ta’ rikreazzjoni xi jgawdu mal-għeżież tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sejħa għall-offerti ġiet ippubblikata u għadha miftuħa għas-sottomissjonijiet.

Ħal Farruġ – Bandli – Toilets pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru toilets pubbliċi fil-bandli li jinsab fiż-żona ta’ Ħal Farruġ, hekk kif inhi l-prassi, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent għal min jagħmel użu mill-istess bandli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li bħalissa fil-family park hemm mobile toilets. Madankollu, l-pjan tal-Kunsill hu li jinbnew toilets pubbliċi permanenti u qed jesplora l-possibbiltà li jwettaq dan il-proġett.

Ħal Qormi – Ġnien Federico Maempel – Proġett ta’ riġenerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-preparamenti sabiex jinbeda l-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-bandli li jinsab fi Ġnien Federico Maempel? Jista’ wkoll jagħti indikazzjoni f’liema perjodu u sena huma mistennija li jibdew tali xogħlijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni għall-proġett imsemmi ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar fl-1 ta’ Lulju 2025. Għaldaqstant, x-xogħllijiet mistennija li jibdew wara t-trepass ta’ 30 ġurnata kif meħtieġ bil-Liġi, suġġett li l-permess ma jiġix appellat minn terzi.